Sunday, 18 January 2009

“Ehilsuh, ghax innocenti!”

Fil-21 ta’ Dicembru li ghadda, it-tragedja ta’ Lockerbie ghalqet 20 sena minn mindu sehhet. F’dan il-jum, fl-1988, ajruplan tal-Pan Am twaqqa’ fuq ir-rahal ta’ Lockerbie, fl-Iskozja. Flimkien mal-270 ruh abbord, mietu wkoll hdax-il persuna fuq l-art minn dan ir-rahal.

“Inti innocenti!”

L-istorja tar-riperkussjonijiet politici ta’ wara dan id-dizastru, kif ukoll ta’ l-investigazzjoni u l-process kriminali ta’ dawk li gew akkuzati bil-qerda ta’ dan l-ajruplan u bil-mewt kerha ta’ dawn il-persuni, hija forsi tragika daqs l-incident terribbli nnifsu. L-interessi politici li ddahhlu f’din l-istorja, u l-manuvrar li dawn gabu maghhom, ghamlu minn din l-istorja serje bla qtugh ta’ tghawwig, tbaghbis u tbatijiet.

Il-persuna ewlenija li, fl-ahhar mill-ahhar, giet akkuzata ghal din it-tragedja, Abelbaset Ali Mohmed al-Megrahi, jinsab fil-habs ta’ Greenock, l-Iskozja, b’sentenza ta’ ghomru l-habs. Però, qed jistenna li, aktar tard din is-sena, jinstemaghlu l-appell tal-kaz tieghu; u aktarx jigi illiberat minn kull akkuza migjuba kontrih. Ghandu kankru fil-prostata.

Fl-Iskozja stess hemm kampanja sabiex jigi mehlus minnufih fuq bejl. Din il-kampanja hija mmexxija minn Jim Swire, li fost il-hdax-il persuna li mietu minn Lockerbie kien hemm it-tifla tieghu. Issa, ftit qabel l-anniversarju ta’ dik it-tragedja terribbli, inghaqad mieghu dak li kien kappillan ta’ Lockerbie f’dak iz-zmien, Dun Patrick Keegans. “Ninsab konvint li inti innocenti,” kiteb Dun Keegans lil Megrahi, “Inti jisthoqqlok gustizzja daqs il-familji li tilfu ’l-qrabathom fit-tragedja. Il-verità tad-dizastru ta’ Lockerbie ma harget qatt.”

‘Jum ta’ dlam u swidija’

La harget u lanqas tohrog. Ghax tant dahlu intricci politici ― specjalment mill-Amerika ― f’din l-istorja kerha, li issa hu prattikament impossibbli li tinhall il-kobba li nholqot. Dun Keegans illum ghandu 62 sena u jghix f’Ayr, l-Iskozja stess. F’dak iz-zmien li kien kappillan fil-parrocca tat-Trinità u salva mit-tragedja b’miraklu.

Fil-jiem ta’ wara l-appogg tieghu ghall-helsien ta’ Megrahi, Dun Keegans indirizza l-parlament Skocciz fejn ikkonferma dan l-appogg. Lill-parlamentari qalilhom li dak kien ‘jum ta’ dlam u swidija’, infern fuq l-art, u ghal hafna ghadu hekk fit-tifkiriet taghhom. Imma ghal ohrajn minn dan id-dlam hareg id-dawl ta’ l-imhabba u l-kura ta’ haddiehor.

L-appogg tal-ghageb ta’ Dun Keegans ghall-helsien ta’ Megrahi gie wara li f’Novembru li ghadda l-avukati ta’ l-akkuzat tilfu talba ghall-helsien tieghu fuq bejl mill-qrati gudizzjarji. L-appell mis-sentenza ta’ Megrahi ilu gej hafna, imma forsi din is-sena jinstama’. Hafna qeghdin jistennew li jinheles minn kull responsabbiltà ghat-tragedja ta’ Lockerbie.

Att kuragguz

L-appogg ta’ Dun Keegans ghall-helsien ta’ Megrahi hu att kuragguz hafna. Dan kien il-bniedem li ispira hafna nies f’Lockerbie f’dak il-jum tat-tragedja u fil-jiem ta’ wara biex jahdmu flimkien halli jtaffu t-tbatijiet bla qies li holqot din il-grajja terribbli. Kien hu li waqaf mal-familji tal-mejta u tal-midruba. Kien hu li zammhom milli jiddispraw.

Issa Dun Keegans kellu l-kuragg kbir li jistqarr li, minkejja l-kumplessità enormi tal-kaz, hu kien konvint li Megrahi hu innocenti u li ghandu jigi mehlus minnufih mill-habs, illiberat minn kull akkuza. Dan ma kienx pass hafif jew nieqes mill-prudenza. Hu pass meqjus sew u mahsub biex irodd ftit gustizzja fost l-ingustizzji kbar li saru minn xi whud fil-komunità internazzjonali ― l-iprem fosthom l-Amerika ― biex jiehdu vantagg politiku mis-sitwazzjoni.

Megrahi mhux biss hu marid serjament, imma fuq kollox hu innocenti. Hu ghalhekk li ghandu jinheles. L-ingustizzja terribbli tat-tragedja ta’ Lockerbie m’ghandhiex tigi mwittija b’ingustizzja ohra mal-hafna ingustizzji ohrajn li saru qabilha, fosthom mal-poplu Libjan kollu ghal hafna snin.

Lockerbie tassew hi tragedja umana tal-biza’, imma mhux biss ghall-qerda ta’ tant nies li mietu bil-hbit ta’ l-ajruplan fil-21 ta’ Dicembru ta’ l-1988, imma wkoll ghall-mod kif din il-qerda giet sfruttata ghal ghanijiet politici mill-aktar moqzieza u oxxeni. Il-lehen tal-eks-kappillan kattoliku ta’ Lockerbie jikkonferma dan.

No comments:

Post a Comment

Top posts last 30 days

Top posts ever