Ir-religjon fis-socjetà Maltija llum (4)

IR-RABA' PARTI

Il-perjodu storiku socjali, politiku u ekonomiku li fih sehh il-konfront bejn Mintoff u l-Knisja Kattolika Maltija kien aktar jiffavurixxi lil Mintoff milli ’l-awtoritajiet lokali tal-Knisja u dan ghenu sabiex jikseb appogg popolari konsiderevoli.

Il-Koncilju Vatikan II

L-istrategija ta’ Mintoff f’dan il-konfront―li fl-ahhar mill-ahhar aktarx hareg minnu rebbieh―kienet li jnissel hafna dubji fil-fasliet istituzzjonali tal-Knisja Kattolika lokali u fl-operaturi taghha Hafna drabi ghamel dan billi uza terminologija u kuncetti religjuzi b’tifsiriet sekulari jew politici. B’dan il-mod, huwa rnexxielu jnaqqas hafna l-hakma psikologika li r-religjon―hekk kif kienet ipprezentata mill-Knisja Kattolika lokali―kellha fuq il-mentalità tal-poplu u dghajjef bil-kbir is-setgha politika, is-supremezija kulturali u l-prestigju socjali tal-Knisja Kattolika fil-gzejjer Maltin.

Fl-istess zmien li kien ghaddej il-konfront bejn Mintoff u l-oghla awtoritajiet religjuzi lokali, il-Knisja Kattolika nnifisha kienet ghaddejja minn bidliet interni kbar. Infatti, f’Ruma kien qieghed isir l-akbar avveniment Kattoliku tas-seklu 20: it-Tieni Koncilju Vatikan. Dan kien jikkonsisti f’ghadd kbir ta’ laqghat internazzjonali mifruxa fuq erba’ snin (1962-65) bejn eluf ta’ awtoritajiet u esperti Kattolici. Fil-bidu, l-iskop tal-koncilju kien li jirrevedi l-mod ta’ kif il-Knisja Kattolika kienet tiffunzjona u tghallem, u jgibu jaghmel aktar sens ghad-dinja kontemporanja. Ir-rizultat ahhari kien li biddel mill-qiegh l-istituzzjonjiet kollha taghha.

Effetti tal-koncilju

Bhalma wiehed jista’ jobsor, il-koncilju ma’ kienx xi avveniment li twieled hesrem. Kien ilu jberraq ghalih. Aktarx li l-ewwel sinjali tal-htiega tieghu dehru ezatt wara t-Tieni Gwerra Dinjija (1939-45) bl-istudji moderni tal-Bibbja u ta’ certu taghlim tal-Knisja. Hafna isqfijiet Kattolici bdew ukoll ihossu li l-Knisja ma kinetx imhejja bizzejjed biex twiegeb ghall-bidliet kbar politici, socjali, ekonomici u teknologici li kienu qed isehhu fid-dinja. Barra minn hekk, beda jinhass il-bzonn urgenti li jibdew jigu solvuti l-firdiet li kienu sehhew sekli qabel bejn l-insara Kattolici, l-insara Ortodossi u l-insara Protestanti, u anki li tinholoq relazzjoni gdida u aktar fraterna ma’ religjonijiet kbar ohrajn, bhall-Gudajizmu, l-Islam, l-Induwizmu u l-Buddizmu. Id-dinja kienet qed tinbidel b’pass mghaggel u l-Knisja Kattolika ma ridetx tkompli taqa’ lura.

Il-koncilju ma setax ma jhallix ukoll xi effetti fil-hajja religjuza tal-Maltin. L-aktar effetti evidenti kienu tlieta. L-ewwelnett, ic-celebrazzjonijiet religjuzi kollha Kattolici ma baqghux isiru aktar bil-Latin, kif kien isir qabel, imma bil-Malti. It-tieni, hafna nies Kattolici ma baqghux aktar udjenza siekta fi hdan il-hajja tal-Knisja imma bdew jiehdu sehem b’mod attiv f’kull parti taghha. It-tielet, ghadd imdaqqas ta’ sacerdoti Kattolici ma baqghux aktar maqtughin mill-hajja socjali tan-nies imma bdew jithalltu aktar man-nies u jinteressaw irwiehhom aktar mill-kundizzjonijiet materjali tal-poplu.

Fatturi ohrajn

M’ghandniex xi nghidu, dawn l-effetti―u ohrajn anqas evidenti minnhom―ma bdewx jinhassu mill-ewwel fis-socjetà Maltija. Izda bil-mod il-mod bdew irabbu l-gheruq u jibdlu b’mod sinifikanti l-mentalità Kattolika lokali.

Biex nifhmu daqsxejn ahjar il-bidla fil-fenomenu religjuz fis-socjetà Maltija tallum, ma’ dawk il-fatturi ewlenin li digà semmejna jehtieg li niffukaw fuq erba’ fatturi importanti ohra: it-teknologija elettronika, id-drittijiet tal-bniedem, it-turizmu u l-firxa ta’ ekonomija kapitalista.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?