Il-prezz ta’ l-ambizzjoni

L-ambizzjoni mhijiex hazina fiha nnifisha. Hija hazina meta tkun dizordnata jew irrazzjonali. Imma kemm meta tkun xierqa u kemm meta ma tkunx, l-ambizzjoni titlob minna prezz, hafna drabi qares. Dan irridu nhallsuh dejjem.

Nies bla ambizzjoni

Il-bniedem bla ambizzjonijiet ta’ xejn hu patetiku. Il-filosfu kbir Grieg tat-tielet seklu qabel Kristu, Aristotli, isostni li bniedem b’nuqqas shih ta’ ambizzjoni ghandu l-hiliet morali tieghu difettuzi. L-istess bhal meta bniedem ikollu wisq ambizzjoni, jew ambizzjonijiet dizordnati jew irrazzjonali. Imma li bniedem ikollu ambizzjonijiet xierqa u moderati huwa sinjal tajjeb.

Originarjament, il-kelma “ambizzjoni” gejja mil-Latin “ambire”, jigifieri “li toqghod iddur ’hawn u ’l hemm”, aktarx ghal xi skop partikulari. Minnha gejjin kliem bhal “ambjent”, “ambjanza”, “ambitu” u kliem bhal dawn. Il-kelma tindika certa motivazzjoni, li hija element fundamentali fil-psikologija u n-newropsikologija ta’ l-agir taghna l-bnedmin.

Wiehed jista’ jifhem ghala bniedem minghajr motivazzjoni ta’ xejn hu dghajjef u msejken. Ghax ma jkun imheggeg ghal xejn, ma jwettaq xejn u ma jistinka ghal xejn. Li bniedem ifittex li jikseb xi haga jew li jtejjeb lilu nnfisu, mhuwiex hazin. Anzi, huma mehtieg biex hajtu tkun ahjar.

Nies b’ambizzjonijiet diversi

Naturalment, dan jiddependi hafna x’ikun dak li bniedem jitheggeg u jistinka ghalih. Mhux kull xewqa u kull ambizzjoni hija xierqa. Meta bniedem jitwebbel li jikseb hwejjeg li ma jkunux xierqa ghalih, allura l-ambizzjonijiet u l-motivazzjonijiet tieghu jsiru vvizzjati. Dan hu hazin daqskemm hu hazin, min-naha l-ohra, li bniedem ma jkollu ambizzjonijiet u motivazzjonijiet ta’ xejn.

Hawn nies li l-unici ambizzjonijiet taghhom huma li jiksbu s-setgha u l-gid jew ikabbruhom dejjem aktar. Dawn l-ambizzjonijiet taghhom huma aktarx marbuta biss mal-kilba dizordnata li socjalment u politikament jitilghu fuq ras kulhadd; li jgibu lil kulhadd jiekol minn idejhom; jew li kulhadd izommhom fl-oghla gieh.

Hemm, imbaghad, nies – ghall-grazzja t’Alla – li l-unuri u l-onorificenzi tad-dinja ma jimpressjonawhomx wisq. Li jippreferu li jistinkaw halli jahsbu, jghidu u jaghmlu s-sewwa milli li jiksbu l-hajr u l-fohrija tan-nies jew tad-dinja socjali u politika ta’ madwarhom.

Hlas ghall-ambizzjoni

Dawn iz-zewg tipi ta’ nies it-tnejn iridu jhallsu prezz ghall-ghazliet taghhom. Ta’ l-ewwel, aktarx billi jitfaqqar f’ruhu u jghix b’personalità li, ghalkemm tkun tidher imwettqa, hi fil-fatt aljenata minnha nnifisha; personalità immatura li tibqa’ dejjem fi stat ta’ tfulija. Tat-tieni, aktarx billi jigi eskluz mit-tributi, l-omaggi u l-privileggi li taf taghti d-dinja.

Dawn, il-bniedem b’ambizzjonijiet dizordnati ma jistax jghaddi minghajrhom; imma l-bniedem b’ambizzjonijiet xierqa lanqas biss ikun iridhom. Anzi, il-ferh u l-hena tieghu huma li hadd ma jfittex li mqar joffrihomlu. Ghax l-unuri, l-onorificenzi, it-tributi, l-omaggi u l-privileggi tad-dinja fil-fatt ibaxxuh; inizzluh ghal-livell ta’ min hu dizordnat fl-ambizzjonijiet u l-motivazzjonijiet tieghu.

Mhuwiex facli li bniedem jichad id-dinja biex izomm mas-sewwa. Ghalkemm dan hu sinjal car ta’ kwalità, id-dinja ggieghlu jbati. Jekk dik it-tbatija ma jsehhlux jibdilha f’ghajn ta’ farag u tjieba, allura dan ikun ifisser li l-ambizzjonjiet tieghu ghadhom mhumiex xierqa ghal kollox.

Il-bniedem rebbieh

Imma l-bniedem li jsehhlu jaghmel dan hu bniedem mistrieh fost l-agitazzjoni tad-dinja, hieni fost in-nervozizmu tas-socjetà u sielem fost it-taqtigh tan-nies. Fuq kollox, hu bniedem profondament grat ghall-helsien ta’ ruhu, ghall-qawwa tieghu fid-dghufija u ghall-qrubija li ghandu ma’ gmiel il-hajja.

Hekk, rebbieh fuq id-dinja, kien Gesù; u bhalu jkunu dawk li huma tieghu.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?