Girien criecer u l-eklissi tar-raguni

Il-kampanja elettorali ghall-votazzjoni generali tal-bierah spiccat il-Hamis. Illum inkunu nafu r-rizultati taghha. Imma forsi tajjeb li wiehed ma jhallihiex ghaddejja minghajr ma jistharreg ftit x’kampanja elettorali kienet. Kinetx civilizzata bizzejjed, nghidu ahna? Kinetx informattiva bizzejjed? Kinetx dejjem fl-ispirtu demokratiku? Ghalija kienet kampanja li tixraq lill-Maltin: djalogu tat-torox!

Ftahir u tghajjir

Hemm zewg kwalitajiet ewlenin li kkaratterizzaw din il-kampanja elettorali: il-ftahir fieragh u t-tghajjir. Mid-dehra, huma biss dawn iz-zewg attitudnijiet li l-politici taghna kapaci johorgu bihom sabiex jippruvaw jiddistingwu lilhom infushom minn xulxin. Fihom infushom, la l-ftahir fieragh u lanqas it-tghajjir ma jikkwalifikaw bhala ezercizzju ta’ informazzjoni. Huma aktar xierqa ghal glieda bejn zewg girien criecer inqabbdin ma’ xulxin.

Dan l-agir mhuwiex tahrig li jista’ jiddistingwi l-partiti, anzi huwa dak li jaghmilhom l-istess. It-tghajjir u l-ftahir fieragh m’ghandhomx l-iskop li juru li l-partiti huma kapaci u jixirqilhom jiggvernaw fil-hames snin li gejjin. Pjuttost ghandhom l-iskop li jbaxxu u jhammgu kemm jistghu lin-naha l-ohra. Ma jghinux lill-elettorat jaghmel gudizzju serju bil-vot tieghu; imma aktar jghinu biex isahhnulu rasu u jagixxi bl-ghama u l-passjoni.

Kampanja elettorali bhal din ma tagevolax ir-raguni, imma tappella biss ghall-passjonijiet baxxi tal-bniedem. Ma taghmilx lil mohhu ahjar; imma taghmel lil qalbu aghar. Ma ggibx il-kalma; imma pjuttost it-tensjoni u l-mibeghda. Hija kampanja elettorali li fiha r-raguni tidhol f’eklissi mudlama u kerha.

Ma tappellax ghar-raguni

Kampanja elettorali bhal din taghtik li ma tivvota lil hadd. Ghax il-vot jista’ jaghti l-impressjoni li b’xi mod qed tissieheb fl-agir baxx u degradanti tal-politici bit-tghajjir u l-ftahir fieragh taghhom. Jaghtik l-impressjoni li int tapprova t-tghajjir, il-pika, il-mibeghda, il-ftahir fieragh u l-glied. Li kieku ma jkunx ghas-sens ta’ dover li wiehed ihoss li jixhet il-vot tieghu biex jaghzel gvern li jmexxih, wiehed kien jastjeni mill-vot u jibqa’ ’l boghod minn dawn l-agir tac-corma.

Jiena niddubita hafna kemm, meta tintemm, kampanja elettorali bhal din taghmilni cittadin ahjar minn meta tkun bdiet. Cittadin ahjar ghax aktar informat. Cittadin ahjar ghax ir-raguni tieghi tkun f’pozizzjoni ahjar li taghmel gudizzju. Cittadin ahjar ghax naghraf il-htigijiet tal-pajjiz u min hu l-ahjar li jiehu hsiebhom.

Mhux talli l-kampanja elettorali m’ghamlitnix ahjar, imma talli ssahhanni u tincensani kontra hafna minn huti l-Maltin u thawwad il-ftit affarijiet cari li jkolli f’mohhi qabel ma bdiet. Mhux talli ma thallikx taghraf il-htigijiet tal-pajjiz jew l-agenda li ghandu jkollu fil-hames snin li gejjin, imma talli thallik f’bahar ta’ mistoqsijiet u incertezzi.

Immaturità u inciviltà

Aktar ma tipprogressa l-kampanja elettorali taghna tul il-gimghat twal li fihom issir, aktar jaqaghlek f’mohhok is-suspett li dak li jkun qed jinghad, jinghad ghall-htigijiet elettorali biss; biex jisraqlek il-vot tieghek u tieghi. Hafna nies ma jemmnux il-programmi elettorali li jigu ppubblikati; u lanqas ma jibilghu l-weghdiet li jsiru. Ghalhekk il-vot isir agir ta’ istint egoistiku. Hafna nies jivvutaw skond il-lewn tradizzjonali taghhom jew skond kemm jaraw li se jaqbel lilhom personalment.

Dan aktarx jigri minhabba l-livell baxx tad-diskussjoni u d-djalogu li jixxahxhu fih il-politici, li ma jaghtukx il-fatti sabiex tiggudika bir-raguni retta; imma jaghmuk sabiex l-“unu” johrog mill-istinti u l-passjonijiet l-aktar baxxi u deplorevoli tieghek.

F’kampanja elettorali bhal din, anqas ma wiehed jisma’ u jara, ahjar. Aktar ghandu c-cans li jsalva r-raguni. Anqas ghandu l-possibbiltà li jaqa’ f’sentimenti ta’ mibeghda, ghira u ostinazzjoni.

Jekk fiha kollox kampanja elettorali bhalma ghaddiet, sens ta’ civiltà u dekor m’ghandhiex. Dan m’ghandux ikun. Nittama li xi darba l-politici taghna jiftiehmu bejniethom fuq kodici ta’ etika li tista’ taghmlilhom unur; u lilna tkun tista’ tohrog minna l-isbah, flok l-aghar, kwalitajiet li ghandna.

Fi kliem iehor, kienet kampanja li turi l-poplu Malti kemm ghadu politikament immatur u civilment lura.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?