Xi politici u c-cawl xorta wahda!

Huwa tal-ghageb kif certi politici, kemm tal-gvern kif ukoll tal-oppozizzjoni, flok jaghmluha ta’ mexxejja, jaghtu lill-udjenzi taghhom dak li jridu jisimghu. Hija sengha interessanti. Il-jukebox kienet iddoqq skond il-buttun li taghfsilha. Imma dawn mhux hekk. Huma magna aktar sofistikata minn hekk.

Dawn jistudjawk u jdoqqu l-muzika li thobb tisma’ int minghajr ma titlobhom xejn. Huma bhac-cawl, li hija ghasfura gharfa li tqarraq b’dak li jkun billi tistudjak u tikkopja dak li tkun innutat fik. Int tahsibha intelligenti hafna (u certa intelligenza ghandha zgur). Imma fil-fatt, kulma taghmel huwa li tirrifletti lura lejk dak li int tkun kxiftilha.

Certi politici huma bhac-cawl li jghidu lill-poplu, mhux dak li tassew jista’ jmexxih ’il quddiem u jkabbru, imma biss dak li l-widnejn tal-poplu jridu jisimghu. Dan ma jirreflettix tajjeb fuqhom ghax fil-fatt juru li huma nies ta’ konvenjenza biss u mhux ta’ principju, kif politiku hu mistenni li jkun.

Fejnha s-sensittività?

Ic-cawlati ta’ xi whud mill-politici dehru dan l-ahhar fil-hafna diskors li qeghdin jaghmlu ghall-elezzjoni tal-parlament Ewropew. Erhilhom itaqtqu fuq ix-xoghol, l-edukazzjoni, id-drittijiet umani u x’naf jien sabiex jimpressjonawna u jirbhulna l-vot. Naturalment, ilkoll mhumiex ghajr funzjonarji ta’ partiti li jridu jirkbu fuq dahar l-ohrajn.

Imma l-aktar cawlati koroh li smajt huma dawk marbuta mat-tragedja tar-refugjati gejjin mill-Afrika. F’dan il-qasam il-politici jidhru kollha qishom orkestrati sabiex idoqqu l-istess diska. Mhux id-diska tas-sewwa u l-gustizzja. Lanqas dik tas-solidarjetà umana. Imma dik li l-poplu jrid jisma’: jigifieri dik li tittratta t-tragedja tar-refugjati bhallikieku kienet xi invazjoni u r-refugjati nfushom bhallikieku kienu xkejjer tal-patata.

Lejn dawn in-nies, bosta mill-politici m’ghandhom ebda sensittività. Jitkellmu fuqhom bhallikieku kienu xi haga tal-merkanzija; bhallikieku kienu xi epidemija li jehtieg li nzommu ’l boghod minna kemm jista’ jkun u nehilsu minnha mill-aktar fis. L-unika sensittività li bosta politici juru f’din it-tragedja hija lejn l-udjenza stinata Maltija li l-bicca l-kbira taghha trid biss tahseb fiha nnifisha.

Prosit ’il Isqof Grech

F’din l-istorja tragika xi politici saru cawl. Jghidu dak li l-bicca l-kbira tal-poplu jrid jisma’. Icawlu l-pregudizzji, l-injoranza u n-nuqqas ta’ moralità cara li ghandhom hafna min-nies fostna. Dawn ilkoll jitkellmu dwar il-pozizzjoni “moralment korretta” tal-gvern Malti quddiem ic-cahda tal-ghajnuna lir-refugjati mitluqin f’nofs ta’ bahar minghajr l-icken gustifikazzjoni morali tal-pozizzjoni taghhom.

Ftit ilu, l-Isqof ta’ Ghawdex, Mario Grech, ta ezempju lil kulhadd meta hareg minn dan ic-cirku vizzjuz ta’ cawlati u wera vizjoni, mhux biss differenti, imma wkoll kuntrastanti ghal pozizzjoni bhal din. Monsinjur Grech kien wiehed mill-ftit li kellu l-kuragg li jghid dak li hu sewwa u mhux icawlaq bhal hafna nies ohrajn fl-awtorità li jdoqqu l-muzika li jrid jisma’ l-poplu.

L-ebusija tal-qalb u n-nuqqas ta’ hniena ma jistghu qatt ikunu “moralment korretti”. Ir-ragunament li qieghed jintuza f’din it-tragedja jista’ jwassal biss ghat-trattament tan-nies f’sitwazzjoni ta’ tragedja bhallikieku kienu hwejjeg zejda, ta’ min jiskartahom u ta’ dannu ghal haddiehor. Din hi l-moralità nisranija li tghallimna?

Jaghmlu ahjar certi politici li, minflok jaghmluha ta’ cawl li huma, jiddeciedu li jgibu ruhhom bi ftit ta’ dinjità u nobbilt` tal-qalb. L-Isqof Grech, ghallanqas, tahom ezempju. Tajjeb li jehduh.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?