Vergonja ‘sans frontiers’

Id-decizjoni ta’ tliet ijiem ilu li l-“Medecins Sans Frontiers” tirtira milli toffri aktar servizzi fil-kampi ta’ detenzjoni f’Malta hi preokkupanti taht kull profil. Din id-decizjoni mhux biss se tnaqqas is-servizzi medici ta’ dawk mizmuma f’dawn il-kampijiet, imma wkoll se taghti isem pessmu lil Malta u l-mod kif tqis id-drittijiet tal-bniedem.

Twissija ohra qawwija

Din ma kinetx l-ewwel darba li l-gvern Malti―u, b’implikazzjoni, il-poplu Malti kollu―gie ammonit ghall-istat li fih qieghed izomm in-nies f’detenzjoni fil-kampijiet diversi li ghandna f’Malta. “Medecins Sans Frontiers” hija l-ahhar wahda minn fost ghadd ta’ entitajiet internazzjonali li gibditilna l-attenzjoni ghal dan in-nuqqas kbir taghna.

Ftit tal-gimghat ilu, ‘working group’ tal-Gnus Maghquda ghall-harsien tad-drittijiet tal-bniedem gibdet l-istess konkluzjoni bhalma kellha taghmel “Medecins Sans Frontiers”. F’dik l-okkazjoni, il-gvern, flok ra kif ghamel u sema’ mill-‘working group’, gab hafna skuzi u qal li dan il-grupp ma rax bizzejjed u qata’ ghad-dritt.

Zgur li issa dan ma jistax jinghad ghall-konkluzjonijiet ta’ “Medecins Sans Frontiers”, ghax dawn zgur li raw bizzejjed, messew b’idejhom u wasslu prattikament ghall-istess konkluzjoni tal-‘working group’ tal-Gnus Maghquda. Qabilhom kien hemm l-Amnesty International, biex ma nsemmux diversi gruppi u entitajiet Maltin stess li kontinwament jahdmu bla heda man-nies mizmuma fil-kampijiet ta’ detenzjoni.

Pajjiz bla misthija?

Minkejja dan kollu, minkejja din l-evidenza kollha, minkejja din il-vergonja kollha, il-gvern xorta wahda jibqa’ jgib l-iskuzi u jidfen rasu fir-ramel. Li hu tal-ghageb hu li l-azzjoni dizgrazzjata tieghu tibqa’ ma tigix ikkastigata. Min hu responsabbli xorta wahda, minkejja dawn l-ammonizzjonijiet kollha, jibqa’ jghix u jagixxi bhallikieku ma hu qed jigri xejn.

Dan kollu jsir f’isimna; u ahna ghandna ghalfejn nisthu tassew li dawn l-affarijiet qed isiru pajjizna. Mhux biss donnu m’ghandna ebda pudur quddiem il-barranin esperti li jwissuna, imma lanqas ghandna misthija minn nies li qeghdin f’pajjizna ghax il-bicca l-kbira minnhom harbu minn terruri u tbatijiet li sabu ma’ wicchom f’pajjizhom.

Jien nisthi li dan il-pajjiz jibqa’ jinsisti li ghandu jissejjah kattoliku. Nisthi li jibqa’ jippretendi li hu ccivilizzat. Ghax il-verità tal-fatti juru mod iehor. Il-verità tal-fatti juri li, meta nigu ghas-si u n-no, ir-rekord taghna rigward il-harsien tad-drittijiet tal-bniedem, anzi, ir-rekord taghna ghas-semplici dicenza bazika, hi nieqsa hafna u bosta drabi skandaluza.

Ilkoll responsabbli

Il-gvern m’ghandu ghalfejn jistaghgeb xejn li “Medecins Sans Frontiers” irtiraw is-servizzi taghhom. Ghal min jafhom, dawk in-nies li jaghti l-hin u s-servizz taghhom f’din l-organizzazzjoni tant prestiggjuza mad-dinja kollha, huma nies ta’ l-affari taghhom li ma jaccettawx il-loghob bil-bzallu.

Imma f’Malta dan li qeghdin naghmlu. Il-gvern irid jghatti x-xemx bl-gharbiel u, li jiena nara tabilhaqq aghar, huwa li l-awtoritajiet tal-Knisja ma jissehbux ma’ dawn il-korpi internazzjonali u nazzjonali sabiex jiddenuncjaw b’mod serju u onest dan l-oltragg li l-hin kollu jsir taht imnehirna.

Il-Knisa Kattolika jmissha tkun minn ta’ l-ewwel li tiddenuncja t-tkasbir tad-drittijiet tal-bniedem f’dawn il-kampijiet ta’ misthija. Imissna lkoll kemm ahna, hi x’inhi l-pozizzjoni taghna quddiem il-kwestjoni tahraq ta’ dawk li jaslu illegalment f’pajjizna, niehdu pozizzjoni cara kontra dan it-tkasbir.

Ilkoll kemm ahna―jien u int u kulhadd―ahna responsabbli ta’ dan kollu. Ghax jekk m’ahniex naghmluh ahna direttament, is-silenzju taghna qieghed ikun komplici ma’ l-azzjonijiet dannuzi u vergonjuzi tal-gvern.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?