Zjara fin-Namibja u s-Sud Afrika

Aktar kmieni din s-sena kelli x-xorti wisq kbira li nzur ghal ftit gimghat in-Namibja u s-Sud Afrika. Din ghalija kienet zjara li nista’ nsejhilha ‘esplorattiva’. Qatt ma kont zort dawn il-pajjizi tal-ghageb u qatt ma kont inzilt daqshekk ’l isfel fil-kontinent ta’ ‘Ommna l-Afrika’. Iz-zjara halliet fuqu impressjoni qawwija ta’ seher liema bhalu.

Pajjiz enormi

Dwar is-Sud Afrika nitkellem darba ohra; illum xtaqt biss li naqsam mieghek dak li garrabt fin-Namibja. Izda qabel xejn, xieraq li naghti ftit taghrif dwar dan il-pajjiz interessanti.

In-Namibja tinsab fin-nofsinhar tal-Afrika, mal-Ocean Atlantiku, ftit ’il fuq mis-Sud Afrika. Saret indipendenti minn dan il-pajjiz anqas minn 20 sena ilu, fl-1990, u titmexxa minn president u parlament elett demokratikament. In-Namibja giet ikkolonizzata mill-Germanizi qabel l-Ewwel Gwerra Dinjija u tilfuha fit-tieni wahda. Wara, sa l-indipendenza, baqghet tiddominha s-Sud Afrika. Il-gwerra tal-indipendenza kienet ilha sejra sa mill-1966.

L-enormità tan-Namibja hija impressjonanti: hija 2,613-il darba akbar minn Malta! Imma l-bicca l-kbira ta’ dan il-pajjiz hija dezerti; 10% biss tat-territorju taghha ghandha l-vegitazzjoni. Il-belt kapitali taghha jisimha Windhoek. Il-pajjiz huwa sotto-popolat: jghixu fih ftit aktar minn zewg miljun ruh, li minnhom 5% biss huma ta’ gilda bajda. 90% tal-popolazzjoni kollha hi nisranija (l-aktar Luterana).

Oppressjoni u natura

It-tqassim tal-gid fin-Namibja hija tal-wahx. 85% tal-art kollha fil-pajjiz hija f’idejn il-5% bojod u dawn jikkontrollaw l-ekonomija kollha. Id-dejn tal-pajjiz iwercek: ilahhaq aktar minn elf miljun dollaru Amerikan. Il-bicca l-kbira tal-poplu jaqalghu biss madwar dolluru Amerikan kuljum u l-edukazzjoni u s-sahha hi fqira hafna. Hemm tabib ghal kull 300,000 ruh! Mas-70% tal-popolazzjoni sewda hi marida fl-HIV.

Filwaqt li bil-mod gharaft dawn ir-realtajiet koroh fl-ghajxien tan-nies, meta kont fin-Namibja ma stajtx ma nibqax assolutament impressjonat bil-gmiel bla qjies tal-ambjent naturali. Jien kelli l-opportunità tad-deheb li nivvjagga t-tul tal-pajjiz kollu, minn isfel ghal fuq, u ghalhekk kelli wkoll il-fortuna li prattikament nara l-bicca l-kbira tal-pajjiz.

Il-gmiel imsahhar tan-natura, il-ghadd bla ghadd ta’ annimali differenti, id-dezerti, l-Ocean Atlantiku, il-park nazzjonali ta’ Etosha biz-zebri, il-giraffi, ix-xekalli u l-ispringbok tieghu (ma kellniex ix-xorti naraw l-iljunfanti u l-iljuni), dawn kollha jisirqulek qalbek. Imbaghad xi nghid ghal ‘Fish River Canyon’? Dan il-wied enormi impressjonanti (twil 100 mil) huwa t-tieni l-akbar fid-dinja u l-akbar tal-Afrika kollha. Il-gmiel tal-formazzjonijiet geologici tieghu jaqtghulek nifsek u jhalluk imbellah.

Impressjonat

Wara li gejt lura min-Namibja, kienet il-qrubija li ghext mal-ambjent naturali li hassejt in-nuqqas tieghu l-aktar. L-ingustizzji socjali tal-pajjiz ghadhom iweggghuni sal-lum. Izda l-hsieb li l-gvern qieghed jaghmel sforzi kbar biex jirranga xi whud minnhom igeghilni nittama f’gejjieni ahjar ghall-imsejkna nies ta’ dan il-pajjiz meraviljuz.

Kulhadd jaf li l-Afrika huwa kontinent tal-ghageb, imma aktarx in-Namibja mhijiex maghrufa daqstant. L-iskoperta tieghi ta’ dan il-pajjiz u r-realtajiet naturali u umani tieghu hallew fuqi impressjoni profonda. Nixtieq li nkun nista’ xi darba nerga’ nirritorna u niltaqa’ aktar mal-popolazzjoni s-sewda ta’ din l-art, ghax hija din li tabilhaqq taghmel lin-Namibja dak il-pajjiz specjali li hi.

Xtaqt anki li kieku stajt niltaqa’ aktar mal-missjunarji Kattolici hemmhekk, ghax naf li dawn qed jaghmlu hafna xoghol qalbieni biex inaqqsu―u forsi xi darba jghinu sabiex ixejnu ghal kollox―l-oppressjoni tal-bicca l-kbira tan-nies mill-hakma kerha tal-oppressjuri bojod taghhom.

Il-motto tan-Namibja huwa: ‘Unità, Libertà, Gustizzja’. Huwa aktarx l-aktar tliet affarijiet li m’ghandhiex bhalissa. Forsi xi darba fil-futur, flimkien mal-gmiel tan-nies u l-ambjent naturali taghha, ikollha dawn ukoll.

Belt ta’ oppressjoni

Biex inkun preciz, proprjament jien ma nistax nghid li zort is-Sud Afrika. Ghax dan il-pajjiz huwa ta’ enormità li ma tistax timmagina. Tista’ taghmel gurnata shiha tivvjagga bil-karozza bil-150 kilometru fis-siegha u, meta fi tmiem il-jum thares lejn il-mappa biex tara kemm tkun ivvjaggajt, issib li ghamilt biss ftit millimetri! Iz-zjara tieghi kienet f’Cape Town biss, li, bil-popolazzjoni ta’ tliet miljun u nofs li fiha, hija t-tieni l-akbar belt tal-pajjiz. Is-Sud Afrika kollu fih 48 miljun ruh.

Iz-zjara tieghi f’Cape Town tas-Sud Afrika giet wara bosta gimghat fin-Namibja, art li tista’ tghid fiha biss xaghari u dezerti. Il-bidla li rajt min-nixfa tan-Namibja ghall-hdura tas-Sud Afrika fl-oqsma ta’ Cape Town hija haga tal-ghageb. Id-differenza hi bla qjies: minn art arida ghal kollox ghal art kollha sigar, gholjien hodor u widien jizahru. Dan aktarx inissel f’mohhok suspett li din id-differenza hi anki dovuta ghall-hakma tan-Namibja mis-Sud Afrika ghal nofs seklu shih.

Certament, il-bojod fis-Sud Afrika ma kinux helwin man-nies tan-Namibja. Ghadhom sal-lum jerdghulhom bicca mid-demm tal-ekonomija taghhom. Mhux biss zammewhom lura u mitluqa, imma hallewlhom pajjizhom sotto-zviluppat u nieqes mill-kultivazzjoni mehtiega ghall-prosperità tieghu.

L-oqsma urbani suwed

Tabilhaqq, il-bojod fis-Sud Afrika―u f’Cape Town b’mod partikulari―lanqas mas-suwed Sud Afrikani stess ma kienu helwin. Anzi, kienu mill-aktar horoq u qliel. Malli wasalna f’Cape Town wara vjagg ta’ tliet ijiem ’l isfel min-Namibja tul il-kosta ta’ l-Ocean Atlantiku, millewwel gejna wicc imb’wicc mar-realtà kerha tal-popolazzjoni s-sewda ta’ Cape Town.

Kwazi kwazi minghajr ma ridna (ghax tlifna t-triq), il-providenza divina gabitna fl-oqsma urbani ta’ Nyanga u Guguletu, fejn is-suwed huma mgieghla jghixu separati mill-bojod. Dawn l-oqsma huma maghmula minn―x’naqbad insejhilhom?―gherejjex u griebeg. Fihom jghixu maz-zewg miljun ruh ... prattikament fuq xulxin! L-ambjent ta’ dawn l-oqsma huwa tassew dispressanti. Jinghad li hawnhekk il-hmieg, il-kriminalità u l-mard qed jaghmlu festa.

Dawn l-oqsma tal-wahx inholqu fis-snin sittin tas-seklu l-iehor meta l-ftit mijiet ta’ bojod gieghlu bil-forza u l-vjolenza l-eluf kbar ta’ suwed iwarrbu minn maghhom u jintefghu jghixu hemmhekk minghajr ghamla ta’ xi ordni jew struttura legali. Jien u dawk li kont qed nivvjagga maghhom konna fortunati bizzejjed li naraw din ir-realtà b’ghajnejna stess, imma forsi konna fortunati aktar li, bil-hniena ta’ Alla, hrigna minn Nyanga u Guguletu minghajr tlifna hajjitna.

Belt b’zewg ucuh

L-ghada tal-laqgha nervuza taghna mal-oqsma urbani ta’ segregazzjoni sewda, morna u rajna l-parti fejn jghixu s-Sud Afrikani l-bojod. Qisek ghaddejt mill-purgatorju (biex ma nghidx l-infern) ghall-genna! Filwaqt li s-suwed thallew f’mizerja u dezolazzjoni li twerrcek, il-bojod jghixu f’oqsma ta’ gmiel liema bhalu: gonna meraviljuzi, toroq raffinati, ordni massima, indafa tal-ghageb u l-bqija.

L-ghafsa ta’ qalb li thoss meta tara dan kollu u tiftakar f’liema malankolija u disperazzjoni qed jigu mgieghla jghixu n-nies ta’ darhom stess hija kbira. F’din il-parti ta’ Cape Town ma tarax suwed hlief dawk jahdmu fl-aktar impjiegi servili li jezistu. Haga tal-ghageb, f’dan il-parti ma tara qatt imqar wiehed abjad jahdem, nghidu ahna, ma’ taz-zibel, ma’ tax-xogholijiet pubblici jew impjiegi bhal dawn.

L-impressjoni qawwija li jibqaghlek wara li tara dan kollu hi li dik il-famuza sistema ta’ oppressjoni msejha ‘apartejd’, jigifieri firda legali razzjali bejn bojod u suwed, ghadha tezisti minkejja li suppost giet legalment abolita fl-1991. Fi ftit kliem, Cape Town hija belt b’zewg ucuh.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?