Ftakru fir-Refugjati!

Kemm hu facli li, minhabba l-qawwa tad-drawwa, ninsew realà li tinsab maghna kuljum: dik tar-refugjati imsakkrin fil-kampijiet! Kemm hu facli ninsew il-haddiema Maltin li ta’ kuljum jahdmu f’din ir-realtà difficli! Kemm hu facli li naghzlu li, waqt li ahna nghixu komdi fi djarna u fi hdan il-familji taghna, naghzlu li ninjoraw din il-pjaga dejjem tnixxi wara biebna.

In-nasba tad-drawwa

Naturalment, hemm differenza bejn ‘tinsa’ u ‘tinjora’. Tinsa donnha ma ssirx apposta, mentri tinjora iva. Ir-refugjati msakkrin gimgha wara gimgha, xahar wara xahar, u lill-haddiema, aktarx tal-Forzi Armati, li jieqfu u jservu ma’ dawn l-imsejkna nies, inwarrbuhom mill-konoxxenza u l-kuxjenza taghna konxjament jew inkonxjament?

Semmejt qabel il-‘qawwa tad-drawwa’. Id-drawwiet ghandhom il-hila jnessuna hafna affarijiet. Anki li nies tant qrib taghna fizikament, ghalkemm ma niltaqghux maghhom personalment, qeghdin ibatu. Xi kultant, naghzlu li nfittxu li nidraw certi affarijiet halli nwarrbuhom mill-hsieb taghna; halli ma jibqghux kointinwament jitolbu minna decizjonijiet morali.

Ir-refugjati u l-haddiema li jbatu maghhom aktarx drawnihom biex ninsewhom. U hafna minna hekk jaghmlu: jinsewhom. Jaghzlu li jinsew din il-kruha, dan l-ghajb, din ir-responsabbiltà.

Qishom ma jezistux

Ir-refugjati mhumiex necessarjament nies hziena jew kriminali. Hafna minna jixhtuhom f’keffa wahda u jippreferu jqisuhom ilkoll hekk: bhala nies perikoluzi u ta’ min iwarrabhom. Jippreferu ma jaghtux kas tas-soffriment enormi li dawn l-imsejken nies ghaddew minnhom f’pajjizhom u mbaghad biex harbu minn sitwazzjonijiet tal-biza’ u wasslu sa ghandna.

F’din ix-xitwa, bhal kull xitwa ohra, hafna minna jinsew dawn ir-realtajiet minhabba li ma jisimghux aktar fuq l-ahbarijiet li dahlet dik il-lanca jew ohra b’dulur uman mghobbi fuqha sa snienha. Xi whud lanqas biss jobsru li, anki fix-xitwa, nies imcercrin u mbazza’ jippruvaw jaqsmu l-ibhra biex jaharbu, imma li l-qilla tal-mewg u l-maltemp iroddhom lil qiegh il-bahar. La ma jaslux sa fuq l-ahbarijiet, allura ma jezistux!

Imma barra dawn, fis-shana u l-kumdità ta’ djarna, hafna minna ma nahsbux aktar li nies bhalna, b’xorti ferm aghar minn taghna, qeghdin isofru l-kesha, l-akkarija, l-umiljazzjoni u t-tbatija, erba’ toroq ’il boghod minna. Ma nahsbux aktar f’min, minhabba l-hazen li jgib fid-dinja l-bniedem, qieghed jghix f’kundizzjonijiet li la jixirqu lilek u la l-hadd.

Il-haddiema ammirevoli

Aktarx l-istess jigri b’dawn il-haddiema li ta’ kuljum ibatu mar-refugjati fil-kampijiet taghhom. Dawn jistghu jkunu tal-Forzi Armati u jistghu le. Ibatu wkoll, u hafna, ghax jiltaqghu ta’ kuljum ma’ din it-tbatija kerha u skandaluza. Iridu jghinuhom mill-ahjar li jistghu, iridu jieqfu maghhom kif jafu, iridu jaghmlulhom id-detenzjoni aktar facli, imma hafna drabi ma jkunux jistghu.

Il-haddiema mar-refugjati qed jaghmlu xogholna. Qed jitghabbew b’responsabbiltà li hi taghna lkoll, tieghi u tieghek. Dawn il-haddiema, bit-tahrig specjalizzat taghhom, mal-imsejkna refugjati jridu jmiddu ghonqhom ghal kull tip ta’ hidma li aktarx it-tahrig taghhom ma ppreparahomx ghaliha. Minkejja dan, hafna minnhom jaghmlu dmirhom bil-qalb, b’dedikazzjoni ammirevoli u b’ghafsa kbira ta’ qalb.

Dawn ukoll jigu minsija minn hafna minna. Bhallikieku l-kampijiet bil-mijiet ta’ refugjati msakkra fihom jitmexxew wehedhom. Mhuwiex hekk. Dawn imexxuhom, f’kundizzjonijiet iebsa u difficli hafna, nies li hafna drabi jridu jimprovizzaw il-hin kollu; nies li r-rizorsi taghhom ma jlahhqux mal-hidma u l-impenn mistennija minnhom.

Ghin int ukoll

Tinsiex lir-refugjati u l-haddiema li huma mpenjati maghhom! Twarrabhomx minn hsiebek u minn qalbek! U meta ssibha f’ruhek li tghinhom, aghti l-ghajnuna tieghek lill-gruppi li qed iduru bihom. Din hi responsabbiltà tieghek ukoll. Twarrabhiex.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?