L-ghajnuna legali

Meta nitkellmu dwar ‘Ghajnuna legali’, inkunu qeghdin nirreferu ghal dak li qabel konna nsejjhulu l-‘Avukat tal-Fqar’ (u hekk, ghall-konvenjenza, se nsejjahlu hawnhekk). Il-possibbiltà li persuna tigi rapprezentata minn Avukat tal-Fqar tinsab f’kull Qorti gudizzjarja li ghandna, ghalkemm hawnhekk se nitkellem biss dwar dak li ghandu x’jaqsam mal-Qrati Kriminali.

X’tghid il-ligi

F’dawn il-Qrati, il-possibbiltà li akkuzat ikollu Avukat tal-Fqar dahlet fil-ligi fl-1900 bis-sahha ta’ Artiklu 420 tal-Kodici Kriminali (Kod.Krim.). Is-servizz tal-Avukat tal-Fqar irid jinghata b’ebda hlas min-naha tal-akkuzat (Kod.Krim. 570#1). Skond il-Kodici ta’ Organizzazzjoni u Procedura Civili (911#4), li ghallanqas f’dan il-kaz japplika wkoll ghall-Qrati Kriminali (Kod.Krim. 570#3), dan is-servizz irid jinghata b’mod professjonali.

Kemm meta mqabbad direttament mill-akkuzat (Kod.Krim. 570#2) u kemm meta mitlub mill-Qorti (Kod.Krim. 571#4), Avukat tal-Fqar ma jistax jichad li jaghti dan is-servizz (Kod.Krim. 570#5), sakemm ma jkunx hemm xi raguni serjissima (Kod.Krim. 571#1) jew ma jkunx jista’ jaghti dan is-servizz fl-aqwa interessi tal-klijent tieghu (Kod.Krim. 571#2).

Huwa l-Ministru (tal-Gustizzja u l-Intern) li ghandu r-responsabbiltà shiha li jara li s-sistema tal-Ghajnuna Legali qieghda tahdem kif inhu xieraq u, jekk le, jipprovdi kull facilità mehtiega sabiex dan isehh (Kod.Org.Proc.Civ. 911#5).

X’isir fir-realtà

Fil-Qrati Kriminali taghna bhalissa, huma erba’ biss l-avukati li jaghtu servizz b’xejn bhala Avukati tal-Fqar. Ghal bosta zmien kienu tlieta, imma wara l-kaz ta’ Monday Iseki (fi Frar li ghadda), gie maghzul u assenjat ir-raba’ wiehed. Barra dan is-servizz, dawn l-istess avukati, naturalment, ikollhom ix-xoghol pesonali mal-klijenti taghhom.

Huwa maghruf sewwa li, jippruvaw kemm jippruvaw, huma impossibbli li, bhalma titlob il-ligi, dawn l-imsejkna ta’ erba’ avukati jaghtu servizz professjoni lill-ghexieren ta’ akkuzati li l-Qorti tqabbdilhom ghall-Ghajnuna Legali. Ftit ilu, wiehed minn dawn l-avukati wrieni d-djarju bl-appuntamenti li kellu f’jum normali ta’ xoghol il-qorti. Il-lista ma kienet tispicca qatt; il-kawzi kollha msejjhin fid-diversi awli tal-qorti prattikament fl-istess hin.

Mhuwiex rari li akkuzat, specjalment jekk ikun barrani, lanqas biss ikun jaf min hu l-avukat li suppost jassistih bl-Ghajnuna Legali. Xi whud lanqas biss jiltaqghu darba mal-avukat li l-Qorti tkun hatritilhom bhala Avukat tal-Fqar. Lanqas ma hu rari li Avukat tal-Fqar jipprova jiddefendi lill-klijent tieghu fil-Qorti minghajr lanqas biss ikun jaf ezatt id-dettallji tal-kaz.

Rigward hlasijiet

Barra minn dan, hemm ukoll il-kwestjoni tahraq tal-hlasijiet. Skond il-ligi (Kod.Org.Proc.Civ. 925#a), l-Avukati tal-Fqar huma ipprojbiti li jitolbu xi flus lill-akkuzati bhala hlas. Hemm sahansitra provvedimenti dixxiplinarji previsti fil-ligi ghal min jiehu hlas g]all-‘Ghajnuna Legali’ (Kod.Org.Proc.Civ. 96). Il-hlas isir biss mill-Gvern. Huwa minnu li, bhalma jinghad, il-hlas tal-Gvern lill-Avukati tal-Fqar ghas-servizz taghhom huwa ckejken wisq u b’ebda mod ma jkopri x-xoghol u l-ispejjez li dawn l-avukati jidhlu fih biex jaghtu s-servizz taghhom.

Ghaldaqstant, il-Ministru (tal-Gustizzja u l-Intern) ghandu jara li dawn l-avukati jinghataw ir-remunerazzjoni xierqa ghall-hidma taghhom. B’hekk jigi evitat ukoll li dawn jaqghu fit-‘tentazzjoni’ li jippretendu hlas minghand il-klijenti taghhom. Hu dmir tal-Ministru wkoll li jiehu l-passi kollha mehtiega sabiex ifittex li jirregola ahjar is-servizz tal-Ghajnuna Legali u ma jhallihx fl-istat dizastruz li jinsab fih bhalissa.

Interventi f’waqthom iservu biex bosta akkuzati, specjalment barranin, ma jibqghux jigu effettivament michuda mid-dritt taghhom ta’ difiza legittima. Ahna li nghidu li nhobbu d-drittijiet tal-bniedem m’ghandniex inhallu stat bhal dan jibqa’ kif inhu.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?