Wara l-habs ... bahh!

Nhar il-Hamis, 10 ta’ April, se ssir konferenza interessanti li ghaliha int mistieden jew mistiedna wkoll. Din se tkun dwar dak li jghaddu minnu l-eks-prigunieri, jigifieri dawk li, wara l-habs, isibu ma’ wicchom socjetà li donnha ma tinsiex, ma tahfirx u ma tilqaghhomx. Int parti minn din is-socjetà! Il-konferenza se ssir f’St James Cavalier, Valletta, bejn is-6.30 u d-9.30 ta’ filghaxija. It-tema ewlenija hi – L-Eks-Prigunieri: Ittimbrat ghal Dejjem!?

Kelliema esperti

Fil-konferenza se jitkellmu ghadd ta’ esperti fil-qasam. Eks-prigunieri se jaqsmu l-esperjenzi taghhom tal-hajja wara l-habs. Id-direttur tal-habs, is-Supretendent Sandro Gatt, se jitkellem dwar it-thejjija tal-prigunieri qabel il-hrug taghhom mill-habs. Charles Miceli, li hu l-kap tal-“Prison Inmates’ Programme” fic-centru riabilitattiv ta’ Sant’Anna, Bahar ic-Caghak, se jitkellem dwar il-harsien ta’ l-eks-prigunieri wara l-hrug mill-habs.

Antoinette Camilleri, li hija “Employment Advisor” fis-“Supported Employment Section” ta’ l-ETC, se titkellem dwar l-impjiegi u r-rabta taghhom ma’ l-eks-prigunieri. Charles Mifsud, li hu koordinatur ta’ Suret il-Bniedem, il-Gzira, jigifieri wahda mid-djar li ghandna Malta ghal dawk m’ghandhomx fejn joqoghdu, se jitkellem dwar l-akkomodazzjoni accessibbli ghall-eks-prigunieri.

Imbaghad il-“heavy-weights”: il-Magistrat Consuelo Scerri Herrera, se titkellem dwar ir-recidività, jigifieri ghala tahseb li eks-prigunier jerga’ jispicca quddiem il-qorti u gewwa l-habs. Il-Ministru ghall-Politika Socjali, l-Onor. John Dalli, se jitkellem dwar l-impenn tal-gvern f’rabta ma’ l-eks-prigunieri. Wara, Matthew Agius, li hu l-koordinatur ta’ Mid-Dlam ghad-Dawl ghall-hidma ma’ l-eks-prigunieri, se jitkellem dwar ix-xoghol li taghmel l-istess ghaqda ma’ eks-prigunieri.

Serata pjacevoli u istruttiva

Qabel dan kollu, il-konferenza se tiftah b’prezentazzjoni elettronika halli tintroduci s-suggett. Wara d-diskorsi ewlenin li semmejt, se jinghata hin bizzejjed sabiex il-pubbliku kollu prezenti jkollu l-opportunità li jsemma lehnu u jaghti l-fehmiet tieghu. Kulhadd hu mistieden ghall-konferenza u d-dhul ghaliha hu bla hlas.

Kollox ma’ kollox, il-programm imhejji jwieghed serata pjacevoli u istruttiva. Fil-fatt, hija l-ewwel darba li qieghda ssir konferenza pubblika fuq suggett tant sensittiv u importanti. Bhalma l-prigunieri kollha m’ghandhomx jintefghu f’keffa wahda, l-istess l-eks-prigunieri. Xi whud minnhom jaghmlu sforz enormi sabiex jergghu jintegraw ruhhom fis-socjetà wara l-inkarcerazzjoni taghhom.

Imma dan mhuwiex facli. Hafna nies jibqghu jharsu lejhom bicciera, jeskluduhom minn opportunitajiet li suppost huma miftuha ghal kulhadd u jgeghluhom ihossu li mhumiex milqugha jew accettati. Ghal hafna minnhom dan ikun devastanti. Fuq kollox, ikun ifisser kundanna ghal hajja li terga’, inevitabbilment, il-habs.

Idea aktar informata

Jiena cert li dan hadd ma jridu ghal uliedu. Ghaldaqstant, l-eks-prigunier m’ghandux jigi ggudikat b’pregudizzju, minghajr ma jithalla juri s-siwi personali tieghu. Il-fatt li xi whud ma jafdawhx implicitament, minghajr ma jfittxu li jiskopru x’hobz jiekol, huwa att kbir ta’ ingustizzja. Dan jghodd ghac-cittadin privat daqskemm ghal min ihaddem. Kull persuna ghandha titqies fuq il-mertu taghha.

Dan ma jfissirx li KULL eks-prigunier jisthoqqlu l-istess trattament. Il-konferenza ghandha tohrog dan il-punt u tistharreg ghala persuna tista’ ma tkunx affidabbli. Imma ghandu johrog ukoll il-punt li xi whud mill-eks-prigunieri jisthoqqilhom kull ghajnuna u appogg meta jhallu l-habs u jaghmlu l-almu taghhom biex jghixu hajja normali fis-socjetà.

Jiena nheggek hafna li tikkunsidra bis-serjetà tattendi ghal din il-konferenza. Ghax tista’ taghtik perspettiva ohra fuq nies li hafna drabi huma meqjusin bhala l-irmixk tas-socjetà. Laqghat bhal dawn jghinu sabiex ikollna socjetà isbah u ahjar; u din is-socjetà tibda bik. Fuq kollox, din il-laqgha ta’ ftit sighat zgur li se tghin sabiex ikollna idea aktar informata dwar din il-kategorija ta’ nies li hafna jisimghu dwarhom imma li fil-fatt jafuhom ftit li xejn.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?