Sunday, 28 June 2009

Taparsi ‘bouncers’

Il-qtil razzista ta’ Suleiman Abubaker hareg ghad-dawl fenomenu li kien qieghed isehh kontinwament f’Paceville u f’postijiet ohra f’Malta u Ghawdex u li l-omertà ta’ hafna Maltin u Ghawdxin kienu qeghdin izommu mistur ghal kollox: l-illegalità u l-abbuz li bihom xi nies kienu qeghdin jaghmluha ta’ ‘bouncers’ ma’ postijiet pubblici.

Abbuz u omertà

Il-bicca l-kbira tal-‘bouncers’ li xi whud minna jiltaqghu maghhom ma’ diversi postijiet pubblici jew f’diversi attivitajiet pubblici ma huma ‘bouncers’ xejn. Jigifieri mhumiex iccertifikati biex jaghmlu dak ix-xoghol. Dawn huma aktarx nies b’fiziku konsiderevolment kbir, aktarx b’sahhithom u moghtijin ilbies u apparat li jissuggerixxi l-hidma li jaghmlu.

Minkejja d-dehra ta’ barra, il-hidma taghhom ta’ ‘bouncers’ hija illegali u abbuziva. Jitqabbdu jaghmlu xoghol fid-dieher u taht imnieher il-pulizija minghajr m’ghandhom il-permess jew it-tahrig. Min iqabbadhom jistenna biss attitudni ta’ theddid.

Dan konna ilna nghixu bih hafna snin. Jafu kulhadd. Jafuh is-sidien tal-lokalitajiet u l-attivitajiet relevanti. Jafuh il-klijenti li jiffrekwentaw dawk il-lokalitajiet u l-attivitajiet. U jafuh sahansitra l-pulizija li suppost irazznu l-illegalità, l-abbuz u l-ksur tal-ligi. Imma kulhadd ― kulhadd ― izomm fommu msakkar u ghajnejh maghluqa.

Skoprew l-Amerika!

Kellu jkun qtil razzista li gab dan kollu ghad-dawl. Issa nafu. Issa kulhadd f’daqqa wahda jaf bit-taparsi ‘bouncers’. L-abbuzi u l-illegalitajiet li saru u li qed jibqghu jsiru f’daqqa wahda nkixfu. F’daqqa wahda kulhadd fetah ghajnejh. Qisu kienet l-ewwel darba li t-taparsi ‘bouncers’ qabzu l-linja tad-dekor, l-agir accettabbli u l-prudenza.

Dan hu biss aspett wiehed mill-abbuzi li jsiru f’Paceville u f’postijiet ohra ta’ divertiment f’Malta u Ghawdex. Il-prezzijiet oxxeni ghall-bejgh ta’ affarijiet li spiss mhumiex ghajr ftit aktar minn imbarazz, arresti arbitrarji, glied u swat u hwejjeg bhal dawn huma l-ordni ta’ kuljum. Il-gungla ta’ Paceville u postijiet ohra ta’ divertiment thassar il-linja bejn dak li suppost hu legali u dak li hu manifestament illegali. Il-‘cowboys’ u l-‘indians’ jibdlu bejniethom ir-rwol taghhom minghajr hadd ma jaf bl-ezatt min hu min u x’inhu xiex.

Pulizija hbieb tat-taparsi ‘bouncers’. It-taparsi ‘bouncers’ hbieb tal-pulizija. Is-sidien li jaghtu ordnijiet razzisti lit-taparsi ‘bouncers’. Zamma qalilha tal-ordni ma’ xi whud, imbaghad iljunfanti ghaddejjin passiggati mill-ghajn tal-labra. Qawwa u sahha maz-zghir u hlewwa u passività mal-hbieb.

Ross bil-labra?

Gungla shiha. F’postijiet, jekk ma tridx, li suppost huwa l-bastjuni tas-sigurtà ghaz-zghazagh u ghal dawk li lanqas biss ghadhom zghazagh.

F’daqqa wahda l-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern stenbah bil-GRTU b’kollox! Imsieken, ma kinux jafu b’dak li kien qieghed jigri u li ghadu jigri, f’Paceville u f’inhawi ohra ta’ Malta u Ghawdex. F’daqqa skoprew it-taparsi ‘bouncers’! B’min iridu jitimghu r-ross bil-labra!?

Il-President tal-GRTU, is-Sur Philip Fenech, sahansitra qal li l-akkuzi ta’ razzizmu f’dawn l-imkejjen gie esagerat lil hinn minn kull proporzjon. Dan kumment serju? Kumment responsabbli? Mhuwiex forsti kaz iehor ta’ ‘kulhadd jaf barra l-awtoritajiet’?

Il-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern u l-GRTU mhux lit-taparsi ‘bouncers’ biss ghandhom jaghtu kaz. Imma KULL sfruttament u abbuz li jsir lil adoloxxenti, zghazagh u turisti li jiffrekwentaw postijiet ta’ divertiment.

Huwa tal-biki u tal-misthija li dawn l-awtoritajiet iccaqilqu biss issa, wara l-mewt tal-imsejken Suleiman. Imma huwa wkoll tal-biki u tal-misthija li jibqghu jinjoraw, flimkien ma’ diversi membri tal-korp tal-pulizija, l-isfruttament u l-abbuz ta’ dawn in-nies fuq bazi kwotidjana u fuq livell skandaluz.

Ejjew inkunu serji u ghal darba ma nibqghux nghattu x-xemx bl-gharbiel!

No comments:

Post a Comment

Top posts last 30 days

Top posts ever