Gwardjani tal-habs

Spiss xi Gwardjani tal-Habs jimbxuni billi jghidu li lilhom qatt ma niftakar fihom fix-xandiriet tieghi. Niftakar fil-habsin, fir-refugjati, fil-familji tal-prigunieri u f’bosta kategoriji ohra ta’ nies, imma fihom qatt. Dan, ghandi nghid, mhuwiex minnu. Il-Gwardjani tal-Habs huma spiss fil-hsieb tieghi u kemm-il darba tkellimt ghalihom matul is-snin, kemm bil-kitba u kemm fuq il-mezzi tax-xandir.

Ambjent difficli

Il-fatt li jien ili midhla tal-habs sa mill-1992 dahhalni f’rabta mill-qrib mal-mijiet ta’ Gwardjani li hadmu jew ghadhom jahdmu l-habs. Bhall-bierah, f’Jum il-Haddiem, jigu mfakkra diversi tipi ta’ haddiema. Imma forsi l-Gwardjani tal-Habs huma fost dawk li ftit jigu mfakkra. Huma ’l boghod mill-ghajn, rapprezentanza pubblika m’ghandhomx, sehem fix-xandir m’ghandhomx … u ghalhekk hu facli li kulhadd jinsihom.

Dan jghodd mhux ghall-Gwardjani tal-Habs biss, imma ghal diversi kategoriji ohra ta’ haddiema li, ghax mhumiex f’ghajn pubblika, donnhom jitwarrbu wkoll mill-qalb u t-tfakkir. Naturalment, dan m’ghandux ikun. Ghax il-Gwardjani tal-Habs jaghtu servizz utli, delikat u prezzjuz lill-pajjiz. Huma jahdmu fil-maghluq u fil-mohbi, u huwa facli li jintesa li l-kundizzjoni tax-xoghol taghhom mhux dejjem ikunu mill-ahjar.

Il-Gwardjani, infatti, jahdmu f’ambjent li kapaci johloq hafna pressjoni qawwija. Mhux biss fuqhom, imma wkoll fuq il-familji taghhom. Ix-xoghol taghhom huwa antipatiku u, li kieku ma jkollhomx qalbhom go fih, zgur li l-pizijiet, kemm ghalihom u kemm ghall-habsin, jikbru bil-bosta.

Titjib fl-impjieg

Aktarx li hafna jahsbu li fil-habs il-Gwardjan kulma jaghmel huwa li jghasses fuq il-prigunieri. Ir-realtà mhijiex hekk. Fir-realtà, il-Gwardjan irid johloq bilanc delikat bejn iz-zamma tad-dixxiplina li jitlob l-istat ufficjali tieghu u bejn ir-relazzjoni umana li jirrikjeda x-xoghol tieghu. Il-Gwardjan irid dejjem ikun sod fil-kelma tieghu, imma wkoll bniedem li l-hin kollu jrid jifhem lil haddiehor li qieghed taht il-harsien tieghu.

Ix-xoghol tal-Gwardjan, infatti, jirrikjedi attenzjoni massima l-hin kollu. U hu dan li jaghmlu difficli. Il-fatt li hafna Gwardjani jigu mhaddma hinijiet twal matul il-bicca l-kbira tal-jiem fil-gimgha, kwazi minghajr mistrieh bizzejjed, hafna drabi ma jghinx biex il-habs ikun post sabih ta’ impjieg. Dan barra l-hafna diffikultajiet li x-xoghol stess jirrikjedi kontinwament.

Lanqas ma jghin il-fatt li l-ghadd tal-Gwardjani huwa aktarx hafna anqas milli tehtieg il-kwantità tax-xoghol li hemm il-habs. Huwa car, jidhirli, li l-ghadd prezenti ta’ Gwardjani huwa mhaddem izzejjed. Huwa xi ftit jew wisq inkomprensibbli ghala l-Gvern jibqa’ ma jingaggax aktar Gwardjani. Dan ilu se jaghmlu s-snin, imma ghal xi raguni jew ohra jibqa’ ma jaghmlux, u hekk il-piz fuq il-Gwardjani jibqa’ jitghabba dejjem aktar.

Gratitudni

Ghall-grazzja t’Alla, ir-relazzjoni li shabi u jien ghandna mal-Gwardjani kollha tal-Habs hija wahda tajba hafna. Nirrispettawhom ilkoll u jirrispettawna lura. Ahna nifhmu l-preokkupazzjonijiet taghhom u d-diffikultajiet ta’ xogholhom, u napprezzaw hafna l-isforzi li, fost hafna limitazzjonijiet, huma jaghmlu ghall-gid tal-prigunieri u ghall-ambjent seren tal-post.

Minkejja dawn l-isforzi, xi kultant jaqaghli s-susspett li l-awtoritajiet civili mhux dejjem jistmaw kemm hu xieraq lill-Gwardjani tal-Habs. Forsi jehduhom wisq ‘for granted’ u ghalhekk ihalluhom jitghabbew b’pizijiet li jistghu facilment iheffulhom. Il-korp tal-Gwardjani jixraqlu jkun aktar irrispettat; il-Gwardjani jmisshom jinghataw aktar attenzjoni, harsien u kura.

Minn hawnhekk, jien nixtieq insellem lil shabi l-Gwardjani kollha tal-Habs. Nixtieq nassigurahom mill-ghozza li ghandi ghalihom u mir-rispett li nzomm f’qalbi ghar-rizq taghhom u tal-familji li ghandhom. Fl-istess waqt, nittama li dawn il-kelmtejn li ddedikajt ghalihom iservu wkoll sabiex il-poplu Malti ma jinsihomx, izda jkabbar f’qalbu gratitudni sinciera ghas-servizz li jaghtuh fis-satra u fis-skiet.

Comments

Popular posts from this blog

Annimali domestikati u nies oħra (6)

Il-GB tibqa’ ġewwa

Humiliating and shameful