Il-faqar tal-paternalizmu

Il-paternalizmu jittrattana ta’ tfal. Jittrattana bhallikieku konna nies li m’ghandiex hila niddeciedu ghalina nfusna. Bhallikieku ma nafux xi rridu. Il-paternalizmu jippretendi li ghandu xi dritt jiehu minn idejna r-responsabbiltà taghna nfusna. Li jagixxi minghajr il-kunsens taghna. Li jindahlilna f’hajjitna. Li jzommna dipendenti.

Jezistu hafna ghamliet ta’ paternalizmu, l-aktar legali, istituzzjonali u inter-personali (jew individwali). F’din il-kitba nixtieq nistharreg il-bazi filosofika tal-paternalizmu, specjalment b’referenza ghall-hsieb ta’ ftit filosfi sinifikattivi, u mbaghad nislet principju baziku li bih inkunu nistghu niggudikaw il-paternalizmu u n-natura tieghu. Fl-ahhar nikkonkludi billi naghti indikazzjonijiet hfief ta’ kif jista’ jigi ttrattat bniedem paternalista.
Kuntest filosofiku

Qabel ma nigi ghal dawn it-tliet ghamliet ta’ paternalizmu, ghandu mnejn ikun xieraq jekk l-ewwel naghti daqqa’ t’ghajn hafifa lejn il-kuntest filosofiku tal-paternalizmu u kif ittrattawh hassieba sinifikanti. Ghandi f’mohhi hawnhekk hames hassieba ewlenin: Immanwèl Kant, Gwanni Stuart Mill, Goel Feinberg, Geraldu Dworkin u Gwanni Rawls.

Dawn il-hassieba relattivament recenti ghandhom siwi specjali f’dan il-kuntest ghax, sa mill-eqdem zminijiet, il-bicca l-kbira tal-filosfi u l-hassieba ma sfidawx il-paternalizmu. Anzi, mhux biss accettawh, imma wkoll qisuh bhala xi haga naturali. Huwa sthajjlu li fid-dinja naturali kollox hu organizzat f’ghamla patrijarkali jew gerarkika. Ghalhekk, irragunaw huma, ma setax jonqos li l-agir korrett u xieraq ta’ bejn il-bnedmin―ibda mill-familja u spicca fl-istat―ma setax ikun mod iehor. M’ghandniex xi nghidu, din il-fasla organizzattiva paternalista rawha wkoll fir-relazzjonijiet bejn il-bniedem u Alla. Anzi, li kien Alla li organizza d-dinja kollha u r-relazzjonijiet ta’ go fiha b’dan il-mod.

Fil-filosofija tal-punent, jigifieri dik li l-aktar imdorrijin biha ahna u li sawwret il-mentalità taghna, din ix-xejra ta’ hsieb paternalistiku nghatat sustanza kemm mill-filosfi Griegi tal-qedem, bhal Platun u Aristotli, u kemm mill-filosfi ewlenin tal-Kristjanità, bhal Santu Wistin u San Tumas t’Akwinu.

Skont Platun (429-347 QK) in-nies iridu jigu mharsa minn xulxin u anki minnhom infushom. Ghaldaqstant, il-mexxej ghandu d-dritt u d-dmir li jezercita l-paternalizmu tieghu fuq hajjithom billi jikkontrollahom kemm psikologikament, kemm fizikament u sahansitra moralment (ara, nghidu ahna, Repubblika V.473). Aristotli (384-322 QK) kien jemmen f’dan ukoll, izda kien isejjes l-argumenti tieghu, mhux biss fuq konsiderazzonijiet etici u l-konvenjenza socjali bhal Platun, imma aktar fuq l-organizzazzjoni gerarkika naturali: bhalma l-univers hu kkmandat minn Alla, u l-hxejjex min-natura, hekk il-bniedem jikkmanda fuq l-annimali, l-irgiel fuq in-nisa, ic-cittadini fuq l-iskjavi, l-adulti fuq it-tfal, ir-ruh fuq il-gisem, il-mohh fuq il-qalb (ara, nghidu ahna, Politika I.1254).

Ghal Santu Wistin (354-430), il-bniedem hu fundamentalment midneb u―sahansitra mill-guf!―imlebleb ghall-hazen (ara, nghidu ahna, Stqarrijiet, 397, I.19.30). Ghalhekk jehtieg harsien paternalistiku qawwi, anki jekk hanin, f’kull qasam ta’ hajtu. Il-paternalizmu, skont Santu Wistin, hu s-soluzzjoni ghal dan l-istat miskin u hu mibni fuq il-mudell tal-harsien paternalistiku ta’ Alla. San Tumas t’Akwinu (1225-74) jissokta f’din il-linja ta’ hsieb. Bhal Aristotli, ghalih l-univers kollu hu organizzat gerarkikament u l-harsien ta’ kull livell minn dak ta’ fuqu hu naturalment paternalistiku (ara, nghidu ahna, De Regimine Principum, 1267, I). Skont hu din hi l-unika sistema lecita u moralment xierqa li tista’ tezisti. Kull mod iehor hu kontra l-ordni naturali hekk kif prestabbilita minn Alla.

Din it-tradizzjoni filosofika twila (sa mis-seklu 4 qabel Kristu ’l quddiem) ghall-gustifikazzjoni tal-paternalizmu ssoktat sas-seklu 18. L-ewwel wiehed li sfidaha kien il-kbir filosfi Prussjan, Immanwèl Kant.

Il-bazi filosofika li fuqha serrhu r-riflessjonijiet taghhom l-bicca l-kbira tal-filosfi sa minn qabel Kristu sas-seklu 18 sabiex jiggustifikaw il-paternalizmu tbati minn zewg elementi essenzjali. L-ewwel, mill-lat ontologiku t-tendenza taghhom li jilmhu ordni gerarkiku u paternalista prestabbilit fil-holqien kollu hi artificjali u arbitrarja. Ma jezisti ebda ordni naturali ta’ dan it-tip jekk mhux fil-vizjoni suggettiva taghhom tar-realtà.

It-tieni, mill-lat metafiziku, ghallanqas dak nisrani bbazat fuq il-Bibbja, ir-relazzjoni bejn Alla u l-bniedem mhijiex wahda paternalistika. Il-kmandamenti u l-precetti ta’ Alla ma jxejjnu bl-ebda mod il-libertà assoluta tal-bniedem. Morali paternalistika sempliciment m’ghandhiex bazi skritturali.

Ma’ dawn jehtieg inzidu element iehor li thaddan minn filosofiji bhal Tumas Hobbes (1588-1679), Gwanni Locke (1632-1704) u Jean Jacques Rousseau (1712-78). Filwaqt li dawn xi ftit jew wisq cahdu xi ordni prestabbilit socjali, sostnew li l-paternalizmu huwa inkluz fil-‘kuntratt socjali’ li ahna naghmlu mal-istat. Dan ifisser li, filwaqt li voluntarjament incedu xi libertajiet lill-istat, fl-istess waqt ahna implicitament naghtu l-kunsens taghna li l-istat igib ruhu maghna b’mod paternalistiku. Dan il-punt jerga’ jitqajjem minn Gwanni Rawls fi zminijiet aktar recenti.

Anti-paternalizmi filosofici

Dwar dawn l-elementi nergghu nitkellmu ’l quddiem. Ghalissa huwa xieraq nieqfu kemmxejn fuq l-oppozituri tal-paternalizmu, ibda minn Immanwèl Kant (1724-1804). Dan cahad il-paternalizmu fuq il-bazi tal-hekk imsejjah ‘principju tat-tjieba’. Skond dan il-principju (ara, nghidu ahna, Lejn il-Paci Dejjiema, 1795, 290.74) il-paternalizmu mhux biss huwa ksur tal-libertà tal-persuni individwali, imma wkoll imur kontra d-dinjità ugwali tal-bnedmin kollha. Kull tmexxija ghandha l-iskop ewlieni li thares il-libertajiet ta’ min hu tahtha filwaqt li thalli ’l kulhadd ifittex li jwettaq il-miri li jaghzel hu skont kif jixtieq minghajr ma jirfes fuq il-libertajiet ta’ haddiehor.

Ghalkemm kien Kant l-ewwel li tkellem kontra l-paternalizmu, kien Gwanni Stuart Mill (1806-73) li halla l-akbar influss fuq it-teoriji liberali tal-punent, specjalment bil-kitba famuza tieghu Dwar il-Libertà tal-1859. Huwa sahaq li l-libertà ta’ kull wiehed u wahda minna hija ferm aktar importanti milli xi hadd iharisna minna nfusna. Il-paternalizmu jitlob prezz ghali wisq. Dan il-filosfu bbaza r-riflessjonjiet tieghu fuq l-hekk imsejjah ‘principju tal-hsara’. Skond dan il-principju (ara Kap. I tal-ktieb imsemmi) l-unika limitazzjoni tal-libertà ta’ individwu hija gustifikabbli biss sabiex ma jittifsux il-libertajiet ta’ haddiehor. Il-paternalizmu li jgib l-iskuza li jaf ihares ahjar mill-individwu nnifsu l-gid fiziku jew morali tal-istess individwu mhuwiex gustifikat.

Il-filosfu Goel Feinberg (1926-2004) elabora l-principju ta’ Stuart Mill u sostna li jezistu zewg tipi ta’ paternalizmu: dak ‘artab’ u dak ‘harex’ (ara, nghidu ahna, Hsara Lilek Innifsek, 1986, volum III ta’ Il-Limiti Morali tal-Ligi Kriminali, 17.3). It-tnejn ghandhom x’jaqsmu mad-dritt tal-persuni li jaghmlu hsara―voluntarja u mhux―lilhom infushom. Filwaqt li l-ahrax jichdilna (specjalment permezz ta’ ligijiet relattivi) id-dritt li naghmlu hsara lilna nfusna, l-artab iwissina (b’avvizi, kampanji edukattivi u l-bqija) bil-konsegwenzi tal-azzjonijiet hziena taghna minghajr ma jwaqqafna milli naghmluhom. Il-paternalizmu ahrax, nghidu ahna, jichdilna d-dritt li niehdu drogi psikoattivi jew psikotropici. Il-paternalizmu artab, waqt li jwissina li t-tipjip joqtol, ihallina fil-libertà li npejpu xorta wahda, basta ma naghmlux hsara lil min ma jpejjipx. Filwaqt li Feinberg jiggustifika z-zewg tipi ta’ paternalizmu, Stuart Mill jichad ghal kollox il-paternalizmu ahrax.

Il-filosfu Geraldu Dworkin (t. 1937), waqt li jkompli jistharreg in-natura tal-paternalizmu (ara, nghidu ahna, l-artiklu maghruf tieghu ‘Paternalizmu’ fil-Monist ta’ Jannar 1972, Vol. LVI, 1; pp. 64-84), jiggustifika xi ghamliet tieghu. Huwa jaqbel ma’ Stuart Mill li l-paternalizmu huwa gustifikat ma’ min m’ghandux kapacità fizika jew mentali li jaghmel atti voluntarji. Imma kontra Stuart Mill jiggustifika wkoll il-paternalizmu f’dawk il-kazijiet fejn il-libertà taghna tigi restritta bl-iskop li jkun jista’ jkollna firxa akbar ta’ libertà. Fl-artiklu msemmi, Dworkin isejjah dan it-tip ta’ intervent kontra r-rieda hielsa taghna ‘paternalizmu konsegwenzjali’. “F’kazijiet bhal dawn,” jghid hu, “l-awtonomija fit-tul tal-persuni tigi avvanzata billi tigi restritta l-awtonomija taghhom tal-mument.”

Il-fehmiet ta’ Feinberg u Dworkin jistghu jitqiesu, mhux sempliciment bhala zviluppi fuq dak li kien sostna Gwanni Stuart Mill dwar il-paternalizmu, imma wkoll restrizzjonijiet tal-principju baziku tieghu li bih cahad il-paternalizmu. Dawn ghamlu aktar kompromessi minnu forsi ghar-raguni li riedu jiggustifikaw diversi prattiki paternalistici fis-socjetà kontemporanja taghna.

Mar-restrizzjonijiet taghhom tista’ tizdied restrizzjoni ohra tal-filosfu Gwanni Rawls (1921-2002). Dan sostna (ara, nghidu ahna, Teorija ta’ Gustizzja, 1971, 4.39) li certu paternalizmu hu gustifikat ghax anki meta ahna naghmlu decizjonijiet voluntarji u ragunati ghal hajjitna aktarx dejjem nagixxu minn wara ‘velu ta’ injoranza’. Skont hu, dan ifisser li, minkejja li ahna persuni sensati li nafu nfittxu l-gid taghna nfusna u, b’mod generali, dak ta’ haddiehor, xorta wahda nixtiequ li nigu mharsa mill-possibbiltà li “l-fakultajiet taghna ma jkunux zviluppati bizzejjed”, li “ma mmexxux ’l quddiem b’mod razzjonali l-interessi taghna” jew li “nitkaxxkru mill-inklinazzjonijiet irrrazzjonali, stupidi jew imprudenti taghna”.

Principju ta’ gudizzju

Sabiex naslu li naraw kif u kemm dawn il-filosfi li semmejna l-ahhar―Kant, Stuart Mill, Feinberg, Dworkin u Rawls―ghandhomx ragun f’dak li qalu jehtieg li, qabel kollox, inkunu aktar cari dwar il-pjataforma taghna nfusna. Inkunu aktar cari dwar il-perspettiva li minnha se niggudikawhom.

L-ewwel ha niddeciedu x’inhu fl-ahhar mill-ahhar il-paternalizmu. Il-paternalizmu huwa attitudni ta’ min jinqeda bil-pozizzjoni tieghu biex jipprova jcekknek ghax jahseb li jaf aktar minnek x’ghandek tahseb jew kif ghandek tghix hajtek.

Hafna mill-filosfi l-imghoddija tant wessghu l-kuncett tal-paternalizmu li inkludew fih kull tip ta’ ezercizzju minn-naha ta’ xi awtorità. L-hekk imsejjah ‘paternalizmu legali’, li jinkludi l-ligi u l-ezekuturi taghha, hu ezempju ta’ dan. Imbilli l-ligi jew xi awtorità tezercita l-prerogattiva taghha biex tikkmanda ma jfissirx li din hija paternalistika.

L-izball ta’ dawn il-filosfi huwa li jisthajlu li l-paternalizmu huwa prattika jew azzjoni ta’ awtorità. Il-paternalizmu hafna drabi jibda’ minn hekk. Imma mhuwiex hekk fih innifsu. Il-paternalizmu huwa abbuz tal-awtorità. Huwa legittimu li awtorità tezercia l-ufficcju taghha. M’hemm xejn prestabbilit b’mod naturali ghal dan. Huwa kollu konvenzjonali. Imma b’daqshekk ma jfissirx li kull ezercizzju ta’ awtorità huwa necessarjament paternalistiku.

Il-paternalizmu huwa attitudni li xi hadd jiehu fil-konfront ta’ haddiehor ghax jahseb li ghandu xi tip ta’ dritt li jaghmel hekk. Imma dan hu zball u abbuz. In-nies jezercitaw bi dritt l-awtorità li jinghataw. Imma fl-istess hin qatt ma jinghataw id-dritt li juzaw dik il-pozizzjoni taghhom biex igibu ruhhom b’mod paternalistiku ma’ min jigi tahthom.

Missier, omm, ghalliem, pulizija, manager, magistrat, kapural, superjur, tabib u l-bqija ghandhom id-dritt li jezercitaw l-awtorità taghhom fil-qasam tal-influwenza li jkollhom. Huwa anki dmirhom. Imma b’daqshekk ma jfissirx li ghandhom ukoll xi dritt jaghmlu dan b’attitudni paternalistika. F’dan il-kaz ikunu qed jabbuzaw il-pozizzjoni taghhom.

Kull ufficcju ta’ awtorità ma jaghmel bl-ebda mod lil dak li jokkupa dak l-ufficcju superjuri ghal min jigi taht l-awtorità tieghu. Wisq anqas ma jaghtih xi dritt li jwarrab id-drittijiet jew il-libertajiet ta’ min jigi tahtu jew iqis lil dawk ta’ tahtu b’xi mod inferjuri ghalih.

Ebda awtorità ma hi divina jew assoluta. Fih innifsu, il-fatt li tezisti l-awtorità jew il-ligi ma jnaqqsilniex jew inehhielna l-kapacità li, fil-limiti tal-qasam ta’ influwenza ta’ dik l-awtorità, insawwru l-hajja taghna kif jidhrilna li hu l-ahjar fir-rispett ta’ haddiehor u tal-istess awtorità.

Id-definizzjoni li tajt tal-paternalizmu u l-principju li bih nistghu niggudikawh juruna bic-car li l-paternalizmu huwa abbuz u, bhala tali, huwa dejjem illecitu u inetiku. Dak li (skond Feinberg) jissejjah ‘paternalizmu ahrax’ ma jista’ qatt jigi accettat jekk imur lil hinn mill-kompetenza awtoritattiva tieghu. Ma fiha xejn jekk, fi hdan dik il-kompetenza, jezercità l-prerogattiva tieghu li jikkmanda. Imbasta dan ma jaghmlux b’mod abbuziv.

L-attitudni paternalista ma hi qatt gustifikata u dan wahdu jeskludi l-gustifikazzjonijiet li taw Dworkin u Rawls. Ebda awtorità legittima m’ghandha d-dritt li tagixxi b’mod paternistiku maghna sempliciment ghax tahseb li taf aktar minna x’inhu ta’ gid ghalina nfusna. Kif isostni Stuart Mill, hadd daqsna ma jaf x’inhu l-ahjar ghalina stess. Il-‘velu ta’ injoranza’ li sahaq dwaru Rawls hu biss skuza ghal agir abbuziv min-naha ta’ awtoritajiet li jridu jirfsu fuqna u fuq il-libertajiet u d-drittijiet taghna.

Kif sostna Kant, kull awtorità ghandha l-iskop li thares li l-libertajiet u d-drittijiet ta’ min jigi tahtha ma jittiffsux. Jekk awtorità ccekken jew ixxejjen dawk il-libertajiet u d-drittijiet biex ikunu taghha biss, dan ma jkunx ghajr ezercizzju abbuziv tal-ufficcju awtoritattiv taghha.

Applikazzjonijiet prattici

Bhala attitudni, il-paternalizmu mhuwiex necessarjament marbut ma’ xi tip ta’ awtorità formali jew istituzzjonali. Ovvjament, hafna drabi ssib li l-paternalizmu jinstab l-aktar f’dawk in-nies li ghandhom awtorità bhal din. Imma dan mhuwiex minhabba xi relazzjoni necessarja bejn l-awtorità u l-paternalizmu, kif hafna filosfi assumew, imma minhabba l-kumplessi psikologici li l-ufficccji awtoritattivi hafna drabi jnisslu fin-nies li jokkupaw dawk l-ufficcji.

Tassew, huwa aktar facli li bniedem li ghandu xi awtorità formali jew istituzzjonali tikbirlu rasu u jibda jahseb li ghandu xi dritt jikkmanda jew jindahal fil-hajja ta’ haddiehor. B’daqshekk ma jfissirx li kullmin ghandu xi awtorità formali jew istituzzjonali bil-fors jiehu attitudni paternalistika.

Ezempju car ta’ dan huwa l-paternalizmu li jigi hafna drabi ezercitat mill-irgiel fil-konfront tan-nisa, specjalment minn irgiel fuq marthom jew il-mahbuba taghhom. Irgiel bhal dawn m’ghandhom ebda awtorità formali jew istituzzjonali. Imma kulturalment jew socjalment ihossuhom superjuri ghan-nisa taghhom u jagixxu maghhom b’attitudni paternalistika skond id-definizzjoni li tajt qabel.

Ezempju iehor car huwa meta xi hadd f’xi grupp ta’ nies―jistghu jkunu tfal, zghazagh, irgiel, nisa, xjuh, haddiema u l-bqija―jiddeciedi li ghandu xi dritt jagixxi b’mod paternalistiku mal-ohrajn fl-istess grupp. Ebda awtorità formali jew istituzzjonali ma jkollu, imma xorta wahda jgib ruhu b’dan il-mod proprju ghax mhemmx rabta necessarja bejn il-paternalizmu u l-awtorità

Ir-rabta necessarja hija biss bejn il-paternalizmu u l-qaghda psikologika tal-individwi. Dan nistghu narawh ta’ spiss f’tip ta’ agir maghmul minn certi professjonisti. It-tobba u l-avukati, nghidu ahna (biex insemmu tnejn biss), spiss igibu ruhhom b’mod paternalistiku mal-klijenti taghhom meta jigdbulhom jew ma jghidulhomx il-verità kollha tal-fatti. Dan hu abbuz tal-pozizzjoni taghhom ghax m’ghandhom ebda dritt moghti lilhom mill-klijenti taghhom li jagixxu b’dan il-mod.

Hafna drabi l-paternalizmu huwa marbut hafna ma’ attitudni moralista jew eticista li tippretendi, mhux biss li tiggudika ghal rasha l-istil ta’ hajja tal-individwu kkoncernat, imma wkoll li taghti lil hajtu d-direzzjoni li trid hi minghajr il-kunsens ta’ dak l-individwu. Dan ukoll hu abbuziv ghax dawn l-affarijiet huma biss il-bicca tal-individwu kkoncernat u hadd ma jista’ jiehu minn rajh―jigifieri sakemm l-individwu ghadu f’pozizzjoni fizika jew mentali li jiddeciedi ghalih innifsu―id-dritt jew id-dmir li jiddeciedi ghall-individwu jew minfloku.

Kulhadd jista’ jiehu attitudni paternalistika. Professjonist u mhux. Bniedem fl-awtorità u mhux. Il-paternalizmu ma jorbotx necessarjament mal-awtorità formali jew istituzzjonali. Jorbot biss b’dan il-mod mal-personalità tal-persuni. Imma f’kull kaz il-paternalizmu huwa dejjem xhieda zgura u inkonfondibbli ta’ personalità fqira, inferjuri, baxxa u ‘spiritwalment’ medjokri.

Il-personalità paternalista

L-ewwel u qabel kollox, il-paternalizmu huwa xhieda ta’ personalità fqira. Jindika li l-persuna paternalista m’ghandhiex hila taghmel analizi xierqa tas-siwi u l-kapacitajiet la ta’ haddiehor u lanqas taghha nnifisha. Tindika persuna profondament deluza dwar min hi hi stess u min hu haddiehor. Ukoll, li hija persuna li ma tafx tezercita l-arti jew is-sengha tat-tmexxija, kemm jekk hi istituzzjonali u kemm jekk hi inter-relazzjonali.

It-tieni, il-paternalizmu huwa xhieda ta’ personalità inferjuri. Il-kumpless ta’ superjorità li jindika l-paternalizmu hu xhieda li l-persuna paternalista hi psikologikament immatura u dghajjfa. Minnu nnifsu, il-paternalizmu jindika karattru infantili fil-persuna paternalista. Mhux biss hi artificjali u falza s-superjorità li tisthajjel li ghandha l-persuna paternalistika, imma huma wkoll profondament zbaljati l-kuncetti taghha ta’ ugwaljanza u gustizzja. Infatti, il-paternalizmu hu profondament ingust, diskriminatorju u pregudizzjali.

It-tielet, il-paternalizmu huwa xhieda ta’ personalità baxxa. Dan ghaliex il-paternalizmu huwa fl-ahhar mill-ahhar abbuz tal-poter li l-persuna paternalistika ghandha istituzzjonalment jew tisthajjel li ghandha informalment. Kull abbuz ibaxxi lill-persuna li twettqu u jaghmel hsara l-ewwel u qabel kollox lilha stess.

Ir-raba’, il-paternalizmu huwa xhieda ta’ personalità spiritwalment medjokri. Fih innifsu, il-paternalizmu hu immorali. Huwa dnub li f’certi kazi jista’ jkun sahansitra gravi. Però, barra minn hekk jindika wkoll li l-persuna paternalistika hija spiritwalment deprivata u patetika. Ir-relazzjoni taghha mad-divin (u, fid-dawl ta’ dan, anki mal-uman) hija dizordnata u idolatra. Alla ma japprovax la l-inegwaljanzi, la l-ingustizzji u wisq anqas l-isfruttamenti.

Dawn huma l-erba’ karatteristici ewlenin tal-personalità paternalistika. Fil-bicca l-kbira tal-kazi, il-persuna paternalistika nnifisha ma tkunx konxja ta’ dawn il-karatteristici. Dan ma jfissirx li m’ghandekx tkun konxju taghhom int, kemm f’haddiehor u kemm, allaharesqatt, fik innifsek. Il-bniedem mgharraf hu bniedem armat.

*   *   *

Persuna paternalistika ma jisthoqqilhiex ir-rispett tieghek. Mhijiex persuna superjuri ghalik, anki jekk hi tippretendi li hu hekk u anki jekk din il-persuna ghandha xi tip ta’ awtorità instituzzjonali fuqek. Hija biss persuna miskina u deplorevoli. Zommha talli hi, anki jekk inti ma tistax tehles minn kull kuntatt maghha.
It-tieni, jekk jista’ jkun thallix persuni paternalistici jikkontrollawlek hajtek jew jibdlulek l-istil ta’ hajja li trid tghix. Tassew, dan mhuwiex dejjem possibbli, imma ghallanqas fittex li l-influss li persuni paternalistici ghandhom fuq hajtek ikun kemm jista’ jkun mill-anqas. Il-hsara li jistghu jaghmlulek dawn il-persuni tista’ ma tkunx zghira.

Jekk jista’ jkun ghalik, irrezisti kull attitudni paternalistika li tiltaqa’ maghha. Mhux biss nissuggerilek li possibbilment tikser lil dak li jkun qed jipprova juza’ attitudni bhal din mieghek, imma wkoll irrifjuta bi principju kull tentattiv ta’ paternalizmu mieghek, specjalment minghand dawk li jista’ jkollhom imqar xi ftit tal-awtorità fuqek.

Bi prudenza u skond il-possibbiltajiet tieghek, tiddejjaqx tindika lill-persuna paternalistika li l-attitudni taghha hi paternalistika, tedjanti u insolenti. B’dan il-mod tkun qed turi li m’intix lest li tigi ttrattat ta’ tfal, bhallikieku m’ghandekx hila tiddeciedi ghalik innifsek, li ma tafx xi trid b’hajtek, li lest iccedi r-responsabbiltà tieghek innifsek lil haddiehor jew li taghti l-kunsens tieghek biex haddiehor jindahallek f’hajtek u jzommok b’xi mod dipendenti tieghu.

Ftakar dejjem li l-paternalizmu jassedja u jimmina l-awtonomija, l-indipendenza u l-libertà tieghek. Dawn huma l-isbah kwalitajiet li qatt jista’ jkollok f’hajtek bhala persuna. Kun kburi taghhom u ddefendihom dejjem.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?