Il-fidwa tal-anarkizmu
Din il-gimgha, hrigt ghall-pubbliku ktejjeb ta’ ftit pagni bl-isem “Il-Fidwa tal-Anarkizmu”. Naf, it-titlu aktarx jigbdek lura, ghax jaghtik l-impressjoni li gejja xi gwerra. Imma l-ktejjeb ma fih xejn minn dan. Huwa riflessjoni dwar xi aspetti tal-hajja li l-bicca l-kbira taghna nghixu ta’ kuljum u dwar mod kif nistghu naghmlu din il-hajja xi ftit isbah u ahjar.
Individwalità prezzjuza
Il-kelma “anarkizmu” aktarx tissuggerixxi xi tip ta’ ribelljoni jew taqbid. Fil-fatt, fil-letteratura politika u filosofika hija wzata f’hafna sensi. Il-kelma tigi minn zewg kelmiet Griegi: “arkos”, li tfisser ‘tmexxija”; u “a” quddiemha, li tfisser “bla”. Ghalhekk, il-kelma kollha tfisser “bla tmexxija”.
Sa minn dejjem, però, it-tifsira tal-kelma giet marbuta mat-tip ta’ tmexxija li wiehed ikollu f’mohhu. Wiehed jista’ jorbotha, nghidu ahna, mat-tmexxija b’mod assolut (jew universali) u jista’ jorbotha ma’ tipi ta’ tmexxija b’mod aktar partikulari. Huwa b’din ir-rabta tal-ahhar li jien nuza l-kelma f’din il-kitba. Fi kliem iehor, nuzaha biex tindika certa attitudni fin-nies li biha jistghu jkollhom aktar setgha fuqhom infushom.
Ghaldaqstant, il-ktejjeb mhuwiex xi sejha ghal revoluzzjoni jew ghal xi taqbida armata. Lanqas ma hu xi ghajta ghat-tnehhija tal-awtoritajiet legittimi. Infatti, ma fih ebda kliem li jheggeg ghall-vjolenza jew ghall-glied. Il-ktejjeb huwa stharrig qasir ta’ kif aktarx tahdem is-socjetà fir-relazzjonijiet tal-istituzzjonijiet taghha mal-persuni individwali. Huwa wkoll tinbixa biex il-persuni ma jhallux lis-socjetà tibdilhom helu helu f’regiment ta’ nies minghajr individwalità.
Fi kliem iehor, il-ktejjeb huwa dwar is-sbuhija u l-prezzjozità tal-individwalità ta’ kull persuna u wkoll dwar ir-responsabbiltà taghhom li jharsu dawn il-kwalitajiet u, jekk jista’ jkun, ikabbruhom.
L-‘ordni’ stabbilit
Il-hsieb ghal din il-kitba gietni fis-sajf li ghadda, meta kien qieghed izur Malta biex jitghallem l-Ingliz certu wiehed Paolo Souza, Braziljan mill-provincja ta’ Gojas. Konna noqoghdu nitkellmu dwar hhafna affarijiet. Paolo kellu thejjija intellettwali u kulturali interessanti ferm, kemm lajka kif ukoll spiritwali. F'pajjizu kien anki mlahhaq sew fl-amministrazzjoni governattiva.
Naturalment, id-diskors bejnietna kien jaqa’ ta’ spiss fuq is-sitwazzjoni f’Malta u l-ordni politiku li aktarx jezisti. Darba minnhom, dehlin lura d-dar billejl minn xi mawra ghall-kwiet xi mkien hdejn il-bahar, Paolo kien harigli b’espressjoni li geghlitni nahseb hafna: “Mhuwiex fuq l-ordni socjali stabbilit li jehtieg li nikkoncentraw l-aktar,” qalli, “imma fuq il-kontra-ordni; fuq l-anarkizmu”.
Staghgibt mhux ftit. Ghax il-kelma ‘anarkizmu’ dejjem kellha xi ftit jew wisq konnotazzjonijiet negattivi f'mohhi. Minkejja dan, hadt il-kumment bis-serjetà u bqajt inhammem hafna dwaru. Gharaft li fih kien hemm is-sens u li kien jixraqlu stharrig aktar fil-fond.
Ghaldaqstant, xhur wara gietni l-hajra li nikteb xi haga u hekk twieldet din il-kitba.
Responsabbiltà
Fi ftit kliem, il-ktejjeb huwa tentattiv ta’ gwida ghal dawk il-persuni li jhossuhom mhedda zzejjed mill-ORDNI stabbilit ta’ madwarna; ordni li hafna drabi jipprezenta ruhu bhala ‘normali’ jew ‘accettabbli’. Meta wiehed jgharrex ftit aktar fil-fond, però, jintebah li hu ordni li jimponi certi regoli ta’ hsieb u agir. Dawn ir-regoli mhux dejjem jirrispettaw ghal kollox il-persuni jew ahjar l-individwalità partikulari taghhom.
Fil-fatt, is-socjetà aktarx dejjem tfittex li tirkeb fuq l-individwalità tal-persuni billi tibdilhom fi strumenti ghall-preservazzjoni u l-kontinwazzjoni taghha. Dan il-process kapaci jnaqqas u sahansitra jeqred is-sbuhija tal-individwalità personali li ghandna. Huwa aktarx dmir u responsabbiltà taghna li dan ma nhalluhx isir.
Dan il-ktejjeb jista’ jghinnek tifhem ahjar is-socjetà ta’ madwarna u anki xi ftit lilek innifsek ukoll. Biex tiksbu, tista’ titlob kopja tieghu fuq l-email montebello@gmail.com jew tibghat €2 fl-indirizz tieghi: Kunvent tad-Dumnikani, Triq Santa Monika, Pietà PTA 3111. Grazzi.

Comments
Post a Comment