Xi hadd qed jisma’ fil-Ministeru ta’ l-Intern?

Madwar xahar ilu, kien hawn f’Malta grupp ta’ hidma mill-Gnus Maghquda residenti f’Ginevra. Ix-xoghol ta’ dan il-grupp kien li jistharreg is-sitwazzjoni legali u prattika ta’ dawk in-nies li huma mizmuma kontra r-rieda taghhom. Dawn in-nies jinkludu l-immigranti llegali u l-prigunieri.

Grupp importanti

Gruppi bhal dawn huma importanti u essenzjali. Jaraw dak li ahna hafna drabi ma narawx aktar. Jistharrgu sitwazzjonijiet li ahna aktarx drajna nghixu bihom bhallikieku kienu xi haga normali. Gruppi bhal dawn ma jhalluniex naghalqu ghajnejna jew norqdu. Hafna drabi jigbdulna l-attenzjoni ghal affarijiet li l-kuxjenza taghna jmissha tniggizna fuqhom.

Dan il-grupp tal-Gnus Maghquda – immexxi minn certa Manuela Carmena Castrillo – dam Malta hamest ijiem. Fihom iltaqghu ma’ diversi nies u zaru xi postijiet ta’ detenzjoni ta’ l-immigranti u anki l-habs. Wara, il-grupp ghamel konferenza stampa u anki hareg rapport qasir dwar dak li osserva. Fihom il-grupp wera l-preokkupazzjoni tieghu fuq diversi hwejjeg delikati li jmissu mal-gustizzja.

Naturalment, bhalma wiehed dara jistenna, il-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern m’ghogbux dan kollu. Bhas-soltu, huwa ddefenda s-sitwazzjonijiet ezistenti u pprova jirrezisti hafna mill-kritika li l-grupp tal-Gnus Maghquda ghamel. Fi ftit kliem, minkejja li nbidel il-Ministru tal-Gustizzja u l-Intern, l-attitudni bazika li konna mdorrijin biha qabel ma nbidlitx.

Kritika ghalxejn?

Wiehed mid-diversi punti ta’ kritika li ghamel il-grupp tal-Gnus Maghquda kien dwar il-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern innifsu. Il-grupp qal li dan, tant ghandu kompetenzi, li ghandu l-periklu li ma jkunx trasparenti. Din hija kritika serja, ghax tindika li m’ahniex protetti daqskemm nahsbu mill-amministrazzjoni istituzzjonali. Naturalment, il-gvern aktarx mhuwiex lest li jirrimedja sitwazzjoni bhal din. Kollox aktarx jibqa’ ezatt kif inhu.

Il-grupp anki kkritika l-fatt li meta xi hadd jigi arrestat, skond il-ligi Maltija dan m’ghandux id-dritt li jsejjah avukat qabel ma jghaddu 48 siegha. Din l-anomalija ilha hafna tigi indikata lill-gvern. Imma, minkejja dan, xorta wahda qatt ma sar xejn dwarha. Meta se jsir ma nafx.

Fir-rapport tieghu, il-grupp anki semma’ s-sistema tal-parowl. Huwa heggeg lill-gvern sabiex jintroduci din is-sistema mill-aktar fis. Ghallanqas dwar dan il-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern qieghed jahseb, anki jekk b’pass ta’ nemlu. Il-White Paper li suppost harget millanqas hames xhur ilu – skond l-istess Ministru – ghadha fuq l-ixkaffa u mhuwiex car kemm l-istennija se ddum aktar.

Lehen ic-cittadin

Il-grupp tal-Gnus Maghquda anki ghamel kummenti fuq l-assistenza li l-akkuzati suppost ikollhom minn avukat. Huwa qal li dan id-dritt, ghalkemm fit-teorija taparsi jigi mhares, fil-fatt mhux dejjem huwa hekk. Hawnhekk il-grupp mess nerv haj, anki jekk ma elaborax wisq fuq it-tema. Jien jidhirli li dwar dan l-awtoritajiet qeghdin idahhlu rashom fir-ramel u jinjoraw il-problemi li jezistu. Dan m’ghandux ikun.

Dwar l-immigranti llegali, il-grupp kien aktar qawwi fil-kritika tieghu. Appati li tkellem dwar xi dettalji tal-ligi u dwar il-proceduri wzati ghall-istharrig tal-kazijiet ta’ l-immigranti, huwa anki kkummenta fuq il-kampijiet ta’ Hal Safi u Lyster Barracks, fejn jinsabu mizmuma xi whud mill-immigranti.

Dwar dawn, il-grupp qal li ‘l-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni’ f’dawn il-kampijiet ‘huma tal-wahx (appalling) u jheddu s-sahha fizika u mentali ta’ dawk mizmuma’. Kritika bhal din ma tistax tigi injorata u l-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern ma jistax jibqa’ jinheba wara subghajh u jhalli kollox kif inhu.

Jien ma rridx nahseb li, quddiem sitwazzjonijet bhal dawn, il-lehen tac-cittadin – anki kif rapprezentat f’grupp bhalma hu dak tal-Gnus Maghquda – ma jiswa ghal xejn. Imma xi kultant ikolli l-impressjoni qawwija li fil-fatt hekk hu.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?