Monday, 25 February 2008

L-ahbarijiet li nircievu

Huwa kwazi naturali li, f’dan iz-zmien ta’ kampanja elettorali, nistennew li l-ahbarijiet li nircievu jkunu “mbaghbsa”; dik li bl-Ingliz isejhulhom “doctored news”. Imma din il-haga fil-fatt ma tigrix biss f’dan iz-zmien partikulari u specjali. Tigri s-sena kollha. Is-snin kollha. L-oggettività ma tidhirx li hi wahda mill-eghzez valuri ta’ xi whud mill-kittieba (gurnalistici u mhux) Maltin.

Kittieba b’missjoni

Il-gazzetti popolari huma aktarx l-aktar mezz letterarju li jigi f’idejna. Ma’ dawn nista’ nzid ukoll, forsi fit-tieni post, il-hafna fuljetti tal-parrocci u ta’ bosta ghaqdiet religjuzi. Fl-ahharnett, ghalkemm bil-wisq aktar lura fl-istatistika, jista’ jkun hemm ukoll dawk il-kotba ippubblikati f’Malta jew Ghawdex – specjalment ta’ natura storika jew politika – li jinxtraw minn ftit mijiet ta’ nies.

Il-bicca l-kbira ta’ l-awturi ta’ dan il-materjal stampat kollu hija maghmula minn “nies b’missjoni”. B’dan irrid infisser li huma nies mixtrija (jew mikrija); li l-pinna taghhom mhijiex newtrali; li l-kitba taghhom ghandha l-intenzjoni ewlenija li xxerred it-twemmin taghhom u mhux ifittxu l-gid tal-qarrejja taghhom. Huma nies li hafna drabi lanqas biss jippruvaw ikunu oggettivi jew ghallanqas jiddiskutu l-punti li minnhom jitilqu fl-argumenti li jistghu jgibu.

Dawn in-nies ma jhobbux il-“verità” tal-fatti; m’ghandhomx ghal qalbhom ir-ricerka tas-sewwa. Huma msakkra bil-“verità” taghhom biss. Minghajr ma jheggu l-kritika jew id-diskussjoni, xogholhom iqusuh biss bhala missjoni ghat-tixrid tal-“verità” proprja taghhom, “verità” li ghalihom hi aktarx assoluta u esklussiva.

It-tragedja tad-dommatizmu

Ahna benefikarji daqskemm vittmi tal-medja. Filwaqt li ngawdu minn volum kbir ta’ informazzjoni mid-dinja kollha li sar accessibbli b’facilità impressjonanti, fl-istess hin ninsabu priza vulnerabbli ghal interpretazzjonijiet imbaghbsa li qajla nistghu nivverifikaw b’mod newtrali u indipendenti. L-unika “soluzzjoni” biex ma tiblax dawn l-interpretazzjoni hija li ma tismaghhomx ... imma dan aktarx ifisser li tispicca isolat u mifrud mid-dinja ta’ madwarek.

Wiehed jista’ jsostni li ebda informazzjoni ma tista’ qatt tkun newtrali jew oggettiva. Dan huwa minnu. Imma minkejja dan, wiehed jista’ – u ghandu – dejjem ikun miftuh ghad-djalogu u ghal fehmiet differenti minn tieghu. Wiehed jista’ – u ghandu – dejjem ihalli spazju ghal zvilupp ta’ l-ideat u ghallanqas ghall-gharfien ta’ “veritajiet” ohrajn. L-attitudni li wiehed ghandu l-“verità” shiha u ebda “verità” ohra ma hi possibbli hi attitudni supperva u irreali.

Il-problema ma hi qatt li wiehed ikollu t-twemmin proprju tieghu. Il-problema hi li jqis dak it-twemmin bhala wiehed esklussiv, jigifieri li jeskludi l-possibbiltà li kull twemmin iehor jista’ jkun tajjeb u veru wkoll. Id-dommatizmu ghamel hsara u gab tbatijiet fid-dinja hafna aktar mill-gwerer kollha li qatt saru. Dan ghaliex hu attitudni li jifred, ibejjed in-nies kontra xulxin u, fuq kollox, jonqos mir-rispett u s-sensibbiltà.

L-indipendenza tal-hsieb

Bhalma l-indipendenza gurnalistika hija wahda mill-imfietah l-aktar importanti tad-demokrazija, l-indipendenza letterarja b’mod generali hija s-sies ta’ kultura awtentika. Din l-indipendenza hija kwalità li tiggarantixxi l-istharrig disinteressat tas-sewwa. Fuq kollox, hija marka essenzjali ta’ hsieb hieles; ta’ nies li ma jbighux ruhhom.

Fejn din l-indipendenza tigi nieqsa, tonqos ukoll il-maturità politika ta’ poplu, ghax kollox jigi partiggjan; u s-sewwa titlef il-gieh li jisthoqqilha dejjem. Dan jidher car f’pajjizna u hu sfortuna kbira. Il-partiggjanizmu – politiku u religjuz – qieghed inawwar u jkisser dan in-nazzjon. Mhuwiex qieghed ihallih jimmatura. Qieghed ihalli l-poplu nieqes minn dawk il-kwalitajiet li jkabbruh u jaghtuh kwalità.

Aghar minn hekk, it-tbaghbis konxju ta’ l-informazzjoni ghal finijiet missjunarji huwa insulenti u baxx. Dan mhuwiex sempliciment kwestjoni ta’ interpretazzjoni, imma ta’ tghawwig li jisfrutta n-nuqqas ta’ possibbiltà ta’ hafna nies li jivverifikaw l-informazzjoni li jircievu. Dan hu r-ricetta perfetta ghat-tkattir ta’ l-injoranza u t-tishih tal-mohh maghluq.

Min mhux indipendenti fil-hsieb u mhux miftuh ghall-kritika u d-diskussjoni jaghmel pjacir lilu nnifsu u lil haddiehor jekk ma jghid jew jikteb xejn.

No comments:

Post a Comment