Poplu gwejjed

L-irvellijiet li sehhew fil-Grecja fil-gimghat li ghaddew kienu inkomprensibbli ghal hafna. Xi whud fostna rawhom bhala esagerati. Ohrajn, bla bzonn. Dan mhuwiex ta’ l-istaghgib. Ghax ahna m’ghandniex sens ta’ sensibbiltà civika bhalma ghandhom xi whud minn pajjizi ohra ta’ l-Ewropa, inkluz il-Grecja, jew tad-dinja. Ahna poplu gwejjed li noqoghdu ghal kollox. Ghal kollox.

Ghala gwejdin?

Li tghid li xi hadd huwa gwejjed generalment hu kumpliment, mhux tmaqdir. Imma f’dan il-kaz, meta nghid li l-poplu taghna huwa gwejjed, ma nifhimhiex bhala kumpliment, imma bhala nuqqas serju li huwa effett ta’ difett qawwi fil-karattru nazzjonali taghna. Ahna noqoghdu ghal kollox. Ingergru kemm trid u kemm nifilhu. Imma mbaghad ma naghmlu xejn. Qisna hafna klieb jinbhu minghajr ma jigdmu.

Ghaliex dan? Ghax nibzghu minn dellna? Le, ma nahsibx. Nahseb li l-problema taghna hija li, fil-fatt, m’ghandniex sens civiku zviluppat bizzejjed li jgeghilna noqomsu meta naraw li l-istituzzjonijiet tal-pajjiz qed jghaffgu fuqna jew jaqbzu l-limiti li, f’socjetà civilment zviluppata, suppost ghandhom.

L-istituzzjonijiet taghna ‘power’ enormi li ahna ma nisfidawhiex. Fl-ahhar mill-ahhar, minkejja l-hafna tgergir fil-vojt li naghlu, noqoghdu ghaliha, anki meta tghaffeg fuq id-drittijiet civici li suppost ghandna. Fil-fatt, dawn id-drittijiet huma nieqsa hafna. Li hu aghar huwa li lanqas biss nahdmu u nistinkaw bizzejjed sabiex niksbuhom.

Kwazi allat

Forsi hu ghalhekk li l-irvellijiet li sehhew fil-Grecja ma nifhmuhomx. Ghax ghalina li tant mijiet ta’ nies jirvellaw u jaghmlu tant storbju u hsara flimkien kontra l-gvern u xi istituzzjonijiet pubblici jew privati ohra narawha bhala xi haga stramba, kwazi mignuna. Il-Griegi aktarx ghandhom sens civiku hafna aqwa minn taghna. Aktarx ma jippermettux li l-gvern jew xi istituzzjoni privata jew pubblika ohra tghaffeg fuq id-drittijiet civici taghhom. Aktarx lanqas ma jippermettu li dawn l-istituzzjonijiet jeccedu l-limiti li suppost ghandhom.

Sfortunatament, ahna m’ahniex hekk. Ahna lill-gvern jew lill-istituzzjonijet inhalluhom jaghmlu li jridu u li joghgbohom, qishom kienu xi allat li hadd ma jista’ jmerihom. Ahna ngergru kontrihom, imma mbaghad ma naslux biex ninghaqdu bejnietna u ncekckuhielhom go snienhom halli jitghallmu jzommu l-limiti taghhom u jidraw ma jirfsux fuq id-drittijiet civici li ghandna.

Din l-attitudni hija biss dik li nsejhulha ‘traspozizzjoni’. Ahna ‘nittrasportaw’ fuq l-istituzzjonijiet l-istess sentimenti li nhaddnu ghalina nfusna. Ghax hafna drabi ahna nqisu lilna nfusna bhal speci ta’ allat fil-qasam taghna jew fi hdan l-istituzzjonijiet li naghmlu parti minnhom; u ghalhekk nahsbu jew nemmnu li l-istituzzjonijiet infushom huma l-istess: kwazi allat, omnipotenti; assoluti.

Rispett lejna nfusna

Aktarx hu ghalhekk li l-korruzzjoni fostna hi bla qjies. Ghax min hu assolut aktarx ma jsibhiex bi tqila li jaghmel dak kollu li jigi ghal idejh sabiex iwettaq hsibijietu jew jasal ghall-iskopijiet tieghu. It-tixhim, it-theddid u l-pjaciri minn taht huma r-regola ta’ kuljum; u hekk tkompli dejjem tikber il-pjana ta’ l-assolutizmu istituzzjonali.

F’Malta u Ghawdex l-istituzzjonijiet huma limitati biss mill-istituzzjonijiet l-ohra, mhux mid-drittijiet civici taghna. Flimkien jiffurmaw bhal speci ta’ supra-civilità jew super-socjetà li ahna sekondarji ghaliha. Li hu aghar huwa li ahna dan nippermettuh. Dejjem ippermettejnieh u nibqghu nippermettuh. Noqoghdu ghal din is-sitwazzjoni anomala u pregudikanti li zzommna civilment infantili u immaturi.

Fil-Grecja mijiet ta’ cittadini qamu u rvellaw ghax haga bhal din ma jaccettawhiex. Ma kienx esagerazzjoni dak li huma ghamlu. Ma kienx bla bzonn; u wisq anqas bla sens. Kien tbezbiza serja lill-gvern u ’l xi whud mill-istituzzjonijiet taghhom biex izommu posthom; biex jirrispettaw lic-cittadin u d-drittijiet civici tieghu; biex l-assolutizmu istituzzjonali ma jibqax jikber.

Bil-kontra taghhom, ahna poplu gwejjed li bil-kemm kemm ghandna rispett lejna nfusna.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?