L-istess maskri blu

Huwa zmien il-kontijiet. Minghajr ma jrid, wiehed jibda jaghmel is-somom – izid u jnaqqas – halli jara jekk fl-ahhar mill-ahhar fejn jinsab; x’kellu wiehed johrog u x’irnexxielu jdahhal; ghamilx qliegh jew ghamilx telf. Hu zmien il-kontijiet ghax kull elezzjoni generali hija stedina ghal ezaminazzjoni xierqa. Dan hu d-dmir tac-cittadini. Ghax skond il-kont, hekk il-vot.

Klijentilizmu


Hu x’inhu l-lewn politiku ta’ cittadin, wiehed jiehu gost jara pajjizu jiffunzjona. F’dan l-ispeci ta’ pajjiz, hija hasra li l-politika partiggjana tgharraq kollox. M’hijiex konvinzjoni stupida ghall-ahhar dik li ssostni li l-gzejjer Maltin ma jistghu iffunzjonaw qatt. Ghax il-politika partiggjana ggib il-klijentalizmu; u dan jimpedixxi milli s-sistema ta’ servizz jahdmu sew jew b’mod xieraq.

Forsi dan hu wiehed mill-aghar gheltijiet li wiehed jista’ jsib fil-kont li jrid jaghmel f’dawn il-gimghat li gejjin: l-ghelt tal-klijentilizmu; jigifieri l-ghelt ta’ xi nies li, unikament ghax huma blu, baqghu jiddominaw ghal wisq snin pozizzjonijiet fic-civil li la kien jisthoqqilhom u lanqas kienu kompetenti ghalihom. Dawn in-nies huma d-dizgust ta’ min kellu bil-fors jahdem maghhom u hafna drabi jghattilhom l-inkompetenza u l-istupidità taghhom.

Certament, din il-haga mhijiex se tghin ghal rizultat sabih tas-somma ahharija tal-kont li jrid jaghmel kulhadd qabel ma jaqdi dmiru. Xi whud hadu pacenzja wisq minhabba li, ghal ragunijiet purament politici u partiggjani, kellhom jitqannew b’nies inkompetenti u idjoti f’pozizzjonijiet ta’ responsabbiltà.

Kwestjoni ta’ dicenza

Ghalhekk nghid li hija hasra li dan l-ispeci ta’ pajjiz hu mgharraq aktar milli qatt jista’ jkun minhabba haga bhal din. Ghal wisq snin, hbieb blu baqghu jsaltnu fejn aktarx b’mertu kellu jkun hemm haddiehor; u baqghu jsaltnu ghall-ebda raguni ohra ghajr ghax kienu blu. Punto.

Din mhijiex kwestjoni li jista’ jammetiha xi laburist biss. Din mhijiex kwestjoni ta’ laburizmu. Hija kwestjoni ta’ mhabba nazzjonali u – aktar minn hekk – sempliciment ta’ dicenza. Ghala ghandu xi hadd inkompetenti jmexxi fejn ma jisthoqqlux, imma biss ghax hu blu u jaf lil min hu blu? Dan x’mod hu biex jiffunzjoni pajjiz jew imqar ufficcju ckjeken?

Huma dawn il-hwejjeg li gharrqu u qeghdin jgharrqu l-funzjonabbiltà ta’ l-istituzzjonijiet pubblici taghna; u zgur li b’ghazliet bhal dawn, ma jista’ qatt isir progress jew zvilupp xieraq. Jistghu biss jitkattru l-inkompetenza u d-dannu; kif fil-fatt digà qed isir.

Kwestjoni ta’ kompetenza

Il-postijiet ewlenin fic-civil – mill-oghla wiehed sa l-icken wiehed – mhumiex favur politiku. Ghallanqas mhux hekk ghandu jkun. Imma kemm-il darba rajniha din il-haga? Kemm-il darba gergirna u pprotestajna kontriha ghalxejn? U madanakollu kellna nibqghu niehdu pacenzja biha sena wara sena wara sena. Jistghu dawn il-hwejjeg issa ma jitnizzlux fuq il-kont? Jistghu jintesew daqshekk hafif?

Min ihobb pajjizu u min jara l-importanza li l-istituzzjonijiet pubblici taghna jiffunzjonaw suriet in-nies, ma jistax jara dawn l-affarijiet u jibqa’ passiv. Wiehed jista’ jkollu maskra blu kemm irid – dan hu dritt tieghu li niddifendahulu sal-mewt – imma ma jistax jinghata pozizzjoni ta’ fiducja pubblika u servizz pubbliku fuq il-bazi tal-maskra blu li ghandu, imma fuq il-mertu tal-kompetenza pubblika tieghu. Sfortunatment, dan ma sarx hafna drabi.

Maskri blu maghzula ghax huma blu huma kompetenti biss biex jaqdu lil min jaralhom maskra sabiha u mhux ghax jaghtu servizz disinteressat lill-pubbliku. U xi whud li ghamlu dawn l-ghazliet dinbu hafna u serjament f’dan ir-rigward.

Dan il-kont irid jirriflettih. U s-somma ta’ l-ahhar ukoll.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?