Il-hajja socjali tal-Maltin

Ftit ilu gie mxandar il-ktieb Social Transitions in Maltese Society, editjat minn JosAnn Cutajar u George Cassar, u ppubblikat minn Agenda. Il-ktieb huwa gabra ta’ sittax-il artiklu dwar il-hajja socjali tal-Maltin u l-bidliet li sehhew fiha matul is-snin, partikularment f’dawn l-ahhar iz-zminijiet. Qieghed ingibu ghall-attenzjoni tieghek ghax jidhirli li hu ktieb sabih u jixraqlu attenzjoni wiesgha.

Is-socjetà Maltija

Proprjament, il-ktieb inhaseb ghall-istudenti Maltin tas-Socjologija, jigifieri l-istudju tas-socjetà. Ohrog il-ghageb, jidher li dawn l-istudenti hafna drabi aktar jitghallmu dwar socjetajiet barranin milli dwar is-socjetà taghna l-Maltin! Dan il-ktieb sar sabiex jimla xi ftit dan il-vojt u jghallem lill-istudenti Maltin hwejjeg dwar is-socjetà li fiha jghixu u jikbru.

Mhux ghax hu hazin titghallem dwar socjetajiet barranin. Ghax studju bhal dan hu dejjem siewi. Imma mhux li, fl-istess waqt, thalli l-istudju tas-socjetà Maltija ghal rihu! Tajjeb li nkunu nafu dwar popli barranin daqskemm hu tajjeb li nkunu nafu dwar il-poplu taghna stess.

Dan il-ktieb il-gdid zgur li jista’ jservi ghal dan. Fih artikli interessanti ferm dwar ic-cittadinanza, il-familji, l-edukazzjoni, il-midja, ir-religjon, il-politika, il-gustizzja kriminali, iz-zghazagh, il-popolazzjoni, l-ugwaljanza, il-faqar, kwestjonijiet socjo-biologici, l-ambjent, l-izvilupp, u l-ekonomija. Kollha f’relazzjoni mas-socjetà taghna l-Maltin.

Il-fenomenu religjuz

Il-parti tar-religjon nikteb dwarha jien. Originarjament, l-artiklu ktibtu bil-Malti, imbaghad gie maqlub ghall-Ingliz mill-edituri. Fih nittratta l-fenomenu religjuz fil-gzejjer Maltin, sa mill-ibghad zminijiet sal-lum. L-aktar li nittratta hija l-bidla li tidher li sehhet fit-twemmin religjuz tal-Maltin f’dawn l-ahhar erbghin sena, b’indikazzjonijiet tal-istat ta’ dan il-fenomenu llum.

F’dan l-artiklu, jinteressawni mhux biss il-kawzi li wasslu ghas-sitwazzjoni tallum, imma wkoll l-istharrig tal-fenomenu religjuz fil-gzejjer Maltin illum. L-istess artiklu xandartu fil-versjoni originali tieghu ftit tal-gimghat ilu f’din il-gazzetta stess.

Fi ftit kliem, huwa artiklu li jorbot mat-temi l-ohrajn li jigu ttratti fil-ktieb. Xi whud mill-artikli l-ohrajn huma interessanti hafna u jitfghu dawl qawwi fuq il-hajja li qed nghixu llum fil-gzejjer taghna. F’dawn l-artikli wiehed jiskopri bosta hwejjeg interessanti li forsi mad-daqqa t’ghajn wiehed ma jaghtix kashom. Li jaqra dwarhom ifisser li jifhem ahjar mhux biss il-hajja taghna l-Maltin, imma lilna stess u l-karattru nazzjonali (ftit stramb) taghna.

Ghodda ta’ emancipazzjoni

Ktieb bhal dan huwa hasra li hu bl-Ingliz biss. Natualment, b’dan il-mod, barra li ghall-Maltin li jaqraw bl-Ingliz, jista’ jkun accessibbli ghall-barranin ukoll. Izda l-Maltin li ma jaqrawx bl-Ingliz ghala suggetti interessanti bhalma ghandu l-ktieb ma jistghux ikollhom access ghalihom? Forsi tkun idea tajba li l-edituri jiehdu hsieb li jhejju pubblikazzjoni ohra b’versjonijiet imqassra tal-istess artikli bil-Malti. Forsi anki bix-xbihat.

Suggetti bhalma fih dan il-ktieb ma jinteressawx lill-pubbliku ghal skopijiet ta’ istudju biss, imma fuq kollox halli nkomplu flimkien nistharrgu lilna nfusna u nigu mghejjuna nkomplu nizviluppaw is-socjetà taghna. Il-htiega ta’ riflessjonijiet intelligenti hija qawwija fostna, specjalment meta wiehed iqis li wiehed mill-ftit mezzi mifruxa ta’ taghlim pubbliku huwa t-televizjoni, li hafna drabi ma joffrix riflessjonijiet ta’ dan it-tip.

Jehtieg li l-poplu taghna jkompli jitghallem, mhux dwar hwejjeg li ma jghinux l-izvilupp ta’ hsiebu, imma aktar u aktar dwar hwejjeg li jaghtuh ghodod ta’ maturità u emancipazzjoni.

Dan il-ktieb jinsab ghall-bejgh mill-hwienet kollha tal-Agenda.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?