Malta m’ghadhiex innocenti

Jekk s’issa hsibna li Malta hi innocenti, jew li dejjem kienet u tibqa’ l-vittma ta’ haddiehor, issa ma nistghux naccettaw dan aktar. Bil-qtil razzista ta’ Suleiman Abubaker Malta ghandha d-demm fuq idejha. Nghid “Malta”; mhux dan jew dak it-taparsi bownser f’Paceville. Ghax ilkoll kemm ahna responsabbli ta’ dan il-qtil.

Kienet il-kultura ta’ intolleranza u disrispett li qatlet lil Suleiman. Din mhijiex maghmula minn dan jew dak il-qattiel. Hija kultura maghmula minna lkoll. Kif qal wiehed mill-filosri zghazagh taghna, Michael Grech, kull darba li chadna milli nikkunsidraw ir-ragunijiet serji li jgieghlu lill-immigranti jhallu artijiethom u jaqbdu l-harba perikoluza taghhom, ahna armajna l-ponn ta’ min qatel lil Suleiman. Kull darba li ghamilna kummenti razzisti jew sthajjilna li ma smajniex meta ghamilhom haddiehor, ahna armajna l-ponn ta’ min qatel lil Suleiman. Kull darba li wzajna l-kliem “piz” u “immigrant” fl-istess sentenza, ahna armajna l-ponn ta’ min qatel lil Suleiman.

Ilkoll kemm ahna komplici ta’ dan il-qtil razzista. Forsi ahna l-insara aktar minn haddiehor. Ghax Gesù mhux hekk ghallimna. Gesù qered il-ferq bejn “ahna” u “huma”. Qered il-fruntieri u s-separazzjonijiet bejn in-nies. X’insara ahna jekk nahsbu, naghmlu u nghidu l-kontra ta’ dak li haseb, ghamel u qal Gesù?

Il-problema l-kbira ewlenija taghna mhijiex l-immigrazzjoni, legali jew le. Il-problema l-kbira ewlenija taghna hija l-mentalità nazzjonalistika, settarja u provincjali taghna. Hija mentalità li mhijiex kompatibbli mal-karattru u l-ispirtu nisrani. X’tiswa’ r-religjozità kollha taghna jekk l-ispiritwalità li suppost tharrikha ma taqbilx ma’ dik ta’ Sidna Gesù Kristu?

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?