Il-kaz ta' Monday Iseki

Xahar ilu, gie fit-tmiem parzjali tieghu l-kaz tan-Nigerjan ta’ 33 sena, Monday Iseki, wara 23 jum ta’ qatiegh il-qalb. Dan il-kaz kien wiehed ordinarju u relattivament semplici, imma aktarx tipiku tat-trattament li jircievu diversi nies minn idejn il-Gustizzja. Jidhirli li jixraq ftit riflessjonijiet.

L-istorja

Il-kaz beda fl-10 ta’ Frar li ghadda. Iseki kien go hanut tax-xorb fil-Qawra. Fuq il-bazi tar-registrazzjoni tas-CCTV li kellhom, is-sidien tal-hanut hasbu inkorrettement li dak kien il-bniedem li, tliet ijiem qabel, ipprova jidhlilhom fil-hanut billejl biex jisraqhom. Dak il-hin, fil-hanut inzertat pulizija frank bla uniformi li kienet habiba taghhom, u qalulha bis-suspett li kellhom.

Meta din rat lil Iseki hiereg mill-hanut biex jerhilha lejn daru, il-pulizija talbet lil habibitha biex tehodha bil-karozza privata taghha ghal warajh waqt li hi cemplet lil pulizija ohra halli jigbruh. Iseki ntebah bil-karozza miexja warajh u beza’ li xi hadd iddecieda li jaghmillu l-hsara. F’hin minnhom, din il-pulizija jidher li sahansitra hatfitu mill-flokk mit-tieqa tal-karozza.

Iseki kien fi stat ta’ xokk u bizgha. Meta fil-pront waslu ghadd ta’ pulizija u hatfuh biex jarrestawh, l-imsejken kompla twerwer. F’xi hin, waqt li kienu qed jarrestawh minghajr spjegazzjoni ta’ xejn, Iseki accidentalment laqat pulizija fuq irkobbtu u weggghu.

Iseki spicca l-habs ghal 23 jum shah. Hajtu nqallbet ta’ taht fuq fi ftit minuti, ghadda mill-umiljazzjoni li jigi ttrattat ta’ kriminal ghall-ewwel darba f’hajtu, u anki tilef l-impjieg li kellu. Fil-5 ta’ Marzu, il-Qorti talbitu jammetti li wegga’ pulizija, u gie moghti sena habs sospiza ghal sentejn.

Apprezzament tal-Pulizija

Ghala dan kollu? Ghax Iseki ma kien ghamel assolutament xejn! Jidhirli jien li, aktarx bhal hafna kazijiet ohrajn simili, dan il-kaz gie mahluq u pprecipitat mill-Pulizija. Jista’ jkun li kellu wkoll xi element ta’ razzizmu. Li hu cert hu li, mix-xejn, inholoq kaz kriminali li gab konsegwenzi koroh fuq bniedem innocenti li kien ghaddej ghall-affari tieghu.

Naturalment, wiehed irid japprezza x-xoghol tal-pulizija. Mhuwiex xieraq li xi hadd minnhom iwegga’ waqt ix-xoghol. Huwa xieraq li dejjem jinghataw rispett. Il-pulizija pajzana ghamlet sew, jidhirli, li ma thallix suspettat jisparixxi. Il-pulizija l-ohra ghamlu sew ukoll li wiegbu fil-pront ghas-sejha taghha.

Il-problema hi fil-mod kif il-pulizija ghamlu dan kollu. Ma kien hemm ebda reat―ghax ir-ragel fis-CCTV ma kienx Iseki―imma, bil-mod kif agixxew, il-pulizija holqu kaz huma. Werwru bniedem innocenti miexi ghall-affari tieghu, ipprovokaw fih reazzjoni li ma kinetx tipika ghalih u, minn fuq, kellu jhallas hu ghall-ispejjez ta’ dan l-agir taghhom.

Apprezzament tal-Qorti

Fil-kunsiderazzjoni li ghamlet tal-kaz, ma nahsibx li l-Qorti apprezzat bizzejjed il-bizgha u t-twerwir reali li l-pulizija holqu f’Iseki. Jidhirli li hemm differenza sustanzjali bejn li bniedem jolqot lil xi hadd accidentalment waqt mument ta’ paniku u bejn li bniedem jagredixxi lil xi hadd b’intenzjoni li jaghmillu l-hsara. Imma jidher li, fejn tidhol il-pulizija, ghall-Gustizzja differenza bhal din ma tezistix.

Il-Qorti lanqas ma esplorat il-fatt ghala l-Prosekuzzjoni ma tellghetx quddiemha xhud okulari li kellha fil-kaz. Ghallanqas kien ikollha xhieda ohra barra dik ta’ zewg pulizija li apparentement kienu ftiehmu fuq il-generalitajiet tal-kaz. Lanqas ma ppruvat tesplora jekk il-pulizija wzawx agir goff ma’ Iseki.

Barra minn hekk, il-Qorti lanqas ma jidher li kkunsidrat bizzejjed il-fatt li, waqt ix-xhieda li taw quddiemha taht gurament, zewg pulizija kkontradixxew lil xulxin b’indikazzjoni cara li xi hadd minnhom kien qieghed iharref. Lil Iseki, il-Qorti lanqas biss indenjat ruhha tistaqsieh ghall-versjoni tieghu.

Il-Qorti rat biss li pulizija sofra xi dannu fiziku u daqshekk. Dan jidher li kien bizzejjed.

Obbligu u responsabbiltà

Ir-raguni ghala jien hadt interess specjali f’dan il-kaz kien ghax nikktitni ferm is-superficjalità li l-Gustizzja jidher li ghandha fir-rispett taghha lejn persuni indifizi u fil-qima taghha lejn id-drittijiet tal-bniedem. Dan kien kaz iehor li juri l-assolutizmu tal-istituzzjonijiet taghna, u mhux tal-Qrati jew tal-Pulizija biss.

Bhala bniedem u bhala sacerdot, hassejtni obbligat li nieqaf ma’ persuna msejkna u mcekkna bhal Monday Iseki. Dan nibqa’ nsostnih anki issa li naf li l-Pulizija marru lil hinn miz-zewg stqarrijiet li hargu kontrija waqt li kien ghaddej il-kaz u li anki nghataw widen fl-isforzi taghhom sabiex ma niddefendix lil Iseki.

Nittama li, f’dan kollu, ir-relazzjoni fuq bazi professjonali li kelli mal-Ispettur Daniel Zammit, li mexxa l-Prosekuzzjoni, m’ghamlitx hsara lir-relazzjoni taghna fuq bazi personali. Anzi, niehu din l-okkazjoni sabiex nirringrazzjah tax-xoghol li hu u l-kollegi tieghu jaghmlu f’cirkustanzi li jkunu hafna drabi difficli.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?