Il-habs mhux post it-tfal

F’Jannar il-Qorti taz-Zghazagh xehtet il-habs tifla ta’ 13-il sena. Xahar wara, il-Qorti tal-Magistrati bdiet izzomm tifel ta’ 12-il sena taht arrest preventiv. Bhalissa, waqt li qed taqra, dan it-tifel ta’ 12-il sena jinsab fil-Forensic Ward ta’ l-Isptar Mount Carmel. Din his sitwazzjoni tal-misthija. Il-qrati taghna ghandhom mezzi ohra x’juzaw mat-tfal b’agir difficli qabel ma jixhtuhom il-habs. Il-habs m’ghandux jintuza bhala soluzzjoni facli f’kazi bhal dawn.

Il-falliment tas-sistema

Malli ntbaghatu l-habs, iz-zewgt itfal inzammu fis-“solitary confinement cell” tal-habs ta’ Kordin, ghax ma kienx hemm post ghalihom imkien fil-kumpless ta’ Kordin. Wara, it-tnejn intbaghtu l-isptar mentali ta’ Mount Carmel. Posthom la kien Rahal Gdid u lanqas H’Attard.

Ibda biex, is-sitwazzjoni ta’ dawn it-tfal ma kienx imissha wasslet sal-qrati tal-gustizzja. F’Malta suppost ghandna strutturi bizzejjed biex niehdu hsiebhom qabel ma jaslu sa hawn. Imma huwa car li dawn l-istrutturi mhux dejjem jahdmu. Tfal b’agir difficli suppost jinghataw l-ghajnuna kollha mehtiega; imma jidher evidenti li din l-ghajnuna mhijiex qed tinghata dejjem u kif suppost.

L-ghoti ta’ habs lit-tfal jindika falliment f’dawn is-suppost strutturi u s-suppost ghajnuniet. Tfal il-habs ixandru l-falliment tas-sistema kollha li suppost tghozz u tindokkra t-tfal. Il-Kummissjoni ghall-Harsien tad-Drittijiet tat-Tfal ghadha kemm ippubblikat “Manifest Ghat-Tfal” li suppost jelenka d-drittijiet tat-tfal Maltin u Ghawdxin u l-harsien taghhom. Dan xejn ma sewa biex il-qrati taghna jevitaw din il-barbarità li jixhtu t-tfal il-habs. Jekk dawn m’ghandhomx drittijiet bhat-tfal l-ohra kollha?

Il-hsara tal-habs fuq it-tfal

La l-ligi Maltija u lanqas il-Konvenzjoni ghad-Drittijiet tat-Tfal (ta’ l-1989) ma jeskludu li t-tfal ta’ taht is-16-il sena jistghu jinxtehtu l-habs. Imma kemm il-Konvenzjoni u kemm il-“United Nations Rules for the Protection of Juveniles Deprived of their Liberty” (ta’ l-1990) jghidu li tfal ta’ din l-età ma jistghux jintefghu l-habs jekk mhux “bhala l-ahhar mizura u ghall-aqsar zmien xieraq” (Art. 37-b).

Fil-kazi li semmejna, il-habs ma nghatax bhala “l-ahhar mizura”. Fil-kaz tat-tifel, lanqas ma kien “ghall-aqsar zmien possibbli”, ghax dan ilu l-habs kwazi xahar shih. Il-ligi Maltija toffri alternattivi ohra ghall-habs, imma l-qrati taghna ghazlu li jinjorawhom. Din tidher li qed issir drawwa mishuta.

Studji u rapporti internazzjonali kollha jaqblu li l-bicca l-kbira tat-tfal ta’ taht is-16-il sena li jintefghu l-habs jigu minn familji u komunitajiet partikularment minoritaji difficli u emarginati. Fir-rapport taghha “Kids Behind Bars” (ta’ l-2003), id-“Defence for Children International” (DCI) sahqet li s-soluzzjoni mhijiex li titfa’ t-tfal il-habs, imma li tattakka l-gherq tal-problema.

Twissijiet fuq widnejn torox

Fir-rapport ta’ l-2005, id-DCI sahqet li “it-tfal mhux posthom il-habs. It-tfal ghandhom ikunu l-iskola. Ghandhom jilghabu u jiehu gost”. Widnejn il-qrati taghna jidher li huma torox ghal kliem bhal dan.

Il-UNICEF tishaq li “tfal li jidhlu f’konflitt mal-ligi ma jaghmlux dan b’ghazla, imma bhala rizultat tal-ftit opportunitajiet disponibbli ghalihom ghall-izvilupp taghhom”. Tkompli tghid li, “meta jidhlu fis-sistema penali (tal-kastigi istituzzjonali), dawn l-opportunitajiet ikomplu jonsqulhom aktar u aktar”. Il-UNICEF izzid li “il-habs kapaci jkompli jzid il-hsara flok johloq kundizzjonijiet ghar-ri-integrazzjoni tat-tfal fis-socjetà”.

Quddiem il-kliem ta’ din l-awtorità gholja, wiehed ma jistax ma jistaqsix: Il-qrati taghna jafu x’inhuma jaghmlu? Jafu bil-hsara li qed jaghmlu?

Heffa deplorabbli

Kemm fil-habs u kemm Mount Carmel, il-personnel f’dawn l-istituzzjonijiet hadu hsieb it-tfal kemm setghu. Kienu maghhom 24 siegha kuljum (ghall-ispejjez enormi li nhallsu int u jien). Dan hu ta’ min ifahhru. Madanakollu, xorta wahda l-esperjenza tal-habs ghat-tfal ma tistax ma tkunx trawmatika. Hekk iridu l-qrati? Dan hu l-gherf kollu li jippretendu li ghandhom?

Wiehed ma jistax ma jikkundannax din il-heffa gdida li biha t-tfal qed jintbaghtu l-habs kontra d-dritt internazzjonali. Id-dannu tal-habs mhuwiex qed jigi kkalkulat; u lanqas is-soluzzjonijiet aktar difficli ta’ sentenzi alternattivi. Din mhijiex biss hasra, imma tal-misthija.

IL-HABS MHUWIEX POST IT-TFAL; u lanqas ma huma l-Forensic Unit (ghas-subien) jew il-Female Ward 1 (ghall-bniet) ta’ Mount Carmel.

Sa fejn taf tasal aktar l-istupidità taghna!?

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?