Il-muntanja ma welldetx gurdien

Ghal darba, il-muntanja ma welldetx gurdien. Konna nistghu nghidu li welldet gurdien li kieku, wara hafna xhur ta’ stennija, ir-rizultati tal-bicca xoghol li kienet qed issir kienu fjakki jew sempliciment bzar fl-ghajnejn. Imma din id-darba ma kienx hekk. L-inkjesta li saret il-habs bejn Awwissu tas-sena li ghaddiet u Marzu ta’ din is-sena tat rizultati tassew sodisfacenti.

Inkjesta fil-habs

L-inkjesta kienet giet imsejha mill-Ministru tal-Gustizzja u l-Intern, Dr Carm Mifsud Bonnici, fi tmiem Awissu tas-sena li ghaddiet wara r-rizenja tad-direttur tal-habs, is-Supretendent Sandro Gatt. Dan irrizenja wara li nqala kaz ta’ harba u allegat swat ta’ prigunier Olandiz. Ghaldaqstant, il-Ministru sejjah inkjesta mmexxija mill-Assistent Kummissarju u eks-direttur tal-habs, Emanuel Cassar.

Il-bord tal-inkjesta kienet iffurmata minn tlieta minn nies li baqghu jahdmu fuq dak li tqabbdu jaghmlu ghal seba’ xhur shah, minn Awwissu tas-sena li ghaddiet sa Marzu ta’ din is-sena. Fuq l-esperjenza ta’ hafna inkjesti ohrajn ta’ qabel, aktarx wiehed stenna li din l-inkjesta wkoll kienet se tiddizappunta hafna. Ghax generalment, mill-inkjesti johrog ftit li xejn.

Imma din id-darba ma kienx hekk. Ghalkemm ir-rapport shih tal-inkjesta ma jidhirx li ghadu gie mxandar, gew ippubblikati r-rakkomandazzjonijiet tieghu. Dan kien lejn tmiem Marzu li ghadda. Immedjatament, il-Ministru hatar unità amministrattiva sabiex tiehu hsieb twettaq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Inkjesta Cassar.

Rakkomandazzjonijiet sensibbli

Ir-rakkomandazzjonijiet li ghamlet l-Inkjesta Cassar huma madwar 60 fil-ghadd. Jittrattaw l-aktar il-linja ta’ kmand fil-habs, il-haddiema tal-habs, it-tnehhija tal-pulizija mill-habs, il-hidma ghall-kontroll tad-droga fil-habs, il-metodu ta’ kif isiru certi vizti fil-habs, l-ghoti ta’ flus lill-prigunieri minn barra l-habs, ix-xoghol fil-habs, l-uzu tat-telefon fil-habs, u s-sezzjonijiet taz-zghazagh u tan-nisa fil-habs.

Meta wiehed jara fid-dettall ir-rakkomandazzjonijiet li ghamlet l-Inkjesta Cassar, jintebah millewwel li l-affarijiet ittrattati gew meqjusa b’serjetà u attenzjoni kbira. Personalment, qatt ma rajt rakkomandazzjonijiet aktar sensibbli sa mill-Inkjesta ta’ Caruana Curran fl-1993 ’l hawn. Ghalija kienu tassew sorpriza sabiha.

Naturalment, dawn ir-rakkomandazzjonjiet ma jistghux jibqghu fuq il-karta biss. Digà l-Ministru tal-Gustizzja u l-Intern wera daqsxejn ta’ thassib dwar l-implimentazzjoni ta’ xi whud minnhom. Infatti, aktarx mhuwiex lest li jimplimenta xi rakkomandazzjonijiet li saru. Dan hu zbaljat.

Twettiq ippjanat

Fir-rapport tal-Inkjesta Cassar, il-gvern ghandu miri specifici ta’ x’ghandu jaghmel halli forsi xi darba jgib il-habs f’postu. Huwa bla sens li l-gvern l-ewwel jordna inkjesta halli tohroglu bir-rakkomandazzjonijiet, imbaghad dawk ir-rakkomandazzjonijiet jinjorahom jew jixhethom fuq l-ixkaffa.

Ghalija, ir-rakkomandazzjonijiet jaghmlu hafna sens kollha f’salt. Ma nahsibx li l-gvern ikun ghaqli jekk joqghod jaghzel bejniethom: xi whud jimplimentahom u xi whud le. Wiehed jirrikonoxxi li r-rakkomandazzjonijiet ma jistghux jitwettqu kollha f’daqqa wahda. Dan hu minn ewl id-dinja. Imma l-pjan ghandu jkun li, b’xi zmien, jitwettqu kollha kemm huma.

Mhuwiex maghruf minn min hi maghmula l-unità amministrattiva li waqqaf il-Ministru ghat-twettiq tar-rakkomandazzjonijiet. Imma din l-unità trid tfassal pjan serju b’miri li jridu jintlahqu f’fazijiet differenti: immedjatament, fil-gejjieni qarib u fil-gejjien imbieghed. Ir-rakkomandazzjonijiet kollha jistghu jitqieghdu f’xi wahda minn dawn il-fazijiet.

Hija x-xewqa ta’ kulhadd li min jidhol il-habs ma johrogx aghar milli dahal. Din l-inkjesta giet minghajr hadd ma stenniha u r-rizultati li pproduciet huma cari, dettaljati u konvincenti. Nittama li l-gvern jehodhom bis-serjetà mehtiega halli ma jibqghux biss fuq il-karta.

Fl-ahharnett, nixtieq nifrah lill-membri tal-bord tal-inkjesta, Emanuel Cassar, Mary Anne Agius u Martin Scicluna, tal-bicca xoghol tajba li ghamlu.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?