Min jidra u min jaccetta

Inzertajt zewg nisa qeghdin jitkellmu dwar l-ewro u l-bidla tieghu mil-lira Maltija. Bhal hafna ohrajn, kienu mhassbin jekk jidrawx il-munita l-gdida jew le. Wahda minnhom qalet li iva; l-ohra qalet li ma tafx. It-tnejn qablu li, iridu jew ma jridux, ikollhom jaccettawha bil-fors. Jien ma’ dan ma qbiltx. Qatt ma taccetta xejn bil-fors. Tidrah bil-fors, iva; imma taccettah, le. Taccetta jekk trid.

Il-bniedem li jderri

Il-bniedem jidra kollox. Mill-aghar affarijiet sa l-ahjar. M’hemm xejn — assolutaemnt xejn — li l-bniedem mhux kapaci jidra. Sa l-akbar hruxijiet. Sa l-aghar kattiverji ta’ haddiehor. Sa l-eqlel mard. Sa l-aktar kundizzjonijiet koroh tal-hajja. Sa l-aktar nuqqasijiet difficli. Kapaci jidrahom u anki jghix bihom ghal hafna snin, jekk mhux ghal dejjem.

Ahna nadattaw irwiehna ghal dak li, irridu jew ma rridux, jigi ma’ wiccna fil-hajja. Fil-fasla tal-hlejjaq hajjin, l-adattament huwa s-sigriet suprem tas-sopravivenza. Mhux biss tal-gens uman, imma ta’ kull hlieqa hajja ohra, hwejjex jew annimali. Is-sopravivenza fizika hija l-aktar stint baziku tal-hlejjaq hajjin kollha; u maghha, ghall-gens uman, tigi wkoll is-sopravivenza tal-personalità.

Ahna nidraw kollox — intenni, assolutament kollox — ghax b’dan il-mod ma ninqerdux. Ninbidlu skond ic-cirkustanzi. Il-flessibbiltà taghna ta’ adattament hija sorprendenti u impressjonanti.

Il-bniedem li jaccetta

Dan ma jfissirx li naccettaw dak li jkollna nidraw, hafna drabi bilfors. Tidra bilfors, iva; imma taccetta jekk trid. Li persuna taccetta xi haga jew in-nuqqas taghha jfisser li taghti l-assens, l-approvazzjoni jew ir-rikonoxximent taghha ghal dik il-haga; assens, approvazzjoni jew rikonoxximent mhux biss estern, imma wkoll intern.

Li persuna taccetta xi haga internament, jigifieri fil-qiegh ta’ qalbha, ifisser li dik il-haga jew in-nuqqas taghha tammiraha, tappoggjaha u anki tissanzjonaha.

Accettazzjoni bhal din tfisser li persuna taghmel taghha dak li jkun gie impost fuqha bilfors; dak li, bis-sewwa jew bid-dnewwa, kellha bilfors tidra tghix biha jew minghajrha. Tfisser li, li kieku dik il-persuna kellha rajha ghal kollox f’idejha, kienet taghzel li ggarrab l-istess haga jew in-nuqqas taghha.

Sitwazzjonijiet ehfef

Min dan jidher li, ghalkemm hafna drabi jigrulna affarijiet li bilfors ikollna nidraw nghixu bihom jew minghajrhom, f’qiegh qalbna ahna xorta wahda ma naccettawhomx. Daqskemm l-ewwel tigrib ma jiddependix mir-rieda taghna, daqshekk iehor tiddependi esklussivament fuq ir-rieda taghna l-accettazzjoni tieghu.

Naturalment, l-accettazzjoni tiffacilita hafna l-ghajxien ta’ l-esperjenza li jkollna nidraw bilfors; imma dan mhux dejjem ikun possibbli. Gieli bniedem anki jaghmel decizjoni ferma li, dak li jkun gie impost fuqu ta’ bilfors, jibqa’ ma jaccettahx ghal dejjem. Dan xi kultant ikun importanti u anki essenzjali ghas-sopravivenza tieghu.

Mhuwiex necessarju li dejjem naccettaw dak li jkollna bilfors nidraw nghixu bih jew minghajru. Anzi, xi kultant ikun assolutament necessarju bil-kontra.

Hajja ahjar

Il-bniedem jidra jew jaccetta ghax, mhux biss irid jghix fizikament, imma wara kollox anki jghix ferhan u b’mod sabih. Naturament, ic-cirkustanzi mhux dejjem nippermettulna naghmlu dan ghal kollox. Anzi, xi kultant certi cirkustanzi jirrovinawlna ghal kollox l-ferh li jista’ jkollna jew is-sbuhija ta’ hajjitna.

Madanakollu, xorta wahda nibqghu dejjem nixxenqu ghall-ferh u s-sbuhija, ikunu xi jkunu c-cirkustanzi ta’ hajjitna. Mhux darba jew tnejn li bniedem jigi ffaccjat bil-hazen ta’ sitwazzjoni li ma jkunx jista’ jevita u ghalhekk ikollu jidrah u jghix bih. Imma jiena nhoss li l-hazen, specjalment dak li jmur kontra l-kuxjenza taghna, ma ghandna naccettawh qatt. Nidrawh, iva, ghax bilfors; imma mhux naccettawh. Anzi, id-dmir suprem taghna jkun li f’qiegh qalbna ma naccettawhx. B’hekk ikun dejjem ta’ haddiehor, imma ma jsir qatt taghna.

Il-hajja taf tkun difficli u xi kultant kattiva. Hafna drabi jkollna nissaportu sitwazzjonijiet u cirkustanzi ghal hafna snin. Imma m’ghandna qatt incedu din il-libertà ta’ accettazzjoni li ghandna f’qiegh qalbna. Din il-libertà ma jista’ jehodhielna hadd, jekk ma naghtuhielux ahna stess. Dan m’ghandna naghmlu qatt.

Tidra bil-fors; taccetta dejjem jekk trid.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?