Il-loghba gudizzjarja

AHMED ABUBAKER, Somali ta’ 19-il sena, bin-numru ta’ l-immigrazzjoni 04F002, ilu l-habs ghaxar xhur. Il-kaz tieghu ghadu fi stat ta’ kompilazzjoni. Bhal hafna injorati ohrajn, huwa maqbud f’loghba gudizzjarja li tidher bla ras, bla denb u, fuq kollox, bla tmiem. Hija l-loghba li jilaghbu kuljum il-pulizija, l-avukati u l-gudikatura. Hija loghba bil-hajja tan-nies u bid-drittijiet umani li dan l-ispeci ta’ pajjiz jghid li jiddefendi.

Stqarrijiet dubjuzi

F’nofs Marzu tas-sena li ghaddiet, kwazi sena ilu, il-pulizija akkuzat lil Abubaker li, fost hwejjeg ohra, kien stupra tfajla. Dan minkejja l-fatt li kellu katater mwahhla ma’ gismu, jigifieri (skuzani l-precizazzjoni) kellu pajp ta’ l-urina hiereg minn ras il-parti tieghu. Hekk hu, il-pulizija akkuzat guvni b’pajp hiereg mill-parti tieghu ghal go borza b’stupru ta’ mara! Ma tridx wisq immaginazzjoni biex tikkonkludi reat bhal dan huwiex possibbli.
L-akkuza tidher li saret fuq il-bazi ta’ zewg stqarrijiet moghtija lill-pulizija f’cirkustanzi apparentement dubjuzi.
It-tfajla li qalet li giet stuprata ma kinetx kapaci tidentifika lil Abubaker ghal tliet darbiet in fila. Imbaghad, forsi wara li tkellmet ma’ xi pulizija (biex ma nsemmix ismijiet), f’daqqa wahda identifikatu b’certezza; u hekk harget bi stqarrija kontrih.

It-tieni stqarrija saret minn sieheb it-tfajla li anki stqarr li Abubaker heddu u x’naf jien. Lanqas dan it-tali ma kien irnexxielu jidentifika lil Abubaker l-ewwel darba li haduh quddiemu. Ghal darba ohra, aktarx wara li kellem ras imb’ras ma’ lil xi pulizija (biex lanqas hawn ma nsemmi ismijiet), identifikah ukoll; u hareg bl-istqarrija tieghu.

L-istorja kif grat

Dan kollu hu suspettuz ferm. Aktar u aktar meta wiehed ikompli jsir jaf l-istorja ta’ dak il-lejl li fih sehh l-allegat stupru. F’dak iz-zmien Abubaker kien qed jghix Ghawdex (Marsalforn). Minn zmien ghal zmien, htieglu jigi Malta ghat-terapija tieghu konnessa mal-katater li kellu fil-parti tieghu kontinwament. Kien jinzel filghaxija, jorqod ghand hbiebu fic-centru tar-refugjati l-Marsa, imur l-isptar San Luqa filghodu ghall-appuntament u fiss jirritorna Ghawdex.

F’dak il-lejl meta sehh l-allegat reat ghamel l-istess. Bid-differenza li, waqt li aktarx kien rieqed, hbiebu kellhom xi kwestjoni mat-tfajla li allegatament giet stuprata u sehibha. Issejhet il-pulizija; u dawn jidher li marru fil-kamra ta’ hbieb Abubaker fic-centru tal-Marsa ghall-affari taghhom u hemmhekk jidher li sabu lil Abubaker. B’hekk arrestawh flimkien ma’ l-ohrajn kollha. Imbaghad saru l-istqarrijiet mill-allegati vittmi bil-mod kif semmejt qabel.

Fl-ghaxar xhur li ilu arrestat Kordin, Abubaker qatt ma kellu avukat il-qorti. Jidher li l-ispettur dejjem weghdu li se jirrangalu ghal avukat, imma dan qatt ma sehh. Dal-guvni ta’ 19-il sena qatt ma fehem ezatt x’inhu jigri. Qed jghix bhal f’inkubu li m’hemmx li jintemm. Ta’ min jghid li l-magistrat li quddiemu qeghda ssir il-kompilazzjoni aktarx heggeg lill-ispettur sabiex iwaqqa’ l-akkuzi kontra Abubaker, imma jidher li l-ispettur dejjem irrifjuta.

Purgatorju ta’ indifferenza

Lil Abubaker harbtulu hajtu fuq il-bazi ta’ zewg stqarrijiet mehudin mill-pulizija f’cirkustanzi suspettuzi. Li ma jafx Abubaker – u ma jistax jifhem – hu li, bhal hafna ohrajn bhalu, kemm barranin u kemm Maltin – huwa jinsab f’nofs loghba gudizzjarja li l-hin kollu qeghda ssir Malta minghajr l-inkwiet u l-oppozizzjoni ta’ hadd.

Fil-habs, Abubaker kien ha infezzjoni enormi fil-parti tieghu minhabba l-qaghda tieghu bil-katater f’dak il-post nieqes mill-igene. B’hekk saritlu operazzjoni u llum il-pajp jinsab imdahhal f’zaqqu ’l isfel miz-zokkra. Skuzani ta’ dawn id-deskrizzjonijiet grafici, imma nixtieqek taghraf inqar daqsxejn x’purgatorju qed jghix dan il-provru ta’ zaghzugh b’rihet id-Difiza tad-Drittijiet tal-Bniedem li dan l-ispeci ta’ pajjiz jiftahar biha.

Imma din id-difiza mhijiex ghal nies bhal Abubaker. Ma jinportah hadd li hu mixhut il-habs ghax xhur shah fuq akkuzi dubjuzi u ma jinportah hadd x’inhu ghaddej fil-qrati taghna taht imnieher kulhadd. L-ahhar li Abubaker deher il-qorti kien fl-10 ta’ Dicembru li ghadda. Issa rega’ qieghed bhal ruh tal-purgatorju, jistenna sakemm jerga’ jidher nhar il-Gimgha li gej, 25 ta’ Jannar ... minghajr avukat, bl-indifferenza ta’ kulhadd, f’loghba gudizzjarja li tissokta, tissokta u tissokta.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?