In-nifs tad-djalogu

Il-partigjanizmu u d-djalogu ma jmorrux flimkien. Wahda teskludi lill-ohra. Il-partigjanizmu jista’ ma jkunx biss politiku jew militari, imma wkoll religjuz. Kull partigjanizmu, hu ta’ liema ghamla hu, ixekkel l-elementi essenzjali li jaghmlu d-djalogu possibbli. Socjetà minghajr djalogu hi wahda stagnata u sterili.

Partigjanizmu

Hemm tliet tipi ewlenin ta’ partigjanizmu: politiku, militari u religjuz. It-tlieta ghandhom karatteristici komuni: l-ewwel, huwa mhaddan minn nies imsehbin f’xi grupp jew iehor; it-tieni, dan il-grupp ihaddan, mhux fehmiet, imma twemmin; u t-tielet, l-attitudni tal-grupp u l-membri tieghu hija esklussivista.

L-ewwel karatteristika tiddefinixxi l-identità individwali u komuni tal-membri. Is-shubija taghhom fil-grupp taghtihom kuntest li fih jifhmu lilhom infushom, il-hajja taghhom u d-dinja ta’ madwarhom. It-tieni karatteristika turi li l-grupp u l-membri tieghu ma jhaddnux fehmiet li jistghu jigu diskussi u ddjalogati; imma jhaddnu biss twemmin, jigifieri kuncetti fissi li ma jistghux jitharrku jew jigu zviluppati b’fehmiet jew twemminijiet ohrajn.

It-tielet karatteristika tghaqqad it-tnejn l-ohra ta’ qabilha. Ghax l-esklussività tal-grupp u l-membri tieghu iggeghilhom jifhmu u jaraw lilhom infushom bhala l-kustudji ta’ veritajiet li jeskludu kull fehma jew twemmin li ma jaqbilx, jikkontradixxi jew jopponi dawk taghhom. Huma biss ghandhom ragun u kulmin ma jaqbilx maghhom hu zvijjat, zbaljat jew moghmi.

Partigjani

Prattikament, kull partiti politiku hu partiggjan. Ghax irawwem u jheggeg il-membri tieghu sabiex jahsbu, jitkellmu u jagixxu f’termini esklussivi u settarji, jigfieri b’tali mod li hadd ma jista’ jkollu mqar l-icken ragun hlief huma biss. Taghhom biss hija l-interpretazzjoni tajba, gusta u xierqa tad-dinja. Mill-bqija, kulhadd hu zbaljat u aljenat mill-“verità” li jemmnu fiha huma.

Il-bicca l-kbira tal-gruppi militari huma l-istess. Dawn, flimkien mat-twemmin fiss, inflessibbli, predeterminat u permanenti, izidu wkoll l-azzjoni militari, aktarx sabiex, jew igieghlu lil haddiehor jigi jaqbel maghhom, jew jisparixxuh mid-dinja. Versjonijiet anqas drastici u drammatici ta’ gruppi militari, jigifieri dawk li ma juzawx il-vjolenza fizika halli jilhqu l-iskopijiet taghhom, pubblikament jahdmu b’kemm ghandhom sahha halli jipperswadu lil haddiehor li qieghed fl-izball u jehtieg li jhaddan ghal dak li jemmnu huma.

Dan kollu jghodd ukoll ghall-gruppi religjuzi, kbar u zghar, ta’ kull denominazzjoni (Kattolici, Protestanti, Ortodossi, Buddisti, Musulmani u l-bqija). Il-partigjanizmu ta’ dawn il-gruppi jaghlaqhom fit-“verità” li jsostnu li ghandhom u jsakkarhom biha. Ghalihom, il-“verità” taghhom biss hija t-tajba. Kulmin ma jaqbilx ma’ din il-verità jitlef is-salvazzjoni. L-unika soluzzjoni tieghu hi li jikkonverti.

Esklussivizmu

Kull wahda minn dawn il-pozizzjonijiet partiggjani ma jaccettawx il-principji tad-djalogu. Dan jitlob li l-kuncetti u l-ideat ma jinzammuh u ma jithaddnux b’verità assoluta, imma bhala fehmiet li jistghu jizviluppaw, jikbru u jigu modifikati, adattati jew anki michuda. Imma l-partiggjan dan ma jaccettahx u ghalih din il-prekundizzjoni tad-djalogu hija sempliciment erezija.

Ironikament, spiss issib li l-gruppi li semmejt jghidu u jistqarru li jemmnu fid-djalogu. Imma dan it-taparsi “djalogu” taghhom l-aktar l-aktar jinftiehem biss bhala qsim ma’ haddiehor ta’ kuncetti u ideat fissi li huma immutabbli. Dan id-“djalogu” ma hu xejn ghajr xandir u komunikazzjoni ta’ “veritajiet” u twemminijiet li mhumiex miftuha ghall-bidla jew ghal xi tip ta’ modifikazzjoni jew anki ghall-possibbiltà tac-cahda.

Parigjan jifhem it-taparsi “djalogu” tieghu f’termini dommatici u esklussivi; u ghalhekk ma hu miftuh ghal ebda kuncett jew idea diversa, opposta jew kontradittorja ghal tieghu. Dan ma hu djalogu xejn. Ghax mhuwiex, kif fundamentalment jimplika d-djalogu veru, mixja komuni ma’ nies ohrajn ta’ fehma diversa lejn is-sewwa. Il-partigjan konvint li s-sewwa digà hi fil-possessjoni tieghu; u ghalhekk m’ghandu bzonn lil hadd li jghallmu. Hu trux ghall-fehmiet ta’ haddiehor.

Intervalli ta’ nifs

Socjetà ta’ partigjani hi stagnata ghax ma thaddanx il-possibbiltà ta’ l-izvilupp ta’ l-ideat. Hi maghmula minn blokok ta’ twemminijiet u “veritajiet” fissi li ma jistghu jitharrku b’xejn. Hi wkoll socjetà sterili ghax ma tistax tissupera fehma b’fehma ohra, ghax kull fehma hi mizmuma bhala assoluta (u ghalhekk ma hi fehma xejn, imma twemmin).

L-ispazji ta’ bejn il-blokok huma ftit u dojoq. Imma huma dawn l-ohla intervalli ta’ nifs li ghandna. Huwa hawn li hemm l-aqwa possibbiltà ta’ futur isbah u ahjar.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?