Ewropa qatt milhuqa

Xi whud il-hin kollu jhambqu fuq l-Ewropa, bhallikieku l-Ewropa kienet l-art imqaddsa politika taghna. Hafna appoggjaw din l-ghajta minghajr forsi bil-kemm kemm qatt rifsu fl-Ewropa jew zaruha bizzejjed biex jafu sewwa xi ssarraf tabilhaqq. Dawk li rifsu kemm-il darba fl-Ewropa u zaruha bizzejjed biex jafu sewwa xi ssarraf ma jistghux ma jagharfux li l-Ewropa hi tassew l-art imqaddsa 'politika taghna. Però ghandhom jagharfu wkoll li dan l-ideal huwa ghal kollox lil hinn minn kull possibbiltà jew probabbiltà ta’ twettiq.

Non-diskussjoni

Hija sfortuna li l-diskussjoni dwar id-dhul fl-Unjoni Ewropea (UE) hames snin ilu ma kienet diskussjoni xejn. Hasra wkoll li hawdet ghal kollox l-UE ma’ l-Ewropa. Xi whud raw is-shubija ma’ l-UE bhala l-ahjar mezz ghall-qrubija politika (u ghalhekk socjali) taghna lejn l-Ewropa. Minhabba din in-non-diskussjoni kollha, xi whud ohrajn hadu l-impressjoni li Malta ghandha xi haga komuni ma’ l-Ewropa.

Ibda biex, in-non-disskussjoni ta’ hames snin ilu neffhet b’mod ghal kollox sproporzjonat l-importanza ta’ Malta u anki l-essenzjalità tas-shubija ta’ Malta fl-UE. Malta la hija importanti u lanqas ma hija s-shubija taghha essenzjali ghall-Ewropa jew anki ghaliha.

L-iskuza, jew il-fantasija, li s-shubija kienet jew hija essenzjali biex Malta tikseb il-jeddijiet civili li ghandu jkollha fil-bidu tas-seklu 21, ghajbet il-fatt li dawn il-jeddijiet kellhom jigu mwettqa anki minghajr is-shubija. Fil-fatt, is-shubija kienet biss skuza biex dawn il-jeddijiet ma jitwettqux; u s-shubija ma hi ebda garanzija li fil-fatt se jitwettqu.

A-Ewropej

L-Ewropa tista’ tassew titqies bhala l-‘Art Imqaddsa’ politika taghna, imma nkunu qed nidhku bina nfusna li qatt se naslu hemm. Il-fondoq li jezisti bejnna u bejn l-Ewropa huwa, mhux biss bla qies, imma impossibbli li jimtela. Hafna ma jafux kemm fil-fatt ninsabu mbieghda minn din l-‘art’. Malta lanqas tibda f’hafna aspetti anqas ma’ l-icken irhula ta’ pajjizi kbar fil-kontinent.

Dan ma jfissirx li m’ghandniex nigru ’l quddiem. Ifisser biss li ghandna naccettaw il-limitazzjonijiet insuperabbli taghna. Ifisser ukoll li, min irid – specjalment zghazagh – li ‘jasal’ l-Ewropa, ma jistenniex li l-Ewropa tigi ghandu jew li jgibuhielu fuq xi platt il-politici, imma li jmur hu stess ghand l-Ewropa. Aktarx ma z-zghazagh taghna jghixu l-Ewropa, imqar ghal ftit tas-snin, digà dan ikun ahjar ghas-sanità politika taghna.

Il-politici ‘a-Ewropej’ taghna, anki dawk li halqhom mimli bl-Ewropa (anzi, specjalment dawn), hsara biss qed jaghmlulna. Attitudni ‘a-Ewropea’ tindika mentalità li, anki jekk hi favur il-qrubija ma’ l-Ewropa, fil-fatt tikkontradixxi l-valuri emancipatorji Ewropej. Din l-attitudni tidher cara meta xi politici taghna jesprimu fehmiet ultra-konservattivi jew moralistici.

Opportunitajiet

Mentalità Ewropea ghandha tfisser mentalità assolutament pluralista u tolleranti. Wisq nibza li din bil-kemm kemm ghadha bdiet titwieled fostna. Ghandna diversi istituzzjonijiet, kbar jew zghar, li jimmilitaw kontriha. Anzi, li jimminaw il-possibbiltà jew il-probabbiltà li tizhar u timmatura. Id-djuq u l-medjokrità ta’ dawn l-istituzzjonijiet jibqghu jkollhom suq garantit f’Malta aktarx minhabba li t-twemmin etiku tan-nies ghadu ssabutaggjat minn xi tip jew iehor ta’ religjon.

Malta ma tissehibx fl-Ewropa qabel ma l-imhuh Maltin ma jinfethux ghall-valuri fundamentali tal-ftuh Ewropew. Nissiehbu fl-Ewropa mhux statutorjament imma mentalment u affettivament. Ebda firma ta’ politiku opportunist ma tista’ tibdel mentalità. L-Ewropa kienet digà accessibbli qabel il-firma. Il-firma ma fethet ebda bieb, jekk mhux burokratiku … biex ta opportunità akbar lill-politici li jkomplu jidhku bihom infushom u b’haddiehor.

Ninsabu ferm ’il boghod milli nilhqu l-maturità politika ta’ l-Ewropa u l-provincjalizmu tal-bicca l-kbira tal-politici taghna u anki tal-persuni pubblici l-ohra zgur li mhuwiex qed jghin. F’din il-haga c-cittadini jridu jahsbu ghal rashom, ghax jekk se jiddependu fuq il-mexxejja skaduti u mixtrija taghhom taghhom zgur li mhumiex se jaslu.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?