Tmiem Guantanamo (saflahhar)

Xahar ilu, fit-23 ta’ Jannar, il-President il-gdid ta’ l-Istati Uniti, Barak Obama, ta ordni ezekuttiva sabiex il-habs infami ta’ Guantanamo Bay f’Kuba jinghalaq fi zmien sena. Dan il-habs hu ta’ misthija ghall-Amerika, li f’dawn l-ahhar ghexieren ta’ snin laqghbitha ta’ paladun tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija. Din l-azzjoni ta’ Obama wriet li hu bniedem ta’ kelma.

Azzjonijiet kuragguzi

L-ordni ezekuttiva li jinghalaq il-habs ta’ Guantanamo giet wara li, ftit sighat wara li ha l-halfa bhala l-44 President ta’ l-Istati Uniti fil-21 ta’ Jannar li ghadda, Barak Obama ordna li jieqfu t-tribunali kriminali li kienu qed isiru tan-nies mizmuma fl-istess habs. Dak in-nhar, huwa talab 120 jum sospensjoni ta’ dawn it-tribunali.

F’dak il-waqt, kienu ghaddejjin 21 tribunal minn dawn, inkluz dak ta’ Khalid Sheikh Mohammed, li kien ammetta li hadem il-logistika tal-attakki tal-11 ta’ Settembru ta’ l-2001 fuq it-Torrijiet Tewmin tac-Centru tal-Kummerc Dinji. Huwa kien qed jiffaccja, jekk jinstab hati, sentenza ta’ mewt.

Jumejn wara li waqqaf dawn it-tribunali, Obama mhux biss habbar li se jaghlaq il-habs ta’ Guantanamo fi zmien sena, imma wkoll li se jirtira l-bazi legali ta’ kull tortura li ssir f’habsijiet militari Amerikani, kif ukoll li jaghlaq kull habs sigriet li s-CIA ghandha barra t-territorju Amerikan.

Messagg lid-dinja

“Il-messagg li qed nibaghtu madwar id-dinja,” qal Obama waqt li habbar dawn il-mizuri kuragguzi, “huwa li l-Istati Uniti ghandha l-intenzjoni li tissokta bil-glieda taghha kontra l-vjolenza u t-terrorizmu u li se naghmlu dan b’mod mahsub, b’mod effettiv, imma wkoll b’mod li hu jaqbel mal-valuri u l-ideali taghna.”

Dan l-agir jikkuntrasta hafna mal-politika mhaddna mill-president ta’ qablu, Gorg W. Bush, li, b’nuqqas serju tal-valuri u l-ideali ta’ l-Istati Uniti stess, qatt ma ddardar japprova u jinkuraggixi torturi, arresti arbitarji u vjolenza kontra nies suspettati b’terrorizmu, anki jekk xi kultant kienu innocenti. Biss biss, fil-habs infami ta’ Guantanamo, fejn kienu jinzammu nies bhal dawn, ghada hemm bhalissa 12-il tfajjel taht it-18-il sena.

Bush biddel dan il-habs f’wiehed mis-simboli l-aktar cari, infamja u mistmerra tal-esagerazzjoni u l-ossessjoni Amerikana b’dawk li sostni huma l-ghedewwa taghha. Obama beda jibdel dan kollu u, kif qal hu stess, “l-Amerika m’ghandhiex ghalfejn thaddan regola ta’ tortura”.

Zminijiet ahjar

Obama jrid ukoll li l-processi kriminali tan-nies mizmuma fil-habs ta’ Guantanamo jsiru fuq linji godda. Irid ukoll li jibghat lil dawk li bhalissa huma mizmuma hemmhekk f’habsijiet Ewropej. Bhalissa hemm 245 habsi f’dan il-habs tal-misthija.

Bla dubju, dak li qed jaghmel Obama mhuwiex facli. Xi whud mill-habsin gol-habs ta’ Guantanamo kienu tassew involuti f’atti koroh u atroci ta’ terrorizmu. Imma dan kien fi zmien meta jista’ jitqies li l-Amerika stess kienet qed tipprovoka dawn l-atti. Issa dak iz-zmien spicca.

Obama qieghed idahhal nifs gdid f’dak li kien sar cirku vizzjuz ta’ vjolenza. Bl-gheluq tal-habs ta’ Guantanamo mhux biss qieghed izomm kelmtu, imma qieghed juri li l-metodi tieghu huma drastikament differenti minn dak li kienu qabel ma sar president.

L-Amerika kienet ghamlet lilha nnifisha mibghuda mad-dinja kollha. Obama beda jfejjaq ftit mill-grieghi li ghamlet lilha nnifisha. L-gheluq tal-habs ta’ Guantanamo u tal-habsijiet sigriet tas-CIA, kif ukoll l-abbandun tat-tortura f’habsijiet militari, huwa sinjal car ta’ dan.

Huwa wkoll sinjal car taz-zminijiet ahjar li qed jixref fuq l-Istati Uniti u fuq id-dinja.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?