150 sena mit-twelid ta' Manwel Dimech

Is-Sibt li gej, 17 ta’ April, jahbat id-89 sena mill-mewt ta’ Manwel Dimech (†1921). Imma din is-sena hija sinifikattiva ghalih ghal raguni ohra. Ghax din is-sena tahbat il-150 sena mit-twelid tieghu, li sehh fil-25 ta’ Dicembru tal-1860. Bhalma hu xieraq, it-tifkira ta’ dan il-bniedem kbir ghandha tghinna biex nibqghu nagharfu ahjar, mhux biss minn kien, f’liema zmien ghex u x’ghamel, imma fuq kollox il-messagg li l-filosofija tieghu tibqa’ taghtina.

Filosofija ta’ helsien

Il-qalba tal-filosofija tieghu kienet din: li ebda bniedem m’ghandu qatt jigi michud b’ebda mod mill-possibbiltà shiha li jkun sid ta’ hajtu. Din il-possibbiltà ma tinkludix biss strutturi u ordinamenti socjali, ekonomici u politici, imma wkoll mentalitajiet personali u formazzjonijiet edukattivi.

Ic-cahda, kbira jew zghira, ta’ din il-possibbiltà hija realtà llum daqskemm kienet fi zmienu. Ahna lkoll dipendenti fuq dak li jbellghulna l-politici, l-hekk imsejha ‘policy makers’ u ‘opinion makers’, l-edukaturi taghna, l-indikaturi morali, in-nies tal-‘media’, il-propagandisti tal-partiti, il-kontrollaturi tar-reklamar, u dawk kollha li ghandhom is-sahha u l-flus li jinfluwenzawlna mohhna, qalbna u hajjitna.

Dawn kollha, bl-iskuza li jfittxu l-gid taghna, aktarx ma jaghmlu xejn ghajr ifittxu l-gid taghhom infushom biss. Jigifieri, li jibqghu jikkontrollowna; li jibqghu jiehdu s-sovravent fuqna; li jzommuna dipendenti fuqhom; li jibqghu, insomma, isaltnu politikament, socjalment u ekonomikament.

Hidma u tbatija

Il-kwestjoni mhijiex―u dan Dimech gharfu tajjeb―ta’ x’jghidulna dawn in-nies biex jinfluwenzawna, imma bil-wisq aktar u aktar ta’ X’MA JGHIDULNIEX. Dik l-informazzjoni li tikxef il-maskra taghhom ma jaghtuhilniex. Jahbuhielna halli ahna nibqghu dejjem naqghu ghan-nasba taghhom u ma nintebhux bil-qerq tal-kontroll li jhaddmu fuqna.

Dan il-messagg, Dimech bata’ ghalih sal-punt tal-mewt. Gie mghoddi b’eretiku; gie izolat; gie mghajjar u mkasbar; gie mishut; gie kkalunjat; gie mwarrab; gie umiljat; gie maqtul. Gieghluh isofri, hu u dawk li kien ihobb, ghax ried il-gid lill-fqar u lill-imwarrab. Imma l-gid li ried lil dawn hedded it-tronijiet tas-setghana. U s-setghana baghduh. Is-setghana riedu jeqirduh. Riedu jsikktu l-messagg tieghu. Riedu li hadd ma jheddidilhom is-setgha taghhom.

Imma hu ma bezghalhomx. Sofra fuq li sofra―tbatijiet tal-wahx!―imma ma bezghalhomx. Kien jemmen b’fidi firma li l-kontroll ma kienx f’idejhom, u lanqas f’idejh, imma f’idejn Alla. Minn hawn giet il-qawwa tremenda tieghu: mill-konvinzjoni li hadd ma hu akbar minn Alla, u li dak li kien qed jaghmel u jghallem kien fundamentalment is-sewwa.

Taghlim Dimech

Hemm hafna affarijiet li llum ghadna nistghu nitghallmu minghand Dimech. Imma forsi wahda mill-aktar importanti hija din: li ma nbieghux ruhna. Dimech qatt ma biegh ruhu. Minkejja dak li gie ghal wiccu, minkejja d-diffikultajiet, it-tbatijiet u s-sofferenzi tieghu, qatt ma nxtara jew halla ruhu b’rahan f’idejn haddiehor.

Lanqas ma halla ’l min jghassarlu l-helsien tal-kuxjenza tieghu. Dan seta’ jaghmlu facilment. Seta’ jaghzel li jghix hajja trankwilla mal-familja tieghu minghajr it-taqtieghat u l-bizghat li dahal ghalihom. Imma dan m’ghamlux. Mhux ghax habb it-tbatija jew xtaq il-martirju, imma ghax ried ikun koerenti mieghu nnifsu.

Din il-koerenza giet mir-responsabbiltà li hass lejn haddiehor. Ma kienx responsabbli biss tieghu nnifsu, imma, f’ghaqda mal-ohrajn, hassu parti minn familja umana li fiha l-membri kollha kienu fid-dmir li jharsu fuq xulxin. Ma fittixx il-gid ghalih biss, imma ghall-ohrajn ukoll.

Id-Dimechijiet tad-dinja

F’gheluq il-150 sena mit-twelid tieghu, infakkru lil Dimech bhala wiehed mill-akbar ulied Maltin ta’ dimensjonijiet universali. Dimech mhuwiex biss taghna l-Maltin u l-Ghawdxin; huwa tal-umanità kollha. Ghax hu ma habbx biss lill-poplu tieghu; hadd lill-umanità kollha kemm hi.

Nhar is-Sibt, f’gheluq il-mewt vjolenti u ngusta tieghu eziljat fl-Egittu, ftakar mhux biss fil-passjoni u l-mewt ta’ Dimech; ftakar fil-passjoni ta’ eluf ta’ nies li madwar id-dinja ghadhom jixxenqu u jhabirku ghas-sewwa u l-gustizzja. Ftakar fil-mewt ta’ min tnehha bi hzunija. Ftakar fihom ghax kull weggha taghhom hija wkoll il-weggha tieghek, u kull rebha taghhom hija wkoll rebha ghalik.
Jien, minn hawn, insellem lid-Dimechijiet kollha tad-dinja: tallum, tal-bierah u ta’ ghada.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?