Il-karnival tan-Nadur: min hu ridikulu?

Ftit aktar minn gimghatejn ilu, inqatghet il-kawza kriminali kontra sitt zghazagh li fil-karnival tan-Nadur speci ta’ libsu ta’ sorijiet. Ftit qabel, kienet inqatghet ukoll il-kawza kontra zaghzugh iehor li speci ta’ libes ta’ Kristu rxoxt. Ta’ l-ewwel, gew illiberati; tat-tieni, gie misjub hati. Imma apparti dawn il-manifestazzjonijiet gudizzjarji, x’sinifikat jista’ jkollha din l-istorja kollha?

Is-sens tar-ridikulu

Naturalment, in-nies mhux fil-karnival tan-Nadur biss jilbsu ta’ Kristu jew ta’ sorijiet. Il-problema mhijiex ta’ lbies, imma x’messagg ikun irid jitwassal b’dak l-ilbies. Hafna dehrilhom li fin-Nadur l-impersonaturi kellhom l-intenzjoni li jirridikulaw lil Kristu jew lir-religjon nisranija, u aktarx kellhom ragun.

Imma li jhassibni mhuwiex dan daqskemm ghamliet ohra, forsi anqas ovvji, li jirridikulaw daqs tan-Nadur lil Kristu jew ir-religjon nisranija, imma li ma jqajjmu l-indinjazzjoni ta’ hadd. Il-hafna manifestazzjonjiet religjuzi kulturali, nghidu ahna, forsi ma jirridikulawhomx ukoll? It-teologija superficjali li tittperrec ta’ spiss f’gazzetti, fuq radijiet jew fuq it-televizjoni, jew dik li kontinwament tixxandar fi priedki moralistici u dommatici, forsi ma tirridikulahomx ukoll? Id-devozzjonalità tar-relikwji, tal-istatwi jew tal-indulgenzi forsi ma jirridikulawhomx ukoll? Il-panigierci bla sens u l-liturgizmu vojt forsi ma jirridikulawhomx ukoll? Il-parrokkjalizmu, is-setterjanizmu u l-partiggjanizmu ta’ hafna Kattolici Maltin u Ghawdxin forsi ma jirridikulawhomx ukoll?

Jien nahseb li hadd m’ghandu jirridikula ’l hadd. Imma jidher li s-sens tar-ridikulu ta’ certi nies li kkundannaw unilateralment xi wirjiet fil-karnival tan-Nadur huwa fqir hafna ... u frankament anki falz.

Knisja ridikula

Fil-karnival tan-Nadur xi zghazagh jidher li kienu kuragguzi bizzejjed li jippruvaw jirridikulaw lil Kristu jew ir-religjon nisranija pubblikament. Izda hadd ma jistaqsi ghala dawn iz-zghazagh waslu sa hawn? Ghala dawn iz-zghazagh jaraw ’il Kristu jew ir-religjon nisranija bhala ridikula? Ghandna ninkwetaw aktar li dawn iz-zghazagh jaraw il-Knisja bhala ridikula milli li pubblikament espremew dan is-sentiment.

Certament, la Kristu, la r-religjon nisranija u lanqas il-Knisja ma huma ridikuli. Izda dawn iz-zghazagh―imrobbijin f’kultura nisranija Kattolika sa minn guf ommhom―hekk jahsbu. Sakemm mhumiex imgienen (li ma nahsibx), xi hadd jista’ jlumhom jekk wasslu ghal din il-konkluzjoni bizzarra minn dak li jaraw u jisimghu?

Dak li dawn iz-zghazagh ippruvaw jesprimu fil-karnival tan-Nadur jitkellem elokwentement aktar fuq il-Knisja lokali milli fuqhom infushom. Izda xi whud jaghzlu li dan ma jisimghuhx. Aktar kienu ffukati fuq l-agir etikament u legalment skorrett ta’ dawn iz-zghazagh milli li jilmhu l-bikja taghhom jew iharsu lejn l-irrelevanza―anzi, aktar minn hekk: lejn ir-ridikulagni―tal-Knisja li wassalnilhom.

Illuzjonijiet ridikuli

Li wiehed jirridikula ’l-Knisja jew ir-religjon nisranija hi haga; li jirridikula ’l Kristu nnifsu hi haga ohra. Jekk dan m’ghandux ikun motiv bizzejjed ta’ inkwiet serju, ghallanqas ghalija, ma nafx x’jista’ jkun. Mhux tant ir-ridikulagni nnifisha, daqskemm il-motiv taghha. X’impressjoni ta’ Kristu tajnihom lil dawn in-nies? Xi Kristu qed jitwasslilhom? Possibbli li gibnih fi stat li jaslu sabiex jirridikulawh pubblikament b’dan il-mod? Jien ma nemminx li z-zghazagh irridikulaw lil Kristu fih jew ghalih innifsu, imma pjuttost ix-xbieha li gew moghtija minn dawk li jxandruh.

Certament, xi mkien hemm nuqqas serju. Dan li seta’ kixef il-karnival tan-Nadur hu aktarx biss sintomu ckejken ta’ l-istat ferm aktar serju li tinsab fih il-Knisja f’Malta u Ghawdex u l-impressjoni li tat taghha nnifisha lil xi whud fostna. Din aktarx hi sitwazzjoni li ilha tinhema l-ghexieren ta’ snin. Jilludi ruhu min jahseb li din kienet biss xi ezuberanza ta’ karnivalata wahda jew ta’ xi ftit zghazagh li m’ghandhomx x’jaghmlu.

Fiha nnifisha, din hi illuzjoni ridikula.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?