L-insensittività ta’ xi qrati Maltin

Johann hu zaghzugh ta’ 23 sena. Gimghatejn ilu gie ssentenzjat minn wahda mill-qrati kriminali taghna ghal xahar habs ghax instab hati li kiser il-kundizzjonijiet tal-bejl li kien inghata hames xhur qabel. Il-kaz jidher semplici, komuni u ghad-dritt. Li ma jidhirx hu l-mod insensittiv li bih agixxiet il-qorti f’kaz iehor fost tant u tant ohrajn.

Kankru ikrah

Jiena nahseb li l-amminsitrazzjoni tal-gustizzja f’pajjizna ghandha kankru ikrah li hadd ma jrid li jiffaccja. Fid-dieher, dawk li huma involuti jaghmlu mill-ahjar li jistghu sabiex jibqghu jaghtuna l-impressjoni li kollox sew u li l-magna taghhom tahdem fuq ir-rubini. Imma meta wiehed ihares mill-qrib isib li din l-impressjoni qed tahbi realtajiet li ghandhom iweggghu s-senstittività civili li ghandna jkollna.

B’mod generali, fil-qrati kriminali donnu jkun hemm tliet kwalitajiet ta’ kawzi. Kwalità wahda hi dik ta’ dawk li jinvolvu reati ta’ certu kalibru kontra l-ligi kriminali tal-pajjiz. Dawn jidher li jigu ttrattati bis-serjetà dovuta, kemm mill-pulizija u kemm mill-magistrati, u d-decizjonijiet dwarhom aktarx fihom sustanza mhux hazin.

Hemm, imbaghad, it-tieni kwalità, li tinvolvi kazijiet aktar numeruzi li fihom jigri wahda minn zewg affarijiet: jew min ghandu ragun jiehu t-tort u min ghandu t-tort jiehu r-ragun, jew inkella min ghandu ragun, fil-fatt jiehdu, imma jibqa’ bil-lasta. F’kazjijiet bhal dawn, xi qrati jidhru li huma ostaggi tal-ligi, fejn min hu makakk bizzejjed jinqeda bil-ligi u s-servilità legali tal-qrati biex ibazwar kif irid, jirkeb fuq haddiehor u jghaddiha lixxa.

‘Soluzzjonijiet’ simplistici

It-tielet kwalità tinvolvi nies ckejkna bhal Johann li xi qrati kriminali lanqas biss jippruvaw jibdew jifhmu l-istorja ta’ hajjithom jew l-istat ta’ qalbhom u mohhhom. F’dawn il-kazijiet, xi qrati aktarx japplikaw il-ligi bhallikieku l-kazijiet li jkollhom quddiemhom kienu ordinarji, meta fil-fatt mhumiex. Ir-raguni tidher li hi li xi qrati donnhom ifittxu l-aktar ‘soluzzjonijiet’ legali facli u simplistici. Maz-zghar aktarx m’ghandhomx pacenzja daqskemm mal-kbar.

Il-kaz ta’ Johann hu xi ftit jew wisq tipiku. Mhux fid-dettalji tal-istorja tieghu daqskemm fl-attitudni mehuda mieghu mill-qorti kriminali.

Johann huwa zaghzugh li fix-xhur li ghaddew kien ghaddej minn xi ftit tad-dippressjoni wara li safa wahdu minhabba l-mewt ta’ ommu. Jidher li kien zviluppa fobja ghan-nies, specjalment ghal dawk li, fil-fehma tieghu, setghu jaghmlulu l-hsara.

Minghajr ma kienu jafu xejn, il-pulizija werwruh f’daru meta riedu jidhlulu gewwa minhabba li fil-vicinanzi tieghu kienet saret serqa (li hu, fil-fatt, ma kellu xejn x’jaqsam maghha). Minflok, akkuzawh li kien kiser il-bejl ghax ma kienx imur jiffirma l-ghassa ta’ Bormla, kif kellu stipulat fil-kundizzjonijiet tal-bejl.

Widnejn torox

Meta gie mressaq, il-qorti kriminali semghet bl-istat mentali ta’ Johann. Semghet li ma kienx qed imur l-ghassa ta’ Bormla ghax mal-hitan taghha jkun hemm nies li Johann jibza’ minnhom. Semghet ukoll li z-zghazugh kien qed jigi mghejjun mill-qrib minn ghaqda filantropika li tahdem mieghu fuq bazi ta’ kuljum.

Imma minkejja dan kollu, il-qorti xorta wahda ghazlet li tikkundannah ghal xahar habs u ttelliflu l-progress li kien qieghed jaghmel. Evidentement, kien hemm alternattivi cari ghal din il-kundanna, imma b’insensittività kbira l-qorti ghazlet li tinjurahom kollha u taqta’ ghad-dritt. Barra minn hekk, il-familja ta’ Johann lanqas biss giet informata b’dan kollu u ghal diversi jiem lanqas thalliet tidhol f’daru halli tohodlu l-hwejjeg tieghu il-habs.

X’gustizzja hi din? Il-fatt hu li kazijiet bhal dawn jibqghu jsehhu kuljum minghajr hadd ma jaghti kaz jew jipprova jirrimedja. Meta se nifhmu li l-habs ma huwa ebda―ebda―soluzzjoni f’kazijiet bhal dawn, specjalment meta ghandek toroq ohra minfejn tghaddi? Ghala hadd ma jrid jaghti widen?

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?