Id-'dar' - Meditazzjoni

Kulhadd jixxennaq sabiex jasal id-‘dar’. Id-‘dar’ mhijiex post. Id-‘dar’ hija stat mentali u affettiv ta’ sliem u sigurtà. Kulhadd jixxennaq ghal dan l-istat – u jfittxu l-hin kollu – ghax ilkoll nixxenqu ghas-sliem u s-sigurtà ta’ mohhna u qalbna. Id-‘dar’ hija stat ta’ mistrieh. Li fih nieqfu nithabtu ghall-affermazzjoni taghna nfusna. Nieqfu nitqabdu ghall-protezzjoni taghna nfusna.

Id-‘dar’ hija stat li fih jien nista’ nkun jien. Minghajr il-htiega li nistrieh aktar fuq il-gzuz ta’ sigurtajiet foloz li l-hajja kkonvincietni li ghandi nohloq f’hajti. Minghajr il-hemel ta’ dmirijiet u responsabbiltajiet artificjali li s-socjetà qaltli li ghandi. Minghajr il-vizibilju ta’ jeddijiet mahluqa li nemmen li nzomm. Minghajr ma nipprogetta aktar lili nnifsi, bi sforz qawwi, f’dak li nixtieq jew suppost inkun.

Il-bicca l-kbira taghna jghixu bhallikieku fid-dinja huma barranin u ghorba. Mhux ghax mhumiex f’posthom. Imma ghax huma mbieghda minnhom infushom. Imbieghda mid-‘dar’ tal-mistrieh taghhom. Hafna minna jinsabu l-hin kollu jirrectaw, b’mod superficjali u artificjali, il-parti li haddiehor, bi ftehim maghna, nisthajjlu li ghandu jkollna f’hajjitna.

Hafna drabi nahsbu li l-personalità li rnexxielna noholqu u nibnu ghalina nfusna – specjalment bil-hazna ta’ affarijiet materjali u bil-kisba ta’ hwejjeg li ghandhom biss relevanza socjali – qarrbitna aktar lejn id-‘dar’. Dan nemmnuh b’qalbna kollha. Nemmnuh ghax, minn-naha l-ohra, ma nistghux ingerrhu l-hsieb li mhuwiex minnu.

Spiss nghixu hajja ta’ nevrosi: nemmnu li ahna haga, meta fis-sewwa ahna haga ohra. Nemmnu li ahna prezenti fid-dinja u li ahna prezenti ghal haddiehor, meta fir-realtà ahna mbieghda minna nfusna u maqtugha minn haddiehor. Min mhuwiex id-‘dar’ ma jistax ikun la l-wahda u lanqas l-ohra.

Huwa biss id-‘dar’ li ahna nkunu haga wahda maghna nfusna u haga wahda ma’ haddiehor. U mhux ma’ haddiehor biss. Imma mal-hlejjaq kollha – hajjin u mhux – tal-holqien kollu. Huwa biss meta ahna nkunu d-‘dar’ li ahna nkunu prezenti ghalina nfusna u ghall-holqien. Hawnhekk biss fejn ahna stess u l-holqien huma prezenti ghalina.

Mill-bqija, nippreferu nibqghu nisthajlu maghna nfusna. U nisthajlu ma’ haddiehor. Ghax jekk ma jkunx hekk, kif nistghu nibqghu nghixu din il-gidba kbira li hloqna!?
Tabilhaqq, ma nistghux – jew ma rridux – ingiddbu din il-hrafa hoxna li, bi ftehim kwazi voluntarju ma’ haddiehor, ghazilna li nemmnu fiha. Nemmnu li s-sigurtà kollha taghna, li s-sliem kollu taghna, jigu mill-personalità giddieba li bnejna ghal wiccna u ghal wicc haddiehor.

Minkejja dan, xorta wahda nibqghu nixxenqu ghad-‘dar’ taghna. Ghax ahna ma nhloqniex biex nezistu ’l barra minnha. Inhloqna biex nghixu fiha. Anzi, id-‘dar’ hija l-hajja taghna stess. Hija ahna. Hija l-istat li fih Alla, il-hallieq taghna, huwa prezenti. Id-‘dar’ taghna hija t-tabernaklu tal-prezenza tieghu. It-tinda tal-ghajxien tieghu. It-tempju tal-glorja tieghu.

Fid-‘dar’, Alla u s-sigurtà tieghi huma haga wahda. Haga wahda mas-sliem tieghi. Haga wahda mieghi nnifsi. Haga wahda ma’ haddiehor. Haga wahda mal-holqien kollu. Hawnhekk ma nirrectax. Ma nxiddx konvenzjonijiet umani u relevanzi socjali. Ma nghixx gideb ezistenzjali. Inkunu jien kif jien tabilhaqq. U dan ikun bizzejjed. Huwa kollox.

Ahna lkoll … kemm nithabtu u nahdmu u nistinkaw f’dawn l-erbat ijiem mislufin lilna! Xi whud ghal ftit flus aktar! Ohrajn ghal ftit flus! Kemm insofru ghal daqsxejn spazju ta’ rispettabbilità! Ghal daqsxejn ta’ dinjità fil-gageg li nbnew madwarna! Nibqghu rridu aktar … meta, fis-sewwa, m’ghandna bzonn xejn.

Ghajr haga wahda: li nkunu d-‘dar’.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?