‘White Paper’ kuragguza

Ftit anqas minn xahar ilu, il-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern xandar dik li tissejjah ‘White Paper’. Din hi kitba li fiha l-gvern iqieghed certi temi ghad-diskussjoni tal-pubbliku. Din il-‘White Paper’ partikulari tikkoncentra l-aktar fuq l-introduzzjoni tas-sistema tal-parowl f’pajjizna. Dan il-pass mhux biss huwa wiehed ghaqli, imma wkoll kuragguz.

Vantagg lis-socjetà

Il-kelma ‘parowl’ gejja mill-Franciz ‘parol’, li kienet tfisser ‘kelma ta’ ragel’ jew ‘kelma ta’ mara’. L-uzu modern tal-kelma ‘parowl’ tirreferi ghal sistema fil-gustizzja penali li fiha prigunier issentenzjat jaghmel bicca mis-sentenza tieghu fil-komunità bil-patt li jaghti kelma li jzomm mal-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-awtorità li thallih fil-libertà.

Din is-sistema tivvantaggja l-aktar is-socjetà. Ghax biha (bhalma huwa xjentifikament ippruvat), jonqos konsiderevolment il-ksur tal-ligi minn nies li digà ghandhom kondotta kriminali. Dan isir minhabba li s-sistema tal-parowl tqieghed lill-eks-prigunier stess responsabbli ghal-libertà tieghu, haga li hu japprezza hafna u jrid ihares kemm jista’ jkun.

L-eks-prigunier jaf li, jekk jikser il-kundizzjonijiet tal-parowl imposti fuqu mill-awtoritajiet, jissogra serjament li jigi mgieghel jirritorna l-habs bil-konsegwenza li jissakkar aktar fit-tul. Ghaldaqstant, b’din is-sistema s-socjetà tiggieled lura l-kriminalità bil-valuri, mhux taghha biss, imma b’dawk li l-eks-prigunier stess japprezza l-aktar.

Daqsxejn storja

Is-sistema tal-parowl jidher li bdewha l-Inglizi fi zmien li l-Amerika kienet kolonja taghhom. Dan kien ghall-habta ta’ l-1655 meta prigunieri tal-gwerra kienu jithallew liberi bil-patt li ma jergghux jaqbdu l-armi kontra l-helliesa taghhom. L-istess sistema bdew juzawha fl-Awstalja fl-1840. Fl-Ingilterra stess is-sistema bdiet tintuza fl-1853.

Minhabba li nstab li, fil-bicca l-kbira tal-kazi, il-parowl bdiet tahdem b’rizultati pozittivi, is-sistema bdiet tinfirex hafna u tintuza f’diversi pajjizi.

L-ewwel darba li s-sistema tal-parowl intuzat f’Malta kien 90 sena ilu, fl-1919. F’dak iz-zmien, kien hemm certu Henry Bamford bhala Kummissarju tal-Pulizija u introduca l-parowl fuq bazi sperimentali. Huwa inqeda bl-istruttura parrokkjali (religjuza) li f’dak iz-zmien kienet b’sahhitha sabiex jimponi kundizzjonijiet fuq prigunieri mehlusa.

L-esperiment kien success. Il-maggoranza kbira ta’ dawk il-prigunieri li kienu gew mehlusa fuq parowl ma rritornawx il-habs. Imma meta fl-1922 Bamford spicca mill-kariga tieghu, is-sistema ma baqghetx tintuza mill-kummissarju ta’ warajh.

5 snin ta’ hidma

Il-‘White Paper’ li giet imxandra ftit tal-gimghat ilu tipproponi li terga’ ddahhal din is-sistema f’pajjizna. Dan it-tentattiv huwa wiehed kuragguz huwa facli li jaghti lok ghal nuqqas ta’ ftehim mill-pubbliku Malti dwar x’inhi l-parowl u x’effetti jista’ jkollha fis-socjetà.

Il-parowl mhijiex mahfra jew amnestija. Mhijiex hniena. Il-parowl hi mezz effettiv ta’ kif is-socetà tigi aktar protetta minn persuni li zbaljaw kriminalment.

Shabi u jien, migbura fil-fondazzjoni Mid-Dlam ghad-Dawl, ilna nahdmu sistematikament u konsistement ghall-introduzzjoni ta’ din is-sistema sa mill-2005. F’dak iz-zmien, sibna mhux ftit jidhku bina u jghadduna b’imgienen. Imma, bil-mod il-mod, irnexxielna nigbru dejjem aktar appogg ghall-kawza taghna. F’din il-hidma qawwija u iebsa, involvejna anki politici miz-zewg nahat tal-parlament.

F’Marzu ta’ l-2006, konna organizzajna seminar ta’ esperti li serva sabiex, f’Ottubru ta’ wara, noholqu kummissjoni li fiha inkludejna membri tal-parlament Nazzjonalisti u Laburisti, kif ukoll familji ta’ prigunieri. Dan wassal biex, f’Jannar 2007, ktibna abbozz ta’ ligi li bosta mill-artikli taghha hargu fil-‘White Paper’ li giet imxandra issa.

Passi kuragguzi ohra

Qabel l-ahhar elezzjoni generali, iltqajna mal-partiti ewlenin li kienu qed jikkontestaw. Fost il-laqghat, kellna wkoll wahda mal-Prim Ministru Lawrence Gonzi, li ntrabat maghna li jinkludi l-weghda tal-parowl fil-programm elettorali tal-partit tieghu. Fil-fatt, kelmtu zammha u l-weghda dahlet.

Mal-formazzjoni tal-gabinett il-gdid, iltqajna diversi drabi mal-Ministru l-gdida tal-Gustizzja u l-Intern u dan tana assigurazzjoni li se jibda jahdem minnufih fuq l-introduzzjoni tal-parowl f’Malta. Fil-fatt, hekk sar u l-‘White Paper’ li ghandna f’idejna issa hija rizultat ta’ dan kollu.

B’mod generali, anki jekk ma gejniex inkluzi fil-kitba tal-‘White Paper’ (bhalma weghidna l-Ministru f’wahda mil-laqghat mieghu), shabi u jien ninsabu kuntenti bil-mod kif il-parowl qed tigi proposta. Hemm certi affarijiet li mhumiex ghal kollox cari jew xierqa, imma dawn bi hsiebna niddiskutuhom aktar ma’ min hu kkoncernat.

Jibqa’ l-fatt li l-pass min-naha tal-gvern sar, u jalla jitkompla b’passi ohrajn kuragguzi.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?