Ir-rebbiegha mhux zmien il-qtil

Kont fil-kampanja u smajt it-tiri tal-kaccaturi. Kont Ghawdex u smajt it-tiri tal-kaccaturi wkoll. Qrajt il-gazzetta u qrajt li tal-Birdlife gew attakkati minn xi kaccaturi. U dan fir-rebbiegha. Zmien li mhuwiex tal-qtil. Hemm xi zmien, nistaqsi jien, meta hu tajjeb ghall-qtil? Hemm xi qtil li jista’ jkollu zmienu?

Regoli ta’ konvivenza

Jien kontra l-kacca bi principju, partikularment meta ssir ghall-gost u l-kappricc u mhux ghall-ghajxien; u specjalment meta ssir fuq proprjetà pubblika. Hemm kacca – bhal dik tal-hut – li ssir ghall-ghajxien. Sakemm din tkun fil-limiti gusti taghha – jigifieri ma ssirx b’mezzi ta’ distruzzjoni indiskriminata jew kontra speci fil-periku ta’ l-estinzjoni – din wiehed ikollu jaccettaha, anki jekk kontra qalbu.

Hemm ukoll il-qtil ta’ annimali li jkunu proprjetà privata, jigifieri jkunu jappartjienu lil xi sid li jrabbi l-annimali ghall-konsum ta’ l-ikel. Din ukoll, sakemm izzomm il-limiti gusti taghha – jigifieri ma tohloqx tbatija ghall-annimali fl-ghajxien, it-trasport jew il-qtil taghhom – wiehed ikollu jaccettaha minhabba nuqqas ta’ alternattiva.

Imma l-qtil ta’ l-annimali – bhejjem jew tajr – ghal xi raguni ohra johloq problemi etici u morali. Ghax il-qtil ghall-kappricc jew ghall-gost, jew il-qtil ta’ annimali li huma proprjetà pubblika, jikser ir-regoli civilizzati ta’ konvivenza; u ghalhekk ta’ gustizzja komuni.

Ebda kunsens ghall-qtil

Il-kappricc jew il-gost ta’ xi individwu jew xi grupp ta’ individwi ma jistax ikun accettabbli jekk jaghmel il-hsara lil haddiehor. Il-libertajiet ta’ kull wiehed u wahda minna huma limitati mil-libertajiet ta’ l-ohrajn. Dan hu wiehed mill-principji fundamentali tas-socjetà civili li minghajru, jew b’eccezzjonijiet ghalih, nispiccaw nieklu lil xulxin.

Issa l-kacca ta’ xi whud huwa kappricc li jirfes fuq il-libertajiet ta’ haddiehor. Dan ghax il-bhejjem jew it-tjur li teqred il-kacca kappriccuza huma proprjetà pubblika; u ghaldaqstant il-pubbliku ghandu d-dritt li jgawdihom u ma jeqridhomlu hadd. It-tgawdija taghhom hija parti mil-libertajiet li lkoll kemm ahna ghandna; u din il-libertà ma tistax tiddiehed minghajr il-kunsens ta’ kulhadd, inkluz generazzjonijiet gejjiena.

Hu evidenti li dan il-kunsens ma jezistix; u ghalhekk it-tbaghbis ma’ din il-libertà u ma’ dan id-dritt pubbliku u civili huwa oggezzjonabbli etikament u anki moralment. Huwa anki illecitu. Imma, minkejja dan kollu, xi whud jibqghu jsostnu li ghandhom id-dritt li jirfsu fuqu. Dan mhuwiex accettabbli.

Rispett civili baziku

Proprjament, l-iskop tal-Birdlife u ta’ organizzazzjonijiet ohra ambjentali mhuwiex li jaraw li jithares dan id-dritt pubbliku, imma li jezercitaw id-dritt taghhom li jgawdu l-libertà civili li huma u ahna ghandna f’dan ir-rigward. Dan l-ezercizzju u din it-tgawdija hija parti mill-korp ta’ libertajiet li huma ghandhom bhala cittadini; u ghaldaqstant ghandu jigi rrispettat minn kulhadd.

Naturalment, li jigu attakkati minn xi kaccaturi ghax ikunu qed jezercitaw dan id-dritt civili li huma ghandhom huwa kundannabbli ghall-ahhar. Mhux biss, imma juri x’attitudni incivili u kriminali ghandhom xi whud fir-rigward tal-libertajiet ta’ haddiehor.

Din mhijiex biss kwestjoni ta’ kacca u mhux kacca; imma ta’ rispett lejn xulxin u lejn il-libertajiet komuni u civili taghna. Jekk xi whud ma jirrispettawx din il-libertà, ohrajn ma jirrispettawx ohrajn. Dan hu li jaghmel socjetà sotto-zviluppata u incivili; li Malta u Ghawdex hafna drabi hi ezempju tajjeb taghha.

Il-bidu tar-rispett tar-rebbiegha bhala zona temporali inaccessibbli ghall-kacca kappriccuza jibda minn hawn: li qabel xejn jitrawwem f’kulhadd rispett lejn il-libertajiet civili u komuni taghna. Dan ghadu nieqes. Min ghandu xi sahha ta’ xi arma jew xi tip ta’ sahha awtoritarja ghadu bl-attitudni li jirfes fuq dawn il-libertajiet. Fi kliem iehor, il-fundamenti tar-rispett civili ghandhom nieqsa.

Bil-mod il-mod, ilkoll kemm ahna rridu nitghallmu nuru rispett lejn xulxin minghajr distinzjoni ta’ hadd.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?