Ghal Alla kollox possibbli

Din is-sentenza hija mill-Iskrittura Mqaddsa. Tinghad mill-arkanglu Gabriel lil Marija fit-thabbira tal-Mulej. “Ghax ghal Alla kollox possibbli”. Kollox. L-istess kliem intuza minn Sarkozy fi Franza u issa qed jintuza fuq kartelluni ma’ kullimkien fostna. Possibbli kollox? Hekk qed jigi mwieghed. Imma dan possibbli?

Possibbli kollox possibbli?

Dan l-istess kliem ifakkarni f’laqgha li kont attendejt snin ilu. Fiha kien qed jiehu sehem Oliver Friggieri. Jidhirli t-tema tal-laqgha kienet fuq il-paci fid-dinja, xi haga hekk. Qabel Friggieri inzertat kienet tkellmet wahda li ghamlet diskors imqanqal fuq il-paci u spiccat bil-kliem: “Ghal Alla kollox possibbli!”

Immedjatament warajha tkellem Oliver Friggieri u, bil-kalma kollha, beda d-diskors tieghu hekk: “Ghal Alla kollox possibbli. Il-bniedem mhux Alla. Mela ghall-bniedem mhux kollox possibbli”!

Il-logika impekkabbli tieghu sikktet lil kulhadd. Kellu ragun. Trid tkun prezuntuz mill-kbar biex tghid li ghall-bniedem – jew ghal xi bniedem; jew anki ghal xi grupp ta’ bnedmin – kollox possibbli. L-esperjenza umana hija bizzejjed biex turina li dan ma jistax ikun.

Il-possibbiltajiet tal-bniedem huma bla qies. Imma l-limitazzjonijiet tieghu wkoll. Maz-zmien – specjalment permezz tax-xjenza – il-possibbiltajiet qed jitwettqu dejjem aktar u l-limitazzjonijiet qed jigu ssuperati dejjem aktar. Imma li l-possibbiltajiet umani jitwettqu ghal kollox, jew jixxejnu ghal kollox il-limitazzjonijiet umana, ma jistax ikun.

Dejjem se nghixu b’possibbiltajiet mhux imwettqa u dejjem se nghixu b’limitazzjonijiet li jxekkluna.

“Flimkien” min?

Imma qabel elezzjonijiet generali dawn l-affarijiet evidentissimi ma jibqghux aktar evidenti jew ovvji daqskemm wiehed ikun irid jahseb jew jixtieq. Jigi mwieghed KOLLOX. Kollox isir possibbli. Il-limitazzjonijiet jispiccaw kollha. Il-limitazzjonijiet li setghu xekklu l-possibbiltajiet fil-hames, ghaxar, ghoxrin sena ta’ qabel jisparixxu kollha.

Izds l-ghageb mhuwiex dan. Dak li huwa tassew ta’ l-ghageb huwa li min jghid dawn l-affarijiet – li kollox hu possibbli, ... flimkien, mhux flimkien, kif trid – jahseb li ahna cwielaq bizzejjed biex nemmnuh. Jahseb li ahna boloh bizzejjed biex f’nifs wiehed ninsew il-limitazzjonijiet taghna jew tal-bniedem. Jahseb li jista’ jbellaghlna l-hrara li l-possibbiltajiet taghna – mieghu jew mhux mieghu – huma infiniti.

Il-kelma “flimkien” donnha hi wzata bhal bakketta magika. Speci, ghax “flimkien”, allura “kollox possibbli”. U xi tfisser ezatt dil-kelma “flimkien”. “Flimkien” min, ezattament? Jiena cert li xi whud ghandhom esperjenza fenomenali ta’ din il-famuza “flimkien”. Ohrajn probabbli ftit anqas.

Iva, tassew, xi xhud – “flimkien” – ghamlu hafna affarijiet possibbli; ghamlu minn kollox, fil-fatt ... U m’ghamlux “kollox” – jew hafna aktar milli ghamlu – ghax ma setghux.

Ftit politika isbah

Xi tfisser dal-kliem “kollox possibbli” ma nafx xi jridu jghidu biha, ezattament. “Kollox possibbli” jigifieri jista’ jissolva d-dejn li ghamel il-gvern u li qed inhallsuh int u jien? “Kollox possibbli” jigifieri jistghu t-taxxi – diretti jew indiretti – ma jibqghux m’ghola Alla? “Kollox possibbli” jigifieri jista’ ma jibqghux isiru promozzjonijiet u transfers skond il-lewn politiku? X’jigifieri “kollox possibbli”, precizament? Nixtieq xi hadd jghidli.

Huwa insult ghall-intelligenza u d-decenza taghna lkoll meta politiku (hu min hu) qabel elezzjoni – biex jikseb il-voti – jibda jwieghed is-sema fl-art jew jaghmilha ta’ Alla u jghid li kollox possibbli ghalih. Jekk jaghmel hekk, sinjal li ghandu fehma baxxa hafna taghna. Jahseb li jista’ jbellaghlna kollox.

Il-politika hi arti sabiha meta l-politiku jagixxi b’mod sabiha. Li jghid li “kollox possibbli” mhuwiex ma’ l-affarijiet sbieh li jista’ jaghmel.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?