Habs u Riforma

Il-habs ikun spiss fuq fomm in-nies u l-gurnalisti. Nahseb li nista’ nghid, kwazi b’certezza, li ftit minnhom ikunu jafu x’inhuma jghidu jew, biex inpoggiha ahjar, minn xiex tissawwar tabilhaqq ir-realtà kumplessa ta’ dan il-post. Shabi u jien ilna nahdmu mal-prigunieri u l-familji taghhom, kif ukoll mal-ex-prigunieri, ghal dawn l-ahhar 15-il sena, u nahseb li xi haga dwar dan is-suggett nafu mhux hazin.

Laqghat suriet in-nies

Bejn il-25 ta’ Frar u s-6 ta’ Mejju, kull nhar ta’ Hamis, bejn is-6.00 u t-8.00 ta’ filghaxija, jien u xi whud minn shabi se nkunu qeghdin naqsmu mal-pubbliku l-esperjenza vasta taghna fil-qasam tal-habs. B’kollox se jkollna ghaxar laqghat li fihom nistharrgu flimkien min huma tassew il-prigunieri, l-ex-prigunieri u l-familji taghhom, u kif inhi msawwra s-sistema tal-gustizzja kriminali f’pajjizna.
Ma niddejjaqx u ma nisthix nghidlek li hadd aktar minna ma jista’ jaghtik perspettiva xierqa tas-sitwazzjoni ta’ dawn in-nies. Mhux biss ghandna l-esperjenza, imma ahna ninsabu kontinwament, kull gimgha, is-sena kollha, niltaqghu wicc imb’wicc mal-prigunieri, l-ex-prigunieri u l-familji taghhom.

Ghaldaqstant, dawn il-laqghat taghna mhumiex xi tahrig teoretiku fl-ajru, imma xhieda ta’ tigrib haj li thares bis-sabar, ir-reqqa u anki b’rispett lejn il-hajja ta’ din il-kategorija ta’ nies.

Barra dan, ghandna wkoll thejjija akkademika xierqa li tghinna nilmhu lil dawn in-nies f’kuntest generali wiesgha. Dan ifisser li ma nittrattawx biss mal-persuni individwali, imma wkoll mas-sistemi kumplessi li fihom jahdmu l-qrati tal-gustizzja u l-korp tal-pulizija.

Suggett uniku

Dawn l-ghaxar laqghat―jew ‘kors’, jekk trid―jista’ jghinek mhux biss biex issir taf ahjar x’tip ta’ kastigi naghtu Malta ghal reati kriminali, imma wkoll (u, forsi, fuq kollox) kif nittrattaw id-drittijiet umani ta’ dawk il-persuni akkuzati, u ta’ dawk li jinstabu hatja, ta’ xi reat.

Tghidli: “X’fiha tant specjali din?”; “Ghala hi importanti li nkun nafha?”. Hija importanti u specjali ghaliex hawnhekk―proprju kif nittrattaw il-prigunieri taghna―tinsab il-qalba ta’ kemm ahna poplu civilizzat. Iva. Jekk m’ahniex kapaci nirrispettaw id-drittijiet umani tal-prigunieri, allura lanqas m’ahna kapaci nirrispettaw id-drittijiet umani ta’ dawk li mhumiex.

Il-habs, flimkien mat-thaddim tal-gustizzja mill-qrati u l-pulizija, dan li ghandhom UNIKU. Huma, ilkoll flimkien, termometru ta’ kemm ahna civilizzati bhala poplu. Ghaliex dan? Ghax huwa mill-mod kif tittratta dawk li tqis bhala l-aghar fost l-aghar cittadini li tista’ tkun taf il-maturità civili tal-istituzzjonijiet li jezistu sabiex iharsuna fid-drittijiet taghna lkoll.

Ghajnuna ghalik stess

Ghaldaqstant, m’ghandix ghalfejn nghidlek kemm jistghu jservuk dawn il-laqghat. Mhux biss biex titghallem aktar dwar il-prigunieri u dwar dan il-qasam tant essenzjali tal-gustizzja fis-socjetà taghna, imma wkoll sabiex forsi ssib xi fik xi hajra halli taghmel xi haga int ukoll ghat-titjib tal-hajja li nghixu.
Ahseb dwar din: Storikament, fil-bicca l-kbira tal-kazi fid-dinja kollha, l-izvilupp tal-harsien tad-drittijiet umana aktarx qatt ma sar minn dawk li ghandhom is-setgha, imma dejjem minn gruppi mhux-governattivi li kienu qrib iz-zghir u l-batut. L-Ghaqda ta’ shabi u tieghi―imsejjha “Mid-Dlam ghad-Dawl” hu wiehed minn dawn il-gruppi.

Il-laqghat se jsiru kollha l-Furjana u jistghu jintlahqu facilment bil-karozzi tal-linja. Biex tinkiteb tista’ ccempel 21801204 mid-9.00 am sas-1.00 pm, mit-Tnejn sal-Gimgha. Jew tista’ ccempel kull hin fuq 99463324. Jew anki tista’ tikteb email bid-dettalji tieghek fuq info@mddmalta.org.

Biex tattendi dawn il-laqghat, m’ghandek bzonn ta’ ebda thejjija skolastika minn qabel. Fi tmiem il-kors ma jkun hemm ebda ezami. Jekk tattendi, jinghatawlek in-noti halli tkun tista’ ssegwi facilment u anki, fl-ahhar, certifikat ta’ attendenza.

Hawn hu c-cans tieghek! Titilfux!

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?