Il-voluntarjat Malti

F’dawn il-granet ta’ kampanja elettorali, wiehed jara hafna voluntiera li jaghtu hinhom u hafna aktar ghall-partit li jhossu qrib tas-sentimenti u l-ideali taghhom. Hafna minnhom ma jahdmux f’dawn il-gimghat biss, imma tul is-sena kollha u ghal hafna snin. Naturalment, il-hidma taghhom hija aktarx bicca zghira minn dik li eluf ta’ voluntarji jaghmlu f’Malta u Ghawdex il-hin kollu f’impenn kbir. Hija hidma politika, socjali, religjuza, filantropika, artistika, kulturali ... li hafna drabi ma tigix apprezzata bizzejjed.

Ghajnuna governattiva

L-Erbgha li ghaddew, saret attività ckejkna fil-Kavallier ta’ San Gakbu, il-Belt, li fiha attendew rapprezentanti ta’ hafna ghaqdiet voluntarji fil-qasam socjali. F’din l-okkazjoni, ghal fi snin l-imghoddija, il-Ministru ghall-Familja u l-Politika Socjali, Dolores Cristina, qassmet ghajnuniet finanzjarji sinifikanti lil dawn l-ghaqdiet. Ghall-attività attenda wkoll il-Kummissarju ghall-Ghaqdiet Voluntarji, il-Professur Kenneth Wain.

Din l-attività annwali mhijiex biss importanti minhabba t-tqassim ta’ l-ghajnuniet finanzjarji ... ghax wara kollox dawn dejjem jistghu jitwasslu b’mod iehor. Hija importanti minhabba li ggib flimkien hafna ghaqdiet socjali u tlaqqaghhom mar-rapprezentant ewlieni tal-gvern f’dan il-qasam. Dan huwa essenzjali. Ghax la l-ghaqdiet u lanqas il-gvern m’ghandhom jahdmu wahedhom, specjalment f’dan il-qasam delikat u impenjattiv.

Li ministru governattiv jaghmel lilu nnifsu accessibbli kostantement huwa dejjem tajjeb; u dan hu wiehed mill-merti tal-Ministru Cristina. Ghax spiss jigri li s-setgha titla’ ghal ras dak li jkun; imma dan ma jistax jinghad ghal din il-persuna. Ta’ dan jiena grat hafna.

Voluntarjat u professjonalità

Il-voluntarjat huwa dejjem ghana ta’ pajjiz. Huwa jattira nies li, mill-generosità taghhom, jaghtu hinhom, il-kapacitajiet taghhom u hafna drabi flushom ghal kawzi li jhossu li huma ghal qalbhom. Dan mhux biss fil-qasam socjali, imma anki f’dawk l-oqsma diversi li semmejt aktar ’il fuq. Mhux kollox jigi kkwantifikat bil-flus fid-dinja. Il-flus mhumiex il-kriterju ta’ kollox. Il-voluntarjat jara li dan jibqa’ jsehh f’dinja materjali, konsumista u hafna drabi insensittiva ghall-valuri “spiritwali” (fis-sens wiesgha tal-kelma).

Minkejja li l-voluntarjat ma jitkejjilx bil-flus jew b’kriterji finanzjarji, dan ma jfissirx – jew m’ghandux ifisser – li hu nieqes mill-professjonalità. Xi kultant f’pajjizna hawn l-impressjoni li l-voluntarjat huma ghad-delettanti biss; u d-delettantizmu jigi assocjat man-nuqqas ta’ serjetà professjonali. Dawn huma assocjazzjonijiet zbaljati. Il-voluntarjat ghandu dejjem professjonali; u hafna drabi hekk hu. Il-fatt li ma jsirx ghall-flus jew bi hlas ma jnaqqaslu xejn mill-professjonalità tieghu.

Hu wiehed mir-responsabbiltajiet tal-gvern li jara li dan hu dejjem il-kaz, jigifieri li l-ghaqdiet voluntarji, specjalment dawk socjali, izommu l-livelli professjonali li wiehed ghandu jistenna. Il-ligi tal-voluntarjat li ghadha kemm ghaddiet is-sena li ghaddiet ghandha, fost hwejjeg ohra, dan l-iskop ... skop nobbli u importanti ghall-ghaqdiet voluntarji nfushom, imma fuq kollox ghall-“klijenti” (jew benefikarji) li jista’ jkollhom.

Voluntarjat u responsabbiltà

Il-gvern ghandu jghin kemm jista’ jkun l-ghaqdiet voluntarji u jheggighom, mhux biss li jkunu professjonali fil-hidmiet taghhom, imma li jkunu responsabbli (jew “accountable”) ghat-thaddim tar-rizorsi li jista’ jkollhom, inkluz dawk finanzjarji. Il-harsien tal-kontabbiltà huwa fost l-aqwa dmirijiet tal-ligi u l-gvern, ghax in-nuqqas tieghu mhux biss jizvantaggja l-benefikarji rispettivi tas-servizz, imma wkoll jaghmel disrispett lil ghaqdiet voluntarji ohra li jzommu l-kontabbiltà – umana u finanzjarja – fost il-kwalitajiet essenjali taghhom.

Naturalment, dan jghodd ukoll ghall-gvern u ghal entitajiet pubblici ohra. Nghidu ahna, jien nara kuntrast qawwi bejn il-mod gust u responsabbli li bihom jimxi l-Ministeru ghall-Familja fl-ghoti ta’ l-ghajnuniet finanzjarji u l-mod aktarx ingust u irresponsabbli li bihom jaghti l-ghotjiet finanzjarji l-PBS fl-Istrina. F’wahda hemm kontabbiltà serja; mentri fl-ohra le.

Il-voluntarjat, specjalment dak socjali, mhuwiex kapricc jew xi haga zejda. Fih innifsu juri s-sugu tal-generosità skond il-principji tas-solidarjetà. Dan il-principju jithaddem mhux “ex officio”, jigifieri minn xi dmir li timponi l-ligi, imma “ex cordis”, jigifieri mir-responsabbiltà morali li thoss il-qalb umana ghal haddiehor. Dan hu s-siwi kbir u indispensabbli tieghu.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?