Meta l-Gustizzja tirrovinak

Xahar ilu, fit-18 ta’ Marzu, Sean Hodgson gie mehlus mill-habs wara 27 sena msakkar ghalxejn. Minghajr dell ta’ dubju, il-Qorti Rjali ta’ Londra sabitu innocenti mir-reat ta’ qtil li kien gie akkuzat bih u misjub hati tieghu. Il-Gustizzja kienet qaflitu l-habs ta’ 30 sena u, wara battalja harxa kontriha, saflahhar hargitu hieles ta’ 57 sena. Bhal hafna ohrajn qablu, irrovinatlu hajtu ghal kollox.

Il-fatti

Il-kaz tragiku ta’ Hodgson imur lura ghal Dicembru tal-1979, meta f’Southampton, l-Ingilterra, l-imsejkna Teresa De Simone, tfajla ta’ 22 sena, instabet fil-karozza taghha stuprata u maqtula. Il-pulizija kienu interrogaw mijiet ta’ suspettati minghajr ma sabu tarf ta’ xejn.

Sean Hodgson kien wiehed minn dawn l-isuspettati u saret pressjoni qawwija mill-pulizija sabiex jammetti li ’l De Simone qatilha hu. Fl-ahhar, f’Dicembru tal-1980, waqt li kien il-habs fuq serq, minn hawn u minn hemm Hodgson ammetta u, fi Frar tal-1982, gie misjub hati u kkundannat ghal ghomru l-habs. Is-sena ta’ wara, waqt li baqa’ jistqarr l-innocenza tieghu u l-irregolarità li biha mxew l-investigaturi kriminali u l-pulizija, l-appell ta’ Hodgson gie michud u s-sentenza ta’ ghomor il-habs ikkonfermata.

Hmistax-il sena wara, fl-1998, meta t-testijiet bid-DNA saru possibbli, l-avukati ta’ Hodgson talbu lis-Servizzi tax-Xjenza Forensika sabiex johorgu l-esibiti tar-reat halli jsir ezeami tad-DNA. Imma dawn qalulhom li ma kinux jezistu.

Ghaxar snin wara, f’Novembru tas-sena li ghaddiet, l-avukati ta’ Hodgson regghu talbu lis-Servizzi tax-Xjenza Forensika sabiex jirrevedu l-kaz. Sawn lanqas biss kellhom irregistrat li ghaxar snin qabel kienet saret talba simili. Imma, ohrog il-ghageb, l-esibiti originali f’daqqa wahda nstabu!

Manipulazzjoni

F’Jannar li ghadda, it-testijiet tad-DNA wrew bic-car li l-qattiel ma’ kien Sean Hodgson. Dan wassal sabiex ix-xahar li ghadda, wara 27 sena l-habs, Hodgson jinheles minn kull akkuza tal-qtil tal-imsejkna De Simone u jinghata l-libertà.

Ghal darba ohra, kienet id-DNA li salvat hajja ta’ bniedem mir-rovina certa. Imma mhux grazzi ghas-servizzi tal-Gustizzja jew ghall-pulizija. Dawn irrezistew kull tentattiv sabiex Hodgson jintradd gustizzja kif misthoqqha. Bhas-soltu, il-kburija u l-ostinazzjoni taghhom ghamluha kwazi impossibbli li bniedem innocenti jiddefendi hajtu u tintraddlu lura d-dinjità misruqa tieghu.

Imma mhux biss. F’dan il-kaz ukoll jista’ jinghad li l-prosekuzzjoni u l-pulizija hadmu lil Hodgson. Huma gabu l-bocca qrib il-likk halli jigi mwikki bit-twettiq tar-reat. L-evidenza gie immanipulata u nbidlet b’tali mod li wriet li Hodgson kien il-qattiel meta dan ma kienx minnu.

Pregudizzji

Bhal f’hafna kazijiet ohrajn―anki f’Malta―il-pulizija, l-investigaturi u l-prosekuzzjoni bdew minn ‘konvinciment morali’ li Hodgson kien hati u pprocedew sabiex jippruvaw, mhux il-htija tal-akkuzat, imma l-konvinciment taghhom. Dan wassal ghal ingustizzja enormi li rrovinat tista’ tghid ghal kollox il-hajja ta’ bniedem innocenti.

Certament, dan mhuwiex l-unika kaz simili, kemm fl-Ingilterra. Niltaqghu bhalu anki f’Malta. Biss biss, barra l-Qorti Rjali ta’ Londra, kien hemm jistenna lil Hodgson certu Paul Blackburn, li sitt gimghat biss qabel, kien inghata l-libertà wara 25 sena habs ghalxejn fuq akkuza falza li pprova joqtol lil xi hadd.

Taghmel zball ikrah li tahseb li l-gustizzja kriminali hija xi xjenza infallibbli. Din titmexxa min-nies u n-nies hafna drabi joperaw bil-pregudizzji taghhom. Il-kaz ta’ Hodgson hu wiehed biss minn mijiet, jekk mhux eluf, ohrajn, fejn dan jidher bic-car.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?