Vergonja ghall-qrati Maltin!

It-Tlieta li ghaddew, wiehed mill-ghorrief magistrati tal-venerabbli qrati ta’ Malta xehet il-habs tifla ta’ 13-il sena! Le, ma qatlet lil hadd; ma ghamlet ebda hold-up; ma dahlet fid-dar ta’ hadd. Kellha glieda bl-idejn ma’ shabha l-Belt. Temminha din? Daqshekk huma ta’ l-affari taghhom il-qrati li jilaghbuha ta’ difensuri tac-civiltà taghna. X’vergonja!

Zball kbir u serju

Ghalkemm ir-responsabbiltà kriminali f’Malta hija ta’ 9 snin, hija l-prattika normali li hadd bl-età ta’ anqas minn 16-il sena ma jintbaghat il-habs. Wahda mir-ragunijiet ewlenin hija li l-habs mhuwiex post it-tfal. Mill-habs it-tfal ma jistghu jiehdu xejn hlief hwejjeg hziena. Sat-Tlieta li ghaddew konna tal-fehma li, fis-sapjenza infinita taghhom, il-qrati Maltin dan jifhmuh, imma issa nafu li konna zbaljati. Jafu biss ihammrulna wiccna.

Naturalment, il-magistrat gharef li ghamel din il-buzullotta kapaci johrog b’hafna spjegazzjonijiet ghala xehet tifla ckejkna ta’ 13-il sena l-habs. L-ispjegazzjonijiet tieghu mhumiex ragunijiet, imma skuzi. Mhu qatt iggustifikat – qatt – li tifla ckejkna ta’ dik l-età tinxtehet Kordin. Zbaljajt, Sur Magistrat, u zbaljajt bil-kbir.

It-Tlieta li ghaddew, it-tifla kien immutata. Mill-bank ta’ l-iskola sabet ruhha f’cella ckejkna mdawra bil-hadid u l-bibien ta’ l-azzar; kuruturi twal u vojta b’kullimkien imsakkar bl-imfietah. Ommha kienet immutata daqsha. Lanqas biss kienu qed jifhmu x’inhu jigri madwarhom. Minkejja l-kura kbira li l-gwardjani kollha taw lit-tifla u lil ommha, xorta wahda l-esperjenza taghhom kienet wahda tal-wahx.

Fejnhom id-drittijiet tat-tfal?

Tghid hekk kien jittratta lil bintu l-magistrat gharef li ghamel dan kollu? Mhijiex skuza li ma gewhx f’rasu alternattivi ghal dan l-agir. Il-hruxija u l-bruda tad-decizjoni tieghu mhijiex skuzabbli. Allahares kulmin jiggieled ma’ shabu jinxtehet il-habs ... specjalment tfal ta’ 13-il sena. Wiehed jistaghgeb kif, minkejja li niftahru bic-civiltà taghna u d-drittijiet tat-tfal li nharsu, jibqghu jsiru dawn l-gharukazijiet gewwa pajjizna.

It-tifla tista’ mhijiex qaddisa miexja fl-art. Jista’ ghandha l-problemi. Imma zgur, zgur, zgur, zgur li huma x’inhuma l-problemi li jista’ jkollha, bil-habs mhux se jissolvew. Ma nafx xi trid tkun biex tahseb il-kontra. Il-habs ma jsolvi problemi ta’ hadd, aktar u aktar ta’ tfal ta’ 13-il sena. Il-qrati ma jezistux sabiex ikissru n-nies u t-tfal u jaghmlulhom hajjithom infern, imma biex jghinuhom jghixu hajja ahjar. Jekk il-magistrat gharef li xehet lit-tifla ckejkna l-habs haseb li b’dan il-mod kien qieghed jaghmel xi gid lil xi hadd, allura jkun ahjar jekk jirrevedi l-kuncetti li jahdem bihom.

Jekk il-qrati taghna huma tal-konvinzjoni li l-habs hu xi istituzzjoni li joffri terapija jew kura, allura ninsabu fi stat hazin hafna fejn lanqas biss jafu x’inhuma jaghmlu. F’idejn nies bhal dawn qeghdin?

Ma hallewnix inkellimha

Shabi u jien – li ilna nahdmu kuljum mal-habsin, l-eks-habsin u l-familji taghhom ghal dawn l-ahhar 12-il sena – ippreokkupajna ruhna hafna bid-decizjoni li din it-tifla tinxtehet il-habs fl-età ta’ 13-il sena u ridna nghinuha mill-ahjar li nistghu. Dan nistghu naghmluh anki meta thalli l-habs.

Ghaldaqstant, it-Tlieta li ghaddew jien personalment ippruvajt inkellem lit-tifla, kif gieli gejt mitlub naghmel mill-awtoritajiet tal-habs stess f’kazijiet specjali. Iddisjpjacieni hafna meta l-awtoritajiet tal-habs dan ma hallewnix naghmlu. Jien ridt nohloq relazzjoni bhala bazi ghal hidma maghha u mal-familja taghha ’l quddiem, imma ma stajtx, ghax impedewni milli naghmel kuntatt maghha.

Dan hu sfortunat hafna. Ghax f’jum wiehed dit-tifla ckejkna ta’ 13-il sena sofriet zewg zbalji serji istituzzjonali.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?