In Memoriam Suleiman Abubaker

M’ghandix dubju li xi ftit jew wisq ix-xhud Maltin kollha se jaqblu bejniethom. Bhal fiz-zewg kazijiet l-ohra ta’ qabel. M’ghandix dubju li fl-ahhar mill-ahhar hadd ma hu se jinzamm responsabbli. Bhal fiz-zewg kazijiet l-ohra ta’ qabel. M’ghandix dubju li, ghal darba ohra, id-decenza u c-civiltà Maltija se tirbah. Ammen. Hallelujah.

Pajjiz minghajr misthija

Il-mibki Suleiman Abubaker, Sudaniz bi stat umanitarju li miet it-Tlieta li ghaddew minn xebgha li kien qala’ Paceville minghand Maltin tal-affari taghhom, aktarx jibqa’ minghajr gustizzja u minghajr indiema. Qawl Afrikan jghid: Kif jista’ l-imqarrun jistenna gustizzja minghand it-tigieg? Suleiman hu iehor li kellu l-isfortuna jigi f’idejn il-gustizzja ta’ dan il-pajjiz minghajr misthija.

Iva, tittrijonfa l-ligi; jittrijonfaw l-avukati u l-magistrati; jittrijonfaw il-pulizija; jittrijonfaw it-taparsi bownsers ta’ Paceville; jittrijonfaw dawk li jhaddmu t-taparsi bownsers; tittrijonfa s-socjetà kattolicissima Maltija; ... jittrijonfa kulhadd barra l-imsejkna vittmi taghna. Vittmi, iva. Vittmi tal-pregudizzji, tal-ipokrezija, tar-razzizmu u tal-paganizmu taghna.

Le, m’ghandix dubju li l-gustizzja se tiehu l-“korsa taghha”, kif ihobbu jghidu n-nies tal-ligi. U, bhal fiz-zewg kazijiet l-imghoddija li fihom kien involut Suleiman ukoll, m’ghandix dubju li kollox se jsir bil-pinna u l-klamar. Kollox kif suppost. Kollox skond il-proprjetà. Imma lanqas m’ghandi dubju li se ssir gustizzja ma’ dan l-imsejken ta’ Suleiman ― jew hafna ohrajn bhalu ― li jigu taht snienna.

Gustizzja falza

Qed nghixu fi skandlu kontinwu. Dal-poplu ghami u aljenat qed jaghmel possibbli li ragel iswed ― ghax iswed ― jigi ppersegwitat repetittivament, jaqa’ vittmi tal-qrati tal-gustizzja taghna u sahansitra jinqatel. Jinqatel, qed nghidu. Mhux iwegga’, mhux isofri, mhux jigi umiljat ... jinqatel. U dan bil-barka tal-istituzzjonijiet sbieh li ghandna.

Fiz-zewg kazijiet ta’ qabel, meta Suleiman u ohrajn gew imsawta, fosthom mill-pulizija, kollox twaddab taht it-tapit. Il-pulizija akkuzat LILL-VITTMI minflok ma garrew ir-reponsabbiltà huma; il-qrati taw lill-pulizija palata u capcipa; ebda awtorità taparsi kompetenti ma ordnat xi inkjesta imqar ghal wicc in-nies halli tara x’inhu jigri tabilhaqq f’Paceville; ... u viva l-paci u l-gustizzja li dan il-pajjiz tal-misthija jiftahar tant bihom.

U l-Knisja suppost ta’ Kristu kompliet bil-festi taghha, bil-purcissjonijiet taghha, bil-pellegrinaggi taghha u bl-elf aljenazzjoni li ghandha. Gej is-sajf, man, u hadd mhu mohhu f’Sudanizi, fi stati umanitarji jew f’assassinji ... ghax kulhadd qed ihejji ghall-festa tar-rahal, man. Dik l-importanti. Dik ir-religjon taghna. Dak ifisser Kristu.

Ilkoll responsabbli

Quddiem il-mewt ta’ Suleiman u hafna ohrajn bhalu li harbu mit-terrur ta’ pajjizhom biex saru din il-porkerija, nibki u nisthi. Nisthi mill-korp ta’ pulizija li ghandna. Nisthi mill-qrati tal-gustizzja li ghandna. Nisthi mill-avukati taghna. Nisthi mill-magistrati taghna. Nisthi mill-Knisja taghna. Nisthi mill-gvern li ghandna. Nisthi minn dan il-poplu bla zejt f’wiccu li hu bla ruh u bla gieh.

Li qed jigri hawnhekk huwa l-istess li gara fin-nofsinhar tal-Amerika sa qabel il-gwerra civili. Il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem kontra nies bla difiza u bla lehen hija sistematika u istituzzjonalizzata. Din mhijiex xi problema li ghandhom erba’ min-nies. Din mhijiex xi diffikultà ckejkna li tghaddi wara erbat ijiem. Dan hu kankru serju li HADD fost l-awtoritajiet, inkluz dawk tal-Knisja, ma huma qed jiehdu b’serjetà bizzejjed.

Il-passjoni u l-mewt tal-imsejken Suleiman Abubaker mhijiex eccezzjoni. Hija parti minn kultura marida li lkoll kemm ahna ― ILKOLL, ILKOLL ― responsabbli ghaliha.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?