Jissokta l-istupru tal-ambjent

F’diversi partijiet ta’ Malta u Ghawdex, l-istupru tal-ambjent qieghed jissokta b’pass meqjus u konsistenti. Minkejja li suppost ghandna istituzzjonijiet governattivi ghal tal-apposta biex iharsu l-ambjent mill-qerda, is-sorvelja tal-wirt naturali taghna xorta wahda qieghed jaqa’ f’idejn ic-cittadin komuni. Qed nigu mbieghla nhallsu miljuni ta’ ewro halli nzommu dawk l-istituzzjonijiet biex xorta wahda x-xoghol irridu naghmluh ahna stess.

Bhal halliela bil-lejl

Lil hawn u lil hinn, hafna drabi mistur mill-ghajnejn tac-cittadin, l-ambjent naturali tal-gzejjer Maltin qieghed ikompli jinqered bil-mod il-mod. L-ispekulaturi huma attivi bhal dejjem u helu helu jahdmu id f’id ma’ istituzzjonijiet governattivi mhallsin mit-taxxi li nigu mgieghla nhallsu u li suppost qeghdin hemm biex iharsu l-wirt naturali taghna lkoll.

Il-widien huma l-mira ewlenija ta’ dawn in-nies li, bhal halliela bil-lejl, il-hin kollu jhufu minn taht u minn wara l-kwinti biex jibnu kull pulzier li jistghu jiggranfaw diffrejhom mieghu. L-ghexieren ta’ eluf ta’ direttivi, regolamenti, pjanijiet, digrieti u ligijiet li suppost jezistu sabiex iharsu l-ambjent ma jiswew xejn quddiem ir-reghba, ix-xehha u l-kilba ghall-profitt ta’ dawn in-nies wikkiela bla skruplu.

Huma nies li jserrhu rashom mis-silenzju tal-bicca l-kbira minna, li m’ghandniex il-hin jew ir-rizorsi (u xi kultant lanqas l-aptit) li noqoghdu l-hin kollu b’ghajnejna miftuha halli naraw x’inhu jinqered bis-satra u x’huwiex. Huma nies li jahdmu l-hin kollu waqt li ahna nserrhu rasna li ghandna ’l min ahna stess inhallsu biex ihares il-wirt naturali taghna, imma li hu fil-fatt b’xi mod jew iehor komplici tal-istupru kontinwu li qieghed il-hin kollu jsir.

Bahar ta’ interessi privati

Li kieku ma jkunx ghal ftit nies ta’ kuxjenza li jhobbu l-ambjent, kieku dawn l-ispekulaturi jaghmlu passiggata minn fuq dahar kulhadd. Il-MEPA, dik l-akbar istituzzjoni governattiva li wiehed mid-dmirijiet taghha hu suppost li thares il-wirt naturali taghna mill-qerda, hi bahar ta’ interessi, gwadanji, vantaggi u profitti privati u personali. Flok tahdem favurina, tahdem kontrina. U jekk teqfilha, araha ddur ghalik biex tipprova tishqek mill-ahjar li tista’.

Forsi ghalik wied il-boghod minn darek―f’xi rokna tal-Bahrija jew tal-Wardija jew tal-Kalkara jew tal-Qala jew tan-Nadur―ma jinteressakx direttament. Sakemm ma jmissulekx il-proprjetà tieghek personali, xi raba’ li inti ghandek jew jheddu l-familja tieghek, ma taghtix kas. Imma l-wirt naturali ta’ pajjizna hu tieghek ukoll. Is-serq u l-istupru tieghu hu oltragg maghmul lilek ukoll. B’din il-qerda, int qed titfaqqar kuljum u pajjizna qieghed jittiekel bin-naqra n-naqra.

Il-gvern wieghed kemm-il darba li se jirriforma dak il-mostru skandaluz tal-MEPA. Imma s’issa dan hlief kliem fil-vojt ma kienx. Il-gvern, li suppost jiehu hsieb l-interessi tac-cittadini kollha tieghu u tal-gid komuni, mhux biss ihalli l-ispekulaturi jaghmlu li jridu bil-flus mahmuga li ghandhom, imma sahansitra qieghed jiffacilitalhom il-kriminalità taghhom.

Insult lil Alla

Hafna mic-cittadini Maltin minghalihom li huma protetti mill-ligi. Imma hija proprju l-ligi li l-ispekulaturi, il-MEPA u l-gvern juzaw biex, ftit ftit, ikomplu jeqirdu kull rokna hadra li baqa’ fuq din l-art tal-biki. Il-holqien li Alla tana sar vittma msejken ta’ massakru li qieghed isir kuljum bl-id ta’ min hu qawwi, ta’ min ghandu l-hbieb u ta’ min l-interess personali tieghu jigu ’l fuq minn kull interess iehor komuni.

Quddiem il-mostrozità tal-MEPA, il-korruzzjoni tas-sahhara taghha u l-kilba tal-ispekulaturi, l-oppozizzjoni hi dghajfa, anki jekk qawwija. Kun af li hawn nies li qeghdin johorgu ghonqhom ghalik, halli jharsu wirt li int ircevejt minghand missirijietna. Qeghdin johorgu ghonqhom minkejja l-indifferenza li forsi ghandek inti wkoll. Qeghdin jaqdu dmir morali quddiem theddida formidabbli halli jharsu d-dritt ta’ wliedek li jircievu l-istess wirt.

Dan l-istupru tal-wirt naturali taghna huwa insult mhux biss lill-poplu Malti kollu. Huwa nsult anki lil Alla. Dan l-istupru huwa dnub ghax jorbot mieghu htija morali. Il-poplu taghna huwa ghani religjosament, imma fqir spiritwalment. Fqir hafna. U l-ambjent naturali taghna, l-istess bhalma jaghmlu d-drittijiet umani taz-zghir, qeghdin ihallsu l-prezz qares ta’ dan il-faqar ikrah.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?