Clinton jew Obama?

Kemm hi affaxxinanti l-kampanja elettorali Amerikana. Tassew li l-Amerikani ghandhom sistema ikkomplikata ta’ elezzjonijiet li difficli li wiehed jifhimha ghal kollox kif gieb u lahaq, imma l-ghazla wiesgha u l-multiplicità ta’ oppzjonijiet li jinghata l-poplu Amerikan f’din il-kampanja hija impressjonanti. Bla dubju, kemm il-materja ta’ l-ghazla u kemm il-forma ta’ kif din l-ghazla ssir huma denji ta’ demokrazija kbira u pajjiz f’livell gholi hafna ta’ zvilupp.

Nominazzjoni Demokratika

L-aktar li jinteressa lili f’din il-kampanja li se ttella’ (fost ohrajn) il-president il-gdid ta’ l-2009 huwa l-process ghall-ghazla tal-kandidat presidenzjali tal-Partit Demokratiku (jigifieri l-partit liberali, jew xellugi, Amerikan). Tlieta jidhru li huma l-kontestanti ewlenin: Hillary Clinton, Barak Obama u Edwards.

L-ahhar wiehed aktarx dalwaqt ikollu jhalli t-tellieqa – ghax voti mhux qed igib bizzejjed mill-istati individwali. It-tnejn l-ohra s’issa qed jigru ras imb’ras. Hillary Clinton bdiet bhala l-favorita. Imma issa dan inbidel. Minn wara gie Barak Obama u lahhaq maghha; u xi whud isostnu li jista’ jghaddiha wkoll sal-barkun.

Dan Obama hu interessanti: hu bin missier mill-Kenja u omm Amerikana; u, fuq kollox, mhuwiex mill-klassi ‘aristokratika’ Amerikana (bhala hi Clinton). Ghall-Amerikani bhalissa hu importanti li kien dejjem kostanti fl-oppozizzjoni tieghu ghall-gwerra ta’ l-Iraq (Clinton, le).

Nhar it-Tlieta deciziv

Kemm jekk il-presidenza tirbahha Clinton u kemm jekk jirbahha Obama, it-tnejn jaghmlu l-istorja: hi ghax mara; hu ghax b’gilda sewda. L-Amerikani qatt ma kellhom la president mara u lanqas wiehed b’gilda sewda. Dan fih innifsu hu gà interessanti. Naturalment, wahdu mhuwiex bizzejjed. Dak li tassew jghodd huwa min – bejn Clinton u Obama – jistghu jaghmlu l-akbar differenza jekk jirbhu l-nominazzjoni Demokratika u (f’Novembru li gej) il-presidenza.

Din il-gimgha li gejja se tkun krucjali. Nhar it-Tlieta, id-Demokratici prattikament se jkunu jafu ma’ liema kandidat se jaghmlu l-girja ahharija ghall-White House: tkunx Clinton jew ikunx Obama.

Personalment, sa ftit xhur ilu kont ‘fan’ ta’ Hillary Clinton. Mhux biss ghax hi mara, imma wkoll ghax iggib fil-politika Amerikana certu freskezza li ghandha bzonn … sakemm bdejn nisma’ u nsegwi lil Barak Obama. Fis bdejt nara xi haga ghal kollox gdida; xi haga anki sabiha. Illum rebahni ghal kollox; is-simpatiji tieghi huma 100% ghaliha u ghar-rebha li nixtiequ jaghmel f’Novembru li jmiss.

Obama ghal president?

L-elezzjoni presidenzjali Amerikana hija ta’ importanza titanika fil-fasla politika dinjija tal-lum. L-Amerikani jahtru hafna aktar minn sempliciment President li ghandu politika interna partikulari. Ghad-dinja kollha, hija krucjali l-politika barranija tieghu. U forsi hawn tohrog l-aktar cara d-differenza bejn Obama u Clinton:

Obama hu hafna aktar konvincenti minn Clinton fil-pjanijiet tieghu ghall-paci fid-dinja l-bini tal-fundamenti ghall-istabbilità taghha. Gie minn isfelnett u forsi dan jaghmlu aktar adatt biex ihares lejn id-dinja mill-perspettiva ta’ min hu zvantaggjat u zghir. Dawn il-kwalitajiet qed jigbdu l-voti Amerikani, imma wkoll l-ammirazzjoni ta’ hafna nies ohrajn.

Lil Obama jien narah aktar sincier u anqas ‘mahdum’ minn Clinton. Jidher anqas artificjali; anqas ikkontaminat mill-pressjoni tat-teatralità tal-politika Amerikana. Jista’ ma jibqax hekk ghal dejjem (jew anki wara li possibbilment jirbah in-nominazzjoni u l-presidenza). Imma ghallanqas sa dan il-mument jnebbah aktar genwinità u forsi anki xi ftit aktar fiducja.

Grajja affaxxinanti

Il-girja ghan-nominazzjoni Demokratika ghadha miftuha berah. Hemm hafna affarijiet li jistghu jxaqilbuha bis-shih u drastikament lejn Obama jew lejn Clinton. Tmur fejn tmur, qed naraw isehh quddiemna grajja affaxxinanti fl-istorja ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u forsi anki tad-dinja.

Hu x’inhu, lilna din il-grajja ghandha tinteressana bhala tali; jigifieri bhala process demokratiku ta’ serjetà u konsegwenza enormi. In-nuqqas ta’ president Demokratiku fil-White House jinhass hafna u rajna l-konsegwenzi tragici taghha. Jalla Obama jew Clinton igibu nifs gdid lid-dinja u jehilsuha mill-oppressjoni ta’ l-arroganza u superficjalità li aktarx ikkatatterizzaw il-presidenza Repubblikana ta’ l-ahhar snin.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?