Il-"pastorali tal-hsieb"

Bhall-bierah gimgha, l-Isqof t’Ghawdex, Mons. Mario Grech, ghamel diskors li, jidhirli, jixraqlu l-attenzjoni ta’ udjenza wiesgha. Huwa kien qed jitkellem f’konferenza organizzata minn ‘Progettimpenn’. Is-suggett ewlieni tal-konferenza kien iz-zwieg. Imma d-diskors tal-Isqof haddan aktar minn hekk. Fi ftit kliem, huwa fittex li jaghti indikazzjonijiet tal-kultura intellettwali li tezisti llum u li l-fehma serja taghha tista’ twassal ghal twegiba serja min-naha tal-Knisja Kattolika.

Diskors mhux tas-soltu

Qabel xejn, nixtieq nghid li l-bicca l-kbira tar-rapporti li dehru fil-gazzetti dwar dan id-diskors m’ghamlux gustizzja lill-kontenut tat-tahdita. Jidhirli jien li, ghallanqas f’din l-okkazjoni, l-Isqof Grech kien imissu gie mismugh b’attenzjoni hafna akbar mill-gurnalisti, ghax fil-fatt is-sustanza tad-diskors kien differenti hafna minn dak li mdorrijin nisimghu. Hija hasra li, minhabba dan in-nuqqas min-naha ta’ xi gurnalisti, il-pubbliku aktarx li ma kellux l-opportunità xierqa li jaghraf x’kellu xi jghid l-Isqof f’din l-okkazjoni.

L-Isqof Grech jidher li ried, l-ewwelnett, joffri mod ta’ kif jista’ jigi mifhum is-Sekularizmu. Tassew, jista’ jkun li l-perspettiva tieghu setghet kienet aktar apprezzabbli tal-valuri pozittivi tas-sekularizmu u mhux ta’ dawk negattivi biss. Imma l-fatt li jidher li sar sforz specjali sabiex s-Sekularizmu jigi mifhum b’mod intelligenti u fid-dettall, huwa fih innifsu sinjal li wiehed ghandu japprezzah bis-shih.

It-tieni, aktar milli fittex li jishaq fuq pozizzjonijiet rigidi, l-Isqof Grech offra proposta li aktarx jisthoqqilha hafna attenzjoni. Din il-proposta ghamilha sabiex titnieda fostna (b’mod “urgenti”, qal) dik li huwa sejjah il-“pastorali tal-hsieb”. F’dan il-kunest, huwa stqarr li jehtieg li, bhala Knisja, “ninvestu fl-emergenza edukattiva”.

Proposta mehtiega

X’kienet il-proposta tieghu? Huwa qal hekk: “Huwa fatt pozittiv li fostna ghandna diversi hassieba li, ghax huma konvinti li l-filosofija Kristjana hija cavetta valida biex jinterpretaw ir-realtà, taw u qed jaghtu kontribut fit-tiswir ta’ hsieb sân. Ghandna naghtu aktar spazju lil dawn il-persuni, anke fil-Knisja, biex il-hsieb ikompli jiddakkar b’dakkir tajjeb!”

Ghalkemm m’iniex cert min huma, ezattament, dawn id-“diversi hassieba” li ghalihom irrefera l-Isqof Grech, il-proposta, fiha nnifisha, hi ta’ min jaghtiha valur. Specjalment ghaliex, fl-istess diskors (waqt li kkwota fit-tul kumment li l-Papa Benedittu ghamel f’intervista li ta dan l-ahhar lill-gurnalisti waqt il-vjagg tieghu minn Ruma ghall-Portugall), l-Isqof Grech kompla jinsisti fuq il-htiega “urgenti” ta’ djalogu “profond li jhares ’il quddiem”.

Certament, kemm dan id-djalogu u kemm il-“pastorali tal-hsieb” m’ghandhomx ikollhom rabta maz-zwieg biss, imma, izid nghid, ma’ kull aspett iehor tal-hajja tal-Knisja fil-gzejjer Maltin. Iz-zwieg huwa aspett wiehed biss, anki jekk delikat ferm, ta’ kwadru akbar li jehtieg li jigi mifhum u apprezzat b’mod profond, serju u progressiv.

Vizjoni aktar wiesgha

Fid-diskors tieghu, mghejjun mill-hsieb tax-xjenzat politiku Amerikan maghruf, Samuel Huntington, l-Isqof Grech fittex li jistharreg kemmxejn it-“tensjoni u l-konflitti fic-civiltà tal-Punent”. Fost hwejjeg ohra, huwa pprezenta f’pozizzjonijiet kontraposti ghal xulxin il-vizjoni Lhudija-Kristjana, minn naha, u l-vizjoni tas-Sekularizmu, min-naha l-ohra. Is-Sekularizmu, kompla jghid, “igib ’il quddiem is-Suggettivizmu morali u r-Relattivizmu”.

Huwa evidenti li prezentazzjoni bhal din tkompli tishaq fuq is-suspett li kullmin hu Sekularista jehtieg li jkun ukoll bilfors Suggettivist u Relattivist, u anki jkun bilfors kontra t-twemmin Nisrani. Fil-fatt, hemm Sekularisti li mhumiex la Suggettivisti u lanqas Relattivisti (u bil-kontra). Mhuwiex forsi ta’ min jaghti kasu s-Sekularizmu Nisrani, nghidu ahna, jew anki s-Sekularizmu Religjuz?

Barra minn hekk, mghejjun minn hsieb wiehed tal-filosofu Empirista Skocciz, David Hume, l-Isqof Grech ipprezenta s-Sekularizmu bhala ghamla ta’ filosofija li “ma tghidilniex x’ghandna naghmlu, imma biss biex niksbu dak li nixtiequ”. L-impressjoni pprezentata hawnhek―xi ftit tendenzjata―hija li s-Sekularizmu hu bilfors xi ghamla ta’ Edonizmu, li jsostni li l-unika haga li ghandha siwi intrinsiku huwa biss il-pjacir jew il-gost personali.

Strutturi adatti

Is-sabih tad-diskors li sar bhall-bierah gimgha huwa li l-Isqof Grech, ghalkemm parti mill-Magisteru tal-Knisja, jipprezenta lilu nnifsu bhala bniedem li lest u jaf jiddjaloga. Huwa facli hafna li, fi hwejjeg filosofici, bhalma kienu xi whud minn dawk li huwa mess, wiehed ikun reduttiv izzejjed u ghalhekk anki semplicistiku. Id-djalogu “profond li jhares ’il quddiem” ghalhekk huwa sabih, ghax jesponina ghall-interess ta’ fehmiet differenti u ghall-istharrig ta’ haddiehor.

Naturalment, il-“pastorali tal-hsieb” li l-Isqof Grech ippropona ghall-Knisja Maltija tehtieg strutturi adatti sabiex titwettaq. Jiena nawgura li hu, flimkien mal-bqija tal-Konferenza Episkopali Maltija, ifittex li jibda l-process li jista’ tabilhaqq iwassal ghal dan.

__________________

Id-diskors tal-Isqof Grech jinsab hawn.

Comments

Popular posts from this blog

Annimali domestikati u nies oħra (6)

Il-GB tibqa’ ġewwa

Humiliating and shameful