“Itlaqli ’l barra, hi x’inhi s-sitwazzjoni tieghek!”

F’Gunju li gej, il-parlament Ewropew se jivvota fuq direttivi godda dwar kif jittrattaw ma’ dawk li jigu mgieghla jemigraw u jidhlu l-Ewropa. Id-direttivi huma mahsuba sabiex jaghtu d-dritt li l-emigranti u r-refugjati jitkeccew u jintbaghtu lura minfejn gew wara sitt xhur jew, l-aktar l-aktar, wara 18-il xahar. Aktar minn hekk, jekk jitkeccew, imbaghad ma jkunux jistghu jergghu jidhlu l-Ewropa ghall-hames snin li gejjin.

Insensittività

Fi kliem iehor, l-Ewropa qed taghlaq qalbha ghar-refugjati, hi x’inhi s-sitwazzjoni taghhom. Jekk jghaddu d-direttivi l-godda, l-Ewropa tkun ghamlet pass jew tnejn lura lejn il-konservattizmu irrazzjonali li diversi mill-mexxejja taghha qeghdin jergghu jhaddnu ghad-detriment taghna lkoll.

Id-direttivi donnhom jinjoraw il-fatt li, fil-bicca l-kbira taghhom, dawn l-immigranti llegali ma jhallux pajjizhom ghax iridu. Hija s-sitwazzjoni hazina f’pajjizhom li ggeghilhom isiru refugjati. Dan mhuwiex fenomenu tal-lum, imma ezista minn zmien zemzem. Il-bniedem dejjem fittex—u dan hu naturali—li jsib qaghdiet ahjar ta’ ghejxien.

Li l-Ewropa taghlaq qalbha ghal dan hu sfortuna kbira. Mhux biss jikxef in-nuqqas ta’ sensittività ghall-ezistenza ta’ dawn l-imsejkna, mhux biss tizvela s-sens profond ta’ egoizmu li bih xi kultant tagixxi, imma fuq kollox mhux dejjem hi lesta li tapplika d-dimensjoni universali ghad-drittijiet umani li thaddan.

Ghax kif tista’ tibqa’ tghid li thaddan dawn id-drittijiet jew lesta tibghat bniedem lura f’sitwazzjonijiet li b’disperazzjoni geghluh jahrab minnhom?

Oppozizzjoni

Id-direttivi l-godda qed isibu hafna oppozizzjoni, ghall-grazzja ta’ Alla. Il-konservattivi mhumiex qed jithallew jaghmlu passiggata fuq dahar kulhadd; u mnalla. Imma l-oppozizzjoni mhijiex gejja mil-liberali biss. Hemm ukoll konservattivi stess li d-direttivi qed jarawhom bhala sinjal car ta’ attitudni zbaljata u retrograda li tista’ ggib hafna hsara f’oqsma ohrajn ukoll.

Biex insemmi ftit, specjalment dawk ta’ orjentament religjuz, fost l-oppozituri tad-direttivi l-godda wiehed isib il-Caritas Europa, il-Kummissjoni tal-Knejjes ghall-Migranti fl-Ewropa (CCME), il-Kummissjoni tal-Konferenzi Episkopali tal-Komunità Ewropea (COMECE), il-Kummissjoni Internazzjonali Kattolika ghall-Migrazzjoni (ICMC), is-Servizz Ewropew ghar-Refugjati tal-Gizwiti (JRS), il-Kunsill ghall-Affarijiet Ewropej tal-Quakers (QCEA), l-Iglesia Evangelica Espanola, il-Federazione delle Chiese Evangeliche in Italia (FCEI) u hafna ohrajn.

Oppozituri ohrajn jinkludu l-Amnesty International, il-Kunsill Ewropew ghar-Refugjati u t-Turufnati (ECRE), il-“Human Rights Watch”, il-Pjataforma ghall-Kooperazzjoni Internazzjonali dwar Migranti Mhux Dokumentati (PICUM), is-“Save the Children Cimade” ta’ Franza, SENSOA tal-Belgju u hafna ohrajn.

Principji

Din l-oppozizzjoni formidabbli mhijiex fix-xejn. M’iniex konxju ta’ kif l-MEPs taghna se jivvutaw f’Gunju li gej fir-rigward ta’ dawn id-direttivi skandaluzi. Ghandi tama li jivvutaw kontra. Il-principji li fuqhom wiehed ghandu jopponi dawn id-direttivi gew imnizzla b’mod car f’dokument imxandar f’Awissu ta’ tliet snin ilu (2005) minn 13-il ghaqda internazzjonali meta d-direttivi l-godda kienu bdew jigu diskussi.

Id-9 principji fundamentali mnizzlin huma dawn:
  1. Ghandha dejjem tinghata prijorità lir-ritorn voluntarju
  2. Ghandha dejjem tinghata protezzjoni lil persuni vulnerabbli
  3. Ghandha dejjem tithalla l-possibbiltà ta’ rimedji effettivi ghal persuni li jinhargilhom ordni ta’ tnehhija
  4. Ghandha dejjem tithalla bhala mizuri ahharija z-zamma ta’ persuni ghall-iskop ta’ tnehhija
  5. Ghandha dejjem tigi rrispettata l-unità tal-familja
  6. Ghandhom jinholqu korpi ta’ sorvelja u kontroll indipendenti
  7. Qatt m’ghandu jsir uzu ta’ forza ghajr f’konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta’ l-Ewropa
  8. M’ghandu qatt tigi michuda l-possibbiltà li persuna tirritorna wara tnehhija
  9. Ghandu jinghata stat legali lil persuni li ma jistghux jigu mnehhija
Il-familja kbira umana

Dawn il-principji jistghu jservu ta’ gwida ghas-soluzzjoni gusta u serena tal-fenomenu ta’ nies refugjati li jidhlu fl-Ewropa illegalment. Minkejja l-kumplessità tal-problema, il-qalba tas-soluzzjoni trid tibqa’ tigi mfittxija, mhux bl-emozzjoni jew b’ragunamenti romantici, imma b’razzjonalità li tirrispetta d-dinjità ta’ kull bniedem.

L-Unjoni Ewropea, li dejjem ittamajt li hija istituzzjoni li thares il-valuri tal-familja kbira umana, u mhux ta’ settarizmi u klikek, hija xi ftit dizappuntanti f’dan ir-rigward. Hija hasra li bil-mod il-mod qeghdin nistghu narawha tizloq lejn dawk l-attitudnijiet u konvinzjonijiet li ghamlu l-attrocitajiet tat-tieni gwerra dinjija possibbli. Dan mhuwiex sinjal sabih.

Nittama li, quddiem il-vot fuq dawn id-direttivi l-godda, l-MEPs taghna jaghmlulna unur.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?