Sunday, 20 December 2009

Ir-religjon fis-socjetà Maltija llum (15)

IL-HMISTAX-IL PARTI

Il-problema ewlenija bl-istituzzjonijiet taghna tallum (inkluz dawk religjuzi) proprjament mhijiex li l-bicca l-kbira tal-poplu taghna qed jonqos mir-rispett u l-fiducja taghna fihom―kif xi whud jibqghu jsostnu―, imma l-problema ewlenija hi li huma ma nbidlux istituzzjonalment fin-nuqqas fundamentali ta’ rispett lejna u fiducja fina. Dan japplika ghall-istituzzjonijiet civili daqskemm ghal dawk religjuzi; ghall-mezzi kollha ta’ kontroll li juzaw halli jikkonservaw is-setgha taghhom daqskemm ghall-operaturi u l-amministraturi ufficjali taghhom.

L-involviment tieghek

Bhala parti mis-socjetà Maltija, anki int b’xi mod jew iehor taghmel parti mill-fenomenu religjuz ta’ dawn il-gzejjer. Kwazi kwazi minghajr ma trid, illum jew ghada se jkollok, jekk ma tihux sehem attiv f’certi diskussjonijiet pubblici li jirrigwardaw hwejjeg li jmissu mal-morali u etika, ghallanqas tifforma opinjoni personali dwarhom. Forsi digà ffurmajt xi tip ta’ opinjoni dwar xi whud mill-kwestjonijiet ta’ zmienna, bhal, nghidu ahna, id-divorzju, l-immigrazzjoni illegali, il-gwerer hekk imsejha ‘gusti’, ir-relazzjonijiet omosesswali, il-gwerer ‘preventivi’ (li jsiru fuq pajjiz qabel ma presumibbilment dan ikun f’pozizzjoni li jattakka lil haddiehor), il-ko-abitazzjoni, l-izvilupp ta’ armi nukleari, l-ewtanasja, id-detenzjoni arbitrarja tan-nies, l-abort, il-metodi tas-suq hieles, il-piena kapitali, id-dewmien fil-qrati tal-gustizzja, sess qabel u barra z-zwieg, l-gholi tal-hajja, l-edukazzjoni tal-ulied, l-impozizzjoni ta’ taxxi ingusti, u hafna hwejjeg bhal dawn. Dawn huma (jew se jkunu) hwejjeg li jmissu mill-qrib il-hajja tieghek jew ta’ dawk li thobb.

L-opinjoni tieghek dwar kwestjonijiet u hwejjeg bhal dawn tiddependi hafna fuq il-valuri li thaddan jew, fi kliem iehor, fuq l-ispiritwalità tieghek. Ir-religjonijiet certament jipprovdu gwida spiritwali bhal din u inti tista’ ssib fihom ghajnuna siewja. Probabbilment, l-importanti f’dan kollu huwa li inti tavvicina kwestjonijiet morali bhal dawn u anki hwejjeg etici ohra li jolqtuk b’mod aktar personali, b’maturità u anki b’responsabbiltà. Fid-dinja mintix wahdek u lanqas tista’ tkun, u d-decizjonijiet u l-opinjonijiet tieghek ikollhom effett mhux biss fuqek, imma wkoll fuq haddiehor, specjalment dawk li huma l-aktar qrib tieghek.

L-ispiritwalità tieghek ma tista’ qatt tikkoncerna lilek biss. Dejjem tikkoncerna wkoll lil haddiehor.

Tinbix tal-hsieb

B’hekk temmejna din il-harsa hafifa lejn il-fenomenu kumpless tar-religjon fis-socjetà Maltija llum. Probabbilment kien hemm diversi punti li int ma qbiltx maghhom jew mal-mod kif tqieghdu. Forsi wkoll xtaqt li jissemmew affarijiet ohra li thallew barra jew li talbu elaborazzjoni aktar fit-tul. Naturalment, dan mhuwiex necessarjament hazin. Tifhem li dan kollu li ntqal hawnfuq mhuwiex vangelu. Aktarx l-importanti hu li thallih jimbixlek il-hsieb u jghinek sabiex taghraf ahjar dak li inti ghandek go fik u madwarek.

TMIEM

No comments:

Post a Comment

Top posts last 30 days

Top posts ever