Meta l-Ġustizzja (u l-pulizija) jirrovinawk (II)

Ezatt xahar ilu, fis-17 ta’ Dicembru, f’Bartow (Florika, l-Amerika), l-imsejken Jamie Bain gie mehlus wara 35 sena l-habs ghalxejn. Kellu 19-il sena biss meta gie misjub hati li hataf tifel ta’ 9 snin u stuprah. Izda testijiet tad-DNA issa wrew bic-car u bic-cert li l-imsejken Bain ma kellu x’jaqsam xejn ma’ dak id-delitt ikreh. Il-Gustizzja (u l-pulizija) kien ghaxxquha ghal darba ohra!

Nies innocenti

L-imsejken Bain mhuwiex l-uniku wiehed li gie ppruvat li ghamel habs ghalxejn minhabba l-inkompetenza, l-izballji u, xi kultant, il-pregudizzji tal-Gustizzja u l-pulizija, kif ukoll minhabba xhud foloz u evidenza mbaghbsa. Fl-Amerika biss kien hemm 245 kaz iehor simili ghal dak tal-imsejken Bain! U min jaf kemm hemm aktar! Mhux biss fl-Amerika, imma fid-dinja kollha, inkluz f’pajjizna stess!

U tahsibx li l-helsien ta’ dawn il-mijiet ta’ nies kienet xi rigal tal-Gustizzja, tal-pulizija jew tal-prosekuzzjoni fuq xi platt tal-fidda! Xejn minn dan. Dawn in-nies u l-familji taghhom kellhom jonfqu miljuni ta’ liri, jghaddu minn torturi mentali bla qjies, u jduru u jitkghawwgu ma’ ghexieren ta’ eluf ta’ dettalji tal-ligi, biex setghu jippruvaw l-innocenza taghhom.

Biss biss, il-Qrati tal-Gustizzja hames darbiet cahhdu ’l-imsejken Bain li jsirulu testijiet tad-DNA. Fl-ahhar darba, Qorti tal-Appell dawwret decizjoni ta’ qorti ohra u taghtu din il-possibbiltà. Hekk gie ppruvat minghajr dell ta’ dubju li kien assolutament innocenti mir-reat li l-pulizija qalu li kien ghamel. “Ebda kumpens jew apologija ma jistghu qatt jaghtu lura lil Jamie s-snin li serqulu,” qalet avukata li ddefendiet lill-imsejken Bain.

Rispett limitat u kawt

Il-fiducja ghamja li ghandhom hafna nies fil-Gustizzja, bhalma fil-bicca l-kbira ta’ kull istituzzjoni ohra, hija zballjata u hazina. Hadd m’ghandu jkollu fiducja ghamja f’ebda istituzzjoni. L-istituzzjonijiet kollha huma maghmulin mill-bnedmin u mhaddmin mill-bnedmin. U l-bnedmin jizbaljaw u kapaci jibdlu ’l-istituzzjonijiet taghhom f’mostri.

Min jitlob fiducja ghamja f’xi istituzzjoni, jew min iwikki lilu nnifsu b’fiducja ghamja f’xi istituzzjoni, qieghed inaqqas u sahansitra jeqred is-siwi assolut li ghandu kull individwu. Ebda istituzzjoni ma ghandha tkun mizmuma li hija aqwa mill-individwi. Kull istituzzjoni hi ghas-servizz tal-individwi, u ghandha tissottometti lilha nnifisha ghar-rispett inkondizzjonat taghhom.

L-istituzzjonijiet haqqhom rispett, imma b’mod limitat, u dejjem b’mod kundizzjonat. Il-primat tal-imdividwu m’ghandu jigi cedut ghal xejn. Aktar ma socjetà ccedi dan il-primat, anqas tista’ tissejjah civilizzata.

F’Malta wkoll

Il-kaz tal-imsejken Jamie Bain huwa wiehed biss minn hafna kazijiet ohrajn li jistghu jissemmew, mhux biss fil-qasam tal-gustizzja kriminali jew ta’ xi tip ta’ gustizzja ohra, imma wkoll f’kull qasam iehor. Dan il-qasam, però, hu partikularment sensittiv, mhux ghax fih tista’ ssir hsara lill-individwu li hi aghar minn ta’ oqsma ohra, imma ghax il-haddim tal-ordni pubbliku jista’ jaghti lok ghal sfruttamenti mohbija bla qjies.

Ma neskludix il-fatt li f’Malta wkoll jista’ jkollok kazijiet fejn il-Gustizzja u l-pulizija juri inkompetenza grassa; fejn jaghmlu izballji; fejn jahdmu fuq bazi ta’ pregudizzju. Lanqas ma neskludi l-fatt li jista’ jkollok kazijiet fostna li fihom jintuzaw xhud foloz u evidenza mbaghbsa. Hafna drabi, kazijiet bhal dawn jibqghu ma jinstemghux fl-ahbarijiet, u l-vittmi jkollhom jibqghu jsofru fis-skiet.

Il-Gustizzja u l-ordni pubbliku mhux biss jehtiegu nies li jhaddmuhom b’kuxjenza retta, imma jridu wkoll lil min ihares fuq min ihaddimhom. Fiz-zewg oqsma ghandek nies li jistghu jkunu ghal kollox indifizi kontra l-isfruttament u t-tirannija ta’ ligijiet li jithaddmu bla qalb u minghajr rimors.

________________________

Ghal aktar informazzjoni: http://floridainnocence.org

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?