Pietru Caxaru u l-Kantilena tieghu

Il-familja Caxaru kienet wahda qadima f’Malta fis-sekli 15 u 16. Pietru Caxaru, membru ta’ din il-familja, kiteb dik li s’issa hija maghrufa li hija l-eqdem poezija bil-Malti, maghrufa bhala “Il-Kantilena” jew “Xidew il-Qada”. Bejn wiehed u l-iehor, din il-poezija nkitbet madwar l-1450. Pietru Caxaru, il-kittieb famuz taghha, miet fl-1485. Dan l-ahhar, bhal meta wiehed jistenbah minn raqda twila, il-“Kantilena” regghet gibdet interess tal-ghageb. X’siwi ghandu dan l-interess imgedded?

Interess personali

Qabel xejn, nixtieq nghid ghala Pietru Caxaru u l-“Kantilena” tieghu ghandha tinteressanti mill-qrib. Hemm tliet ragunijiet ewlenin: l-ewwel, Pietru Caxaru hu midfun fil-knisja taghna tad-Dumnikani tar-Rabat. Infatti, Pietru ndifen f’kappella li l-bini taghha (meta kienet qed tinbena l-knisja) hallas ghalih minn butu stess. Pietru kien habib ta’ diversi Dumnikani eruditi li kellna f’dak iz-zmien.

It-tieni raguni hija li dak li ‘skopra’ l-“Kantilena” kien Dumnikan ukoll: il-habib tieghi Patri Mikiel Fsadni. X’jigifieri ‘skoprieha’? Ghax ghalkemm il-“Kantilena” nkitbet madwar l-1450, hadd ma kien jaf biha sal-1966. Kien Patri Fsadni li sabha f’volum qadim fl-Arkivji Notarili, il-Belt, u ppubblikaha flimkien mal-Professur Godfrey Wettinger fl-1968.

It-tielet raguni hija li, fil-manuskritt qadim li fih instabet il-“Kantilena”, Pietru Caxaru jissejjah “filosfu, oratur u poeta”. Bhalma taf, jien ili mal-ghoxrin sena nistharreg it-tradizzjoni tal-filosofija f’Malta u ghalhekk kull filosfu Malti jinteressanti mill-qrib. Dan Pietru tal-“Kantilena” hu wiehed biss fost ghexieren ohrajn. Dwar il-filosofija f’Malta, dan l-ahhar ippubblikajt ktieb bl-isem “20th Century Philosophy in Malta”, u dwar Pietru Caxaru kont ippubblikajt ktejjeb bl-isem “Pietru Caxaru u l-Kantilena Tieghu” (1992).

Ghal dawn ir-ragunijiet ewlenin, l-interess personali tieghi f’Pietru Caxaru u l-“Kantilena” tieghu huwa konsiderevoli.

Interess imgedded

Dan l-ahhar saru diversi attivitajiet li jixhdu ghall-interess gdid li qam f’daqqa wahda fil-“Kantilena” ta’ Pietru Caxaru. Fil-5 ta’ Novembru, 2008, l-Akkademja tal-Malti organizzat lejla kom-memorattiva fil-knisja taghna tad-Dumnikani tar-Rabat. Il-programm kien jinkludi l-qari tal-“Kantilena” bil-Malti medjevali, id-daqq ta’ melodiji medjevali mill-Gukulari Ensemble, u tahdita fuq il-“Kantilena” mill-Prof. Alexander Borg, li jghallem fl-Università tan-Negev, Izrael. Il-poezija ta’ Caxaru nqrat mill-lettur tal-Gharbi fl-Università ta’ Malta, Dr Martin Zammit, skond ir-regoli fonologici li kienu mhaddma fil-Malti medjevali.

Wara dan, fit-18 u d-19 ta’ April li ghadda, l-Akkademja tal-Malti u Palazzo Falson organizzaw zewg seminarji interessantissmi dwar il-“Kantilena” fl-okkazjoni tal-Festival Medjevali fl-Imdina. F’dawn is-seminarji tkellmu ghadd ta’ esperti, fosthom il-Prof. Wettinger, il-Prof. Manwel Mifsud, il-Prof. Stanley Fiorini, Dr Martin Zammit u Frans Sammut. Dan tal-ahhar ghamel ukoll diskors iehor fit-28 ta’ Gunju li ghadda f’San Pawl il-Bahar.

Fl-ahharnett, tliet gimghat ilu, fit-22 ta’ Gunju li ghadda, il-kantanta Doreen Galea harget CD bl-isem ta’ “Ommi” li l-kliem tal-ewwel trekk taghha msemmi “Xidew il-Qada”, huwa proprju dak tal-“Kantilena” ta’ Pietru Caxaru. Il-muzika hija ta’ Dominic Galea u s-CD giet prodotta minn Steve Borg u rrekordjata minn Manolito Galea.

Kontribuzzjonijiet godda

Dawn l-attivitajiet kienu kollha interessanti fihom infushom u hargu ghamlu zviluppi godda f’dak li nafu s’issa dwar Pietru Caxaru u l-“Kantilena” tieghu. Forsi l-aktar originali, apparti s-CD sabiha ta’ Doreen Galea, kienu l-kontribuzzjonijiet ta’ Godfrey Wettinger u Frans Sammut.

L-ewwel wiehed qieghed jissuggerixxi li Pietru Caxaru, li kien guvni, seta’ kellu tfal illegittmi minn wahda mill-iskjavi tieghu li kien jisimha Duminka. It-tieni wiehed qieghed jissuggerixxi, l-ewwelnett, li originarjament il-Caxarijiet kienu familja Lhudija, u t-tieni li, bhala stil poetiku, il-“Kantilena” ma hi kantilena xejn, imma Zagal, forma poetika maghrufa sew fi Spanja Gharabika. Ghal dan, Sammut jaghti evidenza interna fil-poezija stess.

Bla dubju, dawn is-suggerimenti huma provokattivi hafna. Din hi s-sbuhija tal-akkademja: li tibqa’ tistharreg, thuf u tipprova tiskopri hwejjeg godda fejn ikollna l-apparenza tac-certitudni. Fil-kaz tal-Prof. Wettinger jista’ ghandna zvilupp ckejken fl-istorja personali ta’ Pietru Caxaru. Imma fil-kaz ta’ Sammut, ghandna wkoll interpretazzjoni ghal kollox gdida ta’ kif ghandna naqraw il-“Kantilena”.

Jalla dawn il-kontribuzzjonijiet jghinu sabiex napprezzaw aktar ilsien art twelidna u l-istudjuzi tieghu.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?