Il-gurnalizmu mill-qrati

Wiehed ghandu dejjem japprezza hafna s-servizz gurnalistiku. B’mod partikulari, hawnhekk nixtieq nirreferi ghall-gurnalizmu li jsir mill-Qrati tal-Gustizzja. Prattikament, il-gazzetti kollha llum ghandhom xi pagna jew aktar iddedikati ghal dan it-tip ta’ gurnalizmu. Ghalina, il-qarrejja, dan hu servizz li jzommna f’kuntatt mal-amministrazzjoni tal-Gustizzja u jitma’ s-sens ta’ sigurtà li lkoll nghozzu f’hajjitna.

Rwol importanti

Shabi u jien, il ilna nahdmu fil-qasam tal-Gustizzja Kriminali ghal dawn l-ahhar hmistax-il sena, ninsabu specjalment sensittivi ghal dan il-qasam gurnalistiku. L-organizzazzjoni taghna – Mid-Dlam ghad-Dawl – twaqqfet mill-prigunieri fil-Habs ta’ Kordin fl-10 ta’ April tal-1995 u ilha minn dak iz-zmien taghti servizz lis-socjetà billi thares fuq id-drittijiet tal-prigunieri, l-eks-prigunieri u l-familji taghhom.

Jinteressana daqshekk dan il-qasam ghax jinfluwixxi hafna fuq il-hidmiet u r-responsabbiltajiet taghna. Mhux biss ghax ghandu rabta diretta fuq il-fehma pubblika dwar il-Gustizzja u l-amministrazzjoni taghha, imma fuq kollox ghax ghandu s-setgha jzid jew inaqqas ir-rispett dovut tal-pubbliku lejn il-prigunieri.

Infatti, f’dan il-kuntest, il-gurnalisti li jahdmu mill-Qrati tal-Gustizzja ghandhom rwol importanti hafna fil-fasla generali tal-amministrazzjoni tal-Gustizzja nnifisha. Dawn jistghu joholqu pressjonijiet li ftit aktar nies ghandhom il-hila li jkollhom. Il-gvern, nghidu ahna, jiddependi hafna fuq dawn il-gurnalisti sabiex isostni kultura ta’ ordni u gustizzja fil-pajjiz.

Nuqqas ta’ personnel

Tassew, minkejja din l-importanza kollha, ftit issib nies li jithaddtu dwar il-gurnalizmu li jsir mill-Qrati tal-Gustizzja. Dan in-nuqqas ma jghinx – bhalma ma jghinx kull nuqqas iehor simili f’oqsma ohra – sabiex dan is-servizz jitjieb u jikber. Infatti, ghalkemm hafna minna jaqraw b’interess kbir il-pagni tal-gazzetti li jirrapportaw x’ikun qed isir fil-Qrati, ftit jaqaghlna f’mohhna id-diffikultajiet li fih dan is-servizz.

Jidhirli li, f’dan il-kuntest, qabel xejn jehtieg li jissemma’ l-ghadd relattivament zghir ta’ gurnalisti li jaghmlu dan ix-xoghol. Prattikament, kull agenzija tal-gazzetti ghandha persuna wahda biss iddedikata ghal dan ix-xoghol. Dan jaghmilha impossibbli li gurnalist wiehed ikun fizikament prezenti f’kull awla tal-qorti fl-istess hin u b’hekk irid bilfors jiddependu fuq dak li jghidlu haddiehor.

Dan mhuwiex xoghol u ma jistax ma jnaqqasx il-kwalità tas-servizz innifsu. Aktar u aktar, ghax il-gurnalisti li jahdmu f’dan is-servizz mhuwiex biss dmirhom li jirrapportaw kiesah u biered dak li jkun qed isir, imma fuq kollox billi jaghtu kontribut siewi u kostruttiv ghat-titjib tal-amministrazzjoni nnifisha tal-Gustizzja.

Barra minn hekk, b’din is-sistema bilfors trid issir ghazla mkittfa tal-kazijiet li jkunu qed isiru l-Qorti. Din l-ghazla aktarx issir skond dak li huwa l-aktar sensazzjonali u, ghalhekk, kazijiet importanti li ma jlellxux daqstant jibqghu ma jissemmew qatt u l-pubbliku jibqa’ mhux mgharraf bihom.

Drittijiet tal-Bniedem

Jiena jidhirli li r-rwol tal-gurnalisti li jirrapportaw mill-awli tal-Qrati tal-Gustizzja ghandu jigi mifhum f’termini hafna aktar wiesgha milli huma llum. Illum, bhalma ghedt, isiru biss rapporti bierda ta’ x’gara. U hafna drabi, minhabba n-nuqqas ta’ gurnalisti fil-qasam, dawn isiru biss skond il-versjoni li taghti l-prosekuzzjoni. Ma nahsibx li ghandu jkun hekk.

Il-Qrati tal-Gustizzja huma lok importantissmu fejn isir il-harsien tad-Drittijiet tal-Bniedem. Naturalment, dan jinteressana lkoll. U huwa hawn, jidhirli, li l-gurnalisti f’dan il-qasam nahseb li jridu jrabbu ftit aktar sens ta’ kooperazzjoni u responsabbiltà. L-ewwel interess taghhom ghandu jkun, f’dan il-qasam, li jkunu sensittivi bizzejjed biex jagharfu liema drittijiet umani tac-cittadini qeghdin jinghataw nuqqas ta’ rispett u, fir-rapporti taghhom, jissenjalawhom b’carezza.

Mill-esperjenza twila li ghandi f’dan il-qasam, nista’ nghid li fl-awli tal-Qrati tal-Gustizzja jsir hafna xoghol tajjeb, kemm mill-gudikatura, kemm mill-pulizija, kemm mill-avukati u kemm mill-haddiema l-ohra li jahdmu hemmhekk. Imma, fl-istess waqt, isiru wkoll ghadd ta’ gheltijiet – xi kultant serji – fir-rigward tal-harsien tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Il-gurnalisti, ghaldaqstant, ghandhom dritt u dmir li jkunu parti mill-process demokratiku anki f’dan il-qasam delikat. Ghax jekk ma jkunux huma li jharsu f’isimna fuq id-Drittijiet tal-Bniedem fil-Qrati tal-Gustizzja taghna, min aktar jista’ jaghmlu dan?

Comments

  1. Thanks for sharing, nice post! Post really provice useful information!

    FadoExpress là một trong những top công ty vận chuyển hàng hóa quốc tế hàng đầu chuyên vận chuyển, chuyển phát nhanh siêu tốc đi khắp thế giới, nổi bật là dịch vụ gửi hàng đi đài loan uy tín, giá rẻ

    ReplyDelete

Post a Comment

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?