L-imsejken Nicholas Azzopardi

Kwazi sena ezatt mill-qtil ta’ l-imsejken Bastjan Borg ta’ Hal Qormi (fil-11 ta’ Mejju), il-pulizija setghu regghu ghamluha. Din id-darba huwa nvolut l-imsejken Nicholas Azzopardi, li miet it-Tlieta tal-gimgha li ghaddiet, 22 ta’ April. Il-kaz ifakkarna fil-mewt tragika ta’ Nardu Debono fid-Depot tal-pulizija fil-31 ta’ Lulju ta’ 28 sena ilu, fl-1980.

Kapacità ideologika

Il-korp tal-pulizija, bhal ohrajn li ghad ghandna f’din il-bicca art, huwa istituzzjoni assolutista. Jigifieri fil-bicca l-kbira tieghu hu maghmul minn nies li jahsbu li ghandhom ragun dejjem u, li hu aghar minn hekk, jemmnu li jistghu jaghmlu, jekk mhux kollox, kwazi kollox. Kull azzjoni taghhom hi gustifikata—hi kemm hi ardita, qarrieqa, korrotta, mahmuga u oskura.

L-istituzzjoni tal-pulizija—nerga’ nghid, bhal ohrajn f’Malta u Ghawdex (kemm civili u kemm religjuzi)—fil-qadi ta-dmirijiet statutorji li ghandha, aktarx jidhrilha li, biex tasal ghall-iskopijiet taghha, tista’ tuza kull mezz li jilghab fuq il-linja li jifred il-lecitu mill-illecitu. Tahseb li dan hu permess minhabba li l-iskopijiet taghha—li zzomm l-ordni fil-pajjiz—huma nobbli u jridu jintlahqu kwazi akkost ta’ kollox.

Hafna pulizija—bhal professjonisti ohra f’oqsma ohrajn—jahdmu fuq il-bazi tal-konvinciment morali. Jigifieri jibdew b’tezi li jemmnuha ghal kollox; u l-hidma taghhom issir fuq il-bazi taghha halli b’xi mod jew iehor jipprovawha. Ma jibdew bil-beneficcju tad-dubju. Jibdew bil-konvinciment morali. Izommu lin-nies hatja u l-imsejkna li jigu taht idejhom iridu jippruvaw l-innocenza taghhom.

Htijiet mhux ippruvati

Din is-sistema mhijiex differenti minn dik uzata mill-Inkwizizzjoni tal-Medjuevu. Infatti din kienet biss istituzzjoni assolutista ohra; u ghalhekk is-sistema taghha kif tasal ghar-rizultati li riedet kienet simili ghal kull istituzzjoni assolutista ohra, inkluz bhal dik li nilmhu fil-korp tal-pulizija.

Il-bidu ta’ kull process bil-konvinciment morali—u mhux b’assunzjoni ta’ l-innocenza tal-persuni—jivvjola l-principju modern tal-gustizzja kriminali, jigifieri li persuna trid tinzamm innocenti sakemm ippruvata lil hinn minn kull dubju ragunevoli li hija hatja.

Dan aktarx mhuwiex qed isir minn hafna pulizija f’livelli gholjin tal-korp. Ghaldaqstant, hafna mill-operat isir vizzjuz u perikoluz. Ghax flok jipprotegi l-innocenza tal-persuni, jabbuza min-nuqqas ta’ hila taghhom—umana, finanzjarja u/jew istituzzjonali—biex jiddefendu lilhom infushom.

Il-kaz ta’ l-imsejken Nicholas Azzopardi jidher li hu f’din il-linja ta’ operat. Il-qalba tal-kaz jista’ jkun din l-attitudni istituzzjonali assolutista li l-korp jidher rawwem fi hdanu. Il-kaz forsi hu wiehed estrem, tassew; izda certament mhuwiex uniku jew anki rari. Hafna ohrajn jghaddu minn din l-esperjenza, imma ma jiksbux—jew ma jridux li jinghataw—pubblicità.

Difiza ta’ l-istituzzjoni

Il-kazijiet simili ta’ Nardu Debono u ta’ l-imsejken Bastjan Borg huma wkoll stejjer tal-biki li huma possibbli biss fi hdan l-assolutizmu dannuz u devastanti li jhaddnu xi ufficjali fil-korp tal-pulizija u f’istituzzjonijiet ohra simili.

Dawn l-istituzzjonijiet, mhux biss jiggustifikaw kollox, imma kapaci juzaw kull mezz sabiex jghattu l-passi taghhom. Li hu aghar, ghandhom il-mezzi kollha li jridu sabiex jaghmlu dan; li, fil-konfront taghhom, ic-cittadin privat jinsab mnezza’ u ckejken.

Digà f’dan il-kaz ta’ l-imsejken Azzopardi nkixfu l-inkonsistenzi min-naha tal-pulizija. Digà jidher li s-sens istituzzjonali qawwi li ghandhom xi whud geghilhom jghidu, mhux il-verità tal-fatti, imma dak li jaqblilhom halli jsalvaw wicc l-istituzzjoni mahbuba taghhom.

Dan rajnieh kemm-il darba ohra. Rajnieh fil-kaz ta’ Nardu Debono, rajnieh fil-kaz ta’ l-imsejken Bastjan Borg u rajnieh f’bosta kazijiet ohra li l-bicca l-kbira taghhom mhumiex maghrufin mill-pubbliku generali. Li hu aghar hu li nistghu nibqghu narawh. Ghax l-assolutizmu istituzzjonali dak li jgib. Dejjem.
___________________________________________

Jekk trid tara video-clip ta’ l-imsejken Nicholas Azzopardi jaghti x-xhieda tieghu qabel ma miet, aghfas hawn (external link).

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?