Is-sengha tas-serenità

Fost il-bosta impressjonijiet qawwijin li ghandni, tnejn li huma b’xi mod marbutin mal-kommunikazzjoni f’Malta wehhlu go mohhi minghajr ma jistghu jinqalghu b’xejn. Wahda hi li donnu hadd ma jisma’ lil hadd (dak li bosta drabi sejjaht id-‘djalogu tat-torox’); u t-tieni hi li donnu l-bicca l-kbira — biex ma nghidx kollha — ta’ dawk li jghidu jew jiktbu hafna diskors fil-fatt mhuma qed jghidu xejn.

Espressjonijiet

Biex infisser ruhi ahjar, qabel xejn irrid nghid ezatt x’nifhem meta nghid li persuna ‘tisma’. Mhijiex xi riflessjoni profonda meta nsostni li, altru bniedem FIZIKAMENT JISMA’ l-hsejjes ta’ lehen haddiehor, jew, jekk qed jaqra, jaghraf il-hzuz ta’ kitbet haddiehor; u altru bniedem JAGHTI WIDEN ghal dak li jkun qed jisma’ jew jaqra.

Minkejja dan, donnu hafna jinjoraw din id-differenza u jqisu li l-ewwel attività necessarjament timplika t-tieni wahda meta dan mhux dejjem il-kaz. Filwaqt li t-tieni attività ma tistax issir minghajr l-ewwel wahda, l-ewwel wahda tista’ perfettament issir minghajr ma twassal ghat-tieni.

Barra minn hekk, lanqas ma hi xi riflessjoni profonda li, ma’ dan, insostni wkoll li l-komunikazzjoni mhux dejjem tinvolvi l-uzu tal-kliem, mithaddet jew miktub. Il-komunikazzjoni tista’ ssir b’mod non-verbali, bhal meta tuza forom differenti ta’ espressjonijiet artistici jew anki meta tintlemah fl-agir u fl-azzjonijiet tan-nies. Mhuwiex rari li dawn xi kultant huma hafna aktar elokwenti mill-kliem.

Is-smigh

Li bniedem tabilhaqq jisma’ jmur lil hinn minn dak li, b’mod immedjat, jinqabad mis-sensi, nghidu ahna tas-smigh, tal-hars u l-bqija. Ifisser, fundamentalment u essenzjalment, li wiehed jaghti tabilhaqq widen ta’ dawk il-hsus li b’xi mod jew iehor — verbali jew non-verbali — isawru l-kultura kontemporanja.

Ghal dan tinhtieg hafna serenità. Ghax, ghalkemm bniedem fil-fatt inkonxjament irid jew ma jridx jassimila l-kultura ta’ zmienu, mhux necessarjament ikun konxju taghha jew, ghaldaqstant, jistharrigha jew anki jaghraf ifissirha b’mod artikulat.

M’ghandniex xi nghidu, ghall-istharrig u t-tifsir taghha ghandu bzonn il-hila intelletwali u t-thejjija akkademika. Imma biex ‘sempliciment’ jaghrafha jehtieg serenità kbira, ghax minghajr din, il-mohh ikun mifrux fuq il-hafna distrazzjonijiet li jfixxkluh u jtellfulu l-koncentrazzoni mehtiega.

Id-distrazzjoni

Jista’ jkun li, minkejja l-intellett u l-akkademja, il-bicca l-kbira taghna tonqoshom is-serenità u ghaldaqstant huma distratti wisq biex mohhhom jiffoka bizzejjed. B’hekk, filwaqt li l-hsieb taghhom jibqa’ fqir u superficjali, il-kelma taghhom tibqa’ konsegwentement nieqsa milli tesprimi xi haga ta’ kwalità.

Hu ghalhekk li l-bicca l-kbira — jekk mhux kollha — ta’ dawk li jghidu jew jiktbu hafna diskors aktarx ma jghidu xejn. Hu ghalhekk li d-diskors taghhom — jew ahjar, taghna — huwa biss ‘flatus vocis’, tfigh ta’ hoss li sustanzjalment ma jfisser xejn.

Din aktarx mhijiex ir-raguni ewlenija ghala hadd ma jisma’ lil hadd (ghax aktar nahseb li din gejja mill-attitudni supperva u dommatika taghna; u ghaldaqstant min-nuqqas ta’ thejjija li ghandna fl-‘arti tad-djalogu’). Izda minkejja dan, certament li tikkontribwixxi, ghax jidher li ghandna suspett inkonxju li fil-fatt m’ahniex ghajr ghadd ta’ amorini f’guva li hlief storbju bla sens ma jaghmlux.

Is-serenità

Il-kisba tas-‘sengha tas-serenità’ mhijiex facli. Tenhtieg is-skiet, l-ambjent u r-ritmu ta’ kalma gewwinija li difficli hafna jinstabu fil-hajja frenetika u bil-mohh mifrux li l-impenji taghna jimponu fuqna. Fi kliem iehor, il-kundizzjonijiet mehtiega ghal din il-kisba essenzjali huma nieqsa; u minghajrhom aktarx nibqghu ma nistghux nipproducu arti ta’ kwalità superjuri.

Dawn il-kundizzjonijiet wiehed irid ifittex li johloqhom hu, bl-impenn u l-isforzi tieghu, jekk ihoss il-htiega imperattiva taghhom. Wehedhom ma jinholqux. Hafna drabi, jirnexxielu jiksibhom wara snin ta’ thejjija. Il-bicca l-kbira ma jirnexxielhom qatt, jekk mhux meta jkun tard wisq.

Il-wahdiet li jirnexxielhom ikunu mbierka.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?